|
3.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 232/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 73/2009
tad-29 ta’ Mejju 2009
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ’il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2009 tal-24 ta' April 2009 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/861/KE tad-29 ta’ Ottubru 2008 dwar ir-regoli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2008/861/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/385/KE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-dokumenti testwali tad-Deċiżjoni 2008/861/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 162, 25.6.2009, p. 36.
(2) ĠU L 306, 15.11.2008, p. 66.
(3) ĠU L 174, 18.6.1998, p. 1.
(*1) L-ebda ħtiġijiet/rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.
ANNESS
L-Anness XXI, għandu jkun emendat kif ġej:
|
1. |
Id-dokument testwali tal-ewwel inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/385/KE) fil-punt 7b (id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE) għandu jitħassar. |
|
2. |
Id-dokument testwali dwar l-adattament (b) fil-punt 7b (id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE) għandu jitħassar. |
|
3. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 7ba (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/366/KE):
|
|
4. |
It-tabella fl-Appendiċi 2 (“LISTA TAL-PORTIJIET TAL-EFTA”) għandha tinbidel b’din li ġejja:
|