<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-163/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0163</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:585">EU:C:2019:585</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190710">10.7.2019</DATE> – Kawża C‑163/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet</KEYWORD><KEYWORD>Kanċellazzjoni ta’ titjira</KEYWORD><KEYWORD>Assistenza</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għar-rimbors tal-biljett tal-ajru mit-trasportatur tal-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(2)</KEYWORD><KEYWORD>Vjaġġ kollox kompriż</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 90/314/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Falliment tal-organizzatur tal-vjaġġi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑163/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Rechtbank Noord-Nederland (il-Qorti ta’ Noord-Nederland, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20180301">1 ta’ Marzu 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">HQ,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">IP</HT>, legalment irrappreżentat minn HQ,</P><P><HT TYPE="BOLD">JO</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Aegean Airlines SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, F. Biltgen, J. Malenovský (Relatur), C. G. Fernlund u L.S. Rossi, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, amministratur prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20190116">16 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal HQ, IP, legalment irrappreżentat minn HQ, u JO, minn I. Maertzdorff, avukat, kif ukoll minn M. Duinkerke u M. J. R. Hannink,</P></ITEM><ITEM><P>għal Aegean Airlines SA, minn J. Croon u D. van Genderen, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil kif ukoll minn A. Kasalická, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, inizjalment minn T. Henze, sussegwentement minn M. Hellmann u A. Berg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Nijenhuis kif ukoll minn C. Valero u N. Yerrell, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20190328">28 ta’ Marzu 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10), fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-<DATE ISO="19900613">13 ta’ Ġunju 1990</DATE> dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn HQ, IP, legalment irrappreżentat minn HQ, u JO (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) mal-linja tal-ajru Aegean Airlines SA dwar ir-rimbors tal-biljetti tal-ajru li HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> talbu wara l-kanċellazzjoni ta’ titjira li kienet tifforma parti minn vjaġġ kollox kompriż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 261/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 2 u 16 tar-Regolament Nru 261/2004 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(1)</NO.P><TXT>Azzjoni mil-Komunitá fil-qasam ta’ transport permezz ta’ l-ajru għandha jkollha l-iskop, fost affarijiet oħrajn, li tassigura livell ogħli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri. ’il fuq minn dan, konsiderazzjoni sħiħa għandha tiġi meħuda tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur b’mod ġenerali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-fatt li ma jitħallewx jitilgħu u l-kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet jistgħu jikkawżaw problemi serji u inkonvenjenza għall-passiġġieri.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>F’każijiet fejn package tour hu kkanċellat għal raġunijiet barra mill-kanċellazzjoni tat-titjira, dan ir-Regolament m’għandux jiġi applikat.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Soġġett<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament jistabbilixxi, taħt il-kondizzjonijiet speċifikati hawnhekk, drittijiet minimi għal passiġġieri meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ma jitħallewx jitilgħu kontra l-volontá tagħhom;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-titjira tagħhom hi kkanċellata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>it-titjira tagħhom hi mdewma.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Skop<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 6 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dan ir-Regolament m’għandux jaffetwa d-drittijiet ta’ passiġġieri taħt id-Direttiva 90/314/KEE. Dan ir-Regolament m’għandux japplika f’każijiet fejn package tour hu kkanċellat għal raġunijiet barra minn kanċellazzjoni tat-titjira.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan l-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jiġu offruti assistenza mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 8; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jiġu offruti assistenza mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 9(1)(a) u 9(2), kif ukoll, fil-każ ta’ għemil ta’ rotta differenti meta l-ħin tat-tluq raġonevolment mistenni tat-titjira ġdida hu mill-inqas il-ġurnata wara t-tluq kif kien ippjanat għat-titjira kkanċellata, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(ċ); u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jkollhom id-dritt għal kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 7, kemm-il darba:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni bejn ġimgħatejn u sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn sagħtejn qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn erba’ sigħat wara l-ħin tal-wasla skedat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 261/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Dritt għar-rimbors jew rotta differenti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jiġu offruti l-għażla bejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>rimbors fi żmien sebat ijiem, permezz tal-mezzi previsti fl-Artikolu 7(3), tal-prezz sħiħ tal-biljett bil-prezz b’liema ġie mixtri, għall-parti jew partijiet tal-vjaġġ li ma ġewx magħmulin, u għall-parti jew partijiet li diġá ġew magħmulin jekk it-titjira m’għadhiex qed taqdi kwalunkwe skop fir-rigward tal-pjan ta’ vjaġġ oriġinali tal-passiġġier, flimkien ma’, meta rilevanti,</P></ITEM><ITEM><P>titjira lura għall-ewwel punt ta’ tluq, ma’ l-ewwel opportunitá;</P></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>rotta differenti, taħt kondizzjonijiet tat-trasport paragunabbli, għad-destinazzjoni finali tagħhom ma’ l-ewwel opportunitá; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>rotta differenti, taħt kondizzjonijiet tat-trasport paragunabbli, għad-destinazzjoni finali tagħhom f’data aktar tard skond il-konvenjenza tal-passiġġier, soġġett għall-postijiet li qegħdin għad-dispożizzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 1(a) għandu japplika wkoll għal passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jifformaw parti minn package, ħlief għad-dritt għal rimbors fejn dan id-dritt iqum taħt id-Direttiva 90/314/KEE.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 90/314</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessa 21 tad-Direttiva 90/314 tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Billi kemm il-konsumatur kif ukoll l-industrija tal-vjaġġi kollox kompriż għandhom jibbenefikaw jekk l-organizzaturi u/jew il-bejjiegħa kellhom jitqiegħdu taħt obbligazzjoni li jipprovdu xiehda biżżejjed ta’ garanzija fil-każ ta’ falliment<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri relatati ma’ pakketti mibjugħa jew offruti għall-bejgħ fit-territorju tal-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(6) tad-direttiva msemmija jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Jekk il-konsumatur jirtira mill-kuntratt skond il-paragrafu 5, jew jekk, għal xi raġuni tkun xi tkun, ħlief waħda li tkun tort tal-konsumatur, l-organizzatur iħassar il-pakkett qabel id-data tat-tluq, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jew jieħu pakkett ieħor minflok ta’ l-istess kwalità jew kwalità ogħla meta l-organizzatur u/jew il-bejjiegħ ikun jista’ joffrilu sostitut bħal dan. Jekk il-pakkett tas-sostituzzjoni li jingħata jkun ta’ kwalità aktar baxxa, l-organizzatur għandu jagħti lura d-differenza fil-prezz lill-konsumatur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jew li jitħallas lura malajr kemm jista’ jkun s-somom kollha li jkun ħallas skond il-kuntratt.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 5(1) ta’ din l-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-organizzatur u/jew il-parti kontraenti li qed tbigħ ikunu responsabbli mal-konsumatur għat-tħaddim approprjat ta’ l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-kuntratt, irrispettivament minn jekk dawn l-obbligazzjonijiet għandhomx jitwettqu minn dak l-organizzatur u/jew bejjiegħ jew minn xi fornituri oħra tas-servizzi mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-organizzatur u/jew tal-bejjiegħ li jduru fuq dawk il-fornituri l-oħra tas-servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/314 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-organizzatur u/jew il-bejjiegħ li jkun parti kontraenti għandu jipprovdi xiehda biżżejjed ta’ sigurtà għar-rifużjoni tal-flus li jkunu tħallsu u għar-ripatrijazzjoni tal-konsumatur fil-każ ta’ xi falliment.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-liġi tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Id-Direttiva 90/314 ġiet trasposta fil-liġi tal-Pajjiżi l-Baxxi permezz tat-Titolu 7A, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Kuntratt tal-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, tal-Ktieb 7 tal-Burgerlijk Wetboek (il-Kodiċi Ċivili).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 7:504(3) tal-Kodiċi Ċivili jippermetti lil passiġġier, f’każ ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt tal-ivvjaġġar mill-operatur tal-vjaġġi, li jitolbu, b’mod partikolari, ir-rimbors tal-ispejjeż tal-biljetti tal-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 7:512(1) tal-kodiċi msemmi jipprovdi l-obbligu għal organizzatur tal-vjaġġi li jieħu l-passi meħtieġa minn qabel biex jiżgura li, jekk ma jkunx jista’ jkompli jissodisfa l-obbligi tiegħu lejn il-vjaġġatur fil-każ ta’ insolvenza finanzjarja, dawn jittieħdu minn parti terza jew li l-prezz tal-vjaġġ jiġi rrimborsat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Aegean Airlines, kumpannija stabbilita fil-Greċja, ikkonkludiet kuntratt ta’ noleġġ ma’ G. S. Charter Aviation Services Ltd (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>G. S. Charter<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), kumpannija stabbilita f’Ċipru, li abbażi tiegħu hija kellha tpoġġi ċertu numru ta’ postijiet għad-dispożizzjoni ta’ din tal-aħħar, suġġett għall-ħlas ta’ prezz ta’ noleġġ. Sussegwentement, G. S. Charter reġgħet biegħet dawn il-postijiet lil partijiet terzi, fosthom, b’mod partikolari, lil Hellas Travel BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Hellas<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), aġenzija tal-ivvjaġġar stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>G. S. Charter u Hellas ikkonkludew ftehim li abbażi tiegħu, mill-1 ta’ Mejju sal-<DATE ISO="20150924">24 ta’ Settembru 2015</DATE>, kellha tiġi operata titjira bir-ritorn bejn Eelde (il-Pajjiżi l-Baxxi) u Korfu (il-Greċja) kull nhar ta’ Ġimgħa, kellu jitħallas depożitu lil Aegean Airlines u l-ħlas tat-titjira tar-ritorn, skedata għal nhar il-Ġimgħa segwenti, kellu jitħallas kull nhar ta’ Tnejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> irriżervaw titjiriet bir-ritorn bejn Eelde u Korfu mingħand Hellas. Dawn it-titjiriet kienu jiffurmaw parti minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>vjaġġ kollox kompriż<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tad-Direttiva 90/314, li l-prezz tagħha tħallas lil Hellas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> irċevew biljetti elettroniċi bil-logo ta’ Aegean Airlines għal dawn it-titjiriet previsti fis-17 u fl-<DATE ISO="20150724">24 ta’ Lulju 2015</DATE>, kif ukoll dokumenti li jsemmu lil Hellas bħala n-nolleġġatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mid-digriet tar-rinviju, ftit jiem qabel id-data tat-tluq miftiehma, Hellas bagħtet ittra kif ukoll email lil HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> fejn informathom li, kemm minħabba t-tnaqqis fin-numru ta’ riżervazzjonijiet kif ukoll minħabba l-kanċellazzjonijiet ta’ riżervazzjonijiet eżistenti, dovuti għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>inċertezzi fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Greċja<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> f’dak iż-żmien, din kienet obbligata li tikkanċella t-titjiriet miftiehma ma’ Aegean Airlines, wara li din tal-aħħar iddeċidiet, minħabba l-impossibbiltà li tikseb il-prezz iffissat minn qabel ma’ Hellas, li ma toperax iktar titjiriet lejn u minn Korfu mis-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, Hellas ħabbret lil HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> li l-pakkett tal-ivvjaġġar tagħhom kien ġie kkanċellat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160803">3 ta’ Awwissu 2016</DATE>, Hellas ġiet iddikjarata falluta. Din ma rrimborsatx il-prezz tal-biljetti tal-ajru lil HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> adixxew lir-Rechtbank Noord-Nederland (il-Qorti ta’ Noord-Nederland) sabiex Aegean Airlines tiġi kkundannata tħallashom kumpens għall-kanċellazzjoni tat-titjira tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> kif ukoll biex tirrimborsalhom il-biljetti relatati magħha, rispettivament abbażi, minn naħa, tal-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 8(1)(a) ta’ dak ir-Regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>B’mod prinċipali, Aegean Airlines ikkontestat l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 261/2004, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 3(6) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, permezz ta’ deċiżjoni interlokutorja tal-<DATE ISO="20171114">14 ta’ Novembru 2017</DATE>, ir-Rechtbank Noord-Nederland (il-Qorti ta’ Noord-Nederland) irrifjutat din ir-raġuni ta’ difiża minħabba li l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 261/2004 favur il-passiġġieri li għandhom vjaġġ kollox kompriż hija eskluża biss, taħt dik id-dispożizzjoni, jekk l-annullament imur lil hinn mill-kontroll<?PAGE NO="6"?> tat-trasportatur bl-ajru kemm li jopera jew le t-titjira jew it-titjiriet li jiffurmaw parti minn dak il-vjaġġ, filwaqt li dan ma huwiex il-każ hawnhekk. Fil-fatt, dik il-qorti qieset, minn naħa, li d-deċiżjoni li tiġi kkanċellata t-titjira kienet ittieħdet minn Aegean Airlines, li kjarament kienet biss lesta li ttir jekk Hellas tħallasha minn qabel il-prezz iffissat għaliha, u, min-naħa l-oħra, li ma kienx sostnut u lanqas ipprovat li Hellas kienet ħabbret il-kanċellazzjoni tal-vjaġġ kollox kompriż għal raġunijiet differenti minn din id-deċiżjoni ta’ Aegean Airlines.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont ir-Regolament Nru 261/2004, HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> irċevew kumpens b’rata fissa mingħand Aegean Airlines minħabba l-kanċellazzjoni tat-titjira inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, din il-qorti ma ħaditx deċiżjoni dwar it-talba intiża għar-rimbors tal-biljetti tal-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, Aegean Airlines osservat, sussidjarjament, li, peress dan il-każ kien jinvolvi vjaġġ kollox kompriż, mill-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 261/2004 kien jirriżulta li hija ma hijiex obbligata tirrimborsa lil HQ <HT TYPE="ITALIC">et</HT> l-ammont li dawn kienu ħallsu lil Hellas għax-xiri tal-biljetti tal-ajru tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Rechtbank Noord-Nederland (il-Qorti ta’ Noord-Nederland, il-Pajjiżi l-Baxxi) ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier li, skont id-Direttiva 90/[314]/KEE dwar il-vjaġġi kollox kompriż (trasposta fid-dritt nazzjonali), għandu d-dritt jirrikorri għand l-organizzatur tal-vjaġġ tiegħu sabiex jikseb rimbors tal-biljett tiegħu, ma jkunx jista’ iktar jitlob rimbors mingħand it-trasportatur bl-ajru?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, passiġġier jista’ madankollu jitlob mingħand it-trasportatur bl-ajru r-rimbors tal-biljett tiegħu jekk ikun verosimili li l-organizzatur tal-vjaġġ, f’każ li dan jinstab responsabbli, ikun finanzjarjament inkapaċi li jirrimborsa l-biljett u li l-organizzatur tal-vjaġġi ma jkun adotta l-ebda miżura ta’ garanzija sabiex jiggarantixxi r-rimbors?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fiż-żewġ mistoqsijiet tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li passiġġier li għandu, skont id-Direttiva 90/314, id-dritt li jikkuntattja lill-organizzatur tal-vjaġġi tiegħu sabiex jikseb ir-rimbors tal-biljett tal-ajru tiegħu, ma għandux iktar, għalhekk, il-possibbiltà li jitlob ir-rimbors ta’ dak il-biljett mingħand it-trasportatur tal-ajru abbażi ta’ dak ir-regolament, inkluż meta l-organizzatur tal-vjaġġi ma jkunx jista’ finanzjarjament iħallas lura l-biljett u ma jkun ħa l-ebda miżura biex jiżgura dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-passiġġieri, li għandhom id-dritt li jikkuntattjaw lill-organizzatur tal-vjaġġi tagħhom biex jiksbu r-rimbors tal-biljetti tal-ajru tagħhom, għandhomx il-possibbiltà li jitolbu wkoll ir-rimbors tal-biljetti tagħhom mingħand it-trasportatur tal-ajru, għandu jitqies, qabel kollox, li, skont l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 5(1)(a) ta’ dak ir-regolament, huwa t-trasportatur tal-ajru, f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, li għandu joffri assistenza lill-passiġġieri affettwati li tikkonsisti fil-proposta, b’mod partikolari, tar-rimbors tal-biljett tagħhom (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180912">12 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Harms</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑601/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:702">EU:C:2018:702</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 8(2) tal-imsemmi regolament jgħid li d-dritt għar-rimbors tal-biljett japplika wkoll għall-passiġġieri li t-titjira tagħhom tkun tifforma parti minn vjaġġ kollox kompriż, ħlief meta tali dritt ikun jirriżulta mid-Direttiva 90/314.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan il-kliem ċar tal-Artikolu 8(2) jirriżulta li s-sempliċi eżistenza ta’ dritt għal rimbors, li jirriżulta mid-Direttiva 90/314, hija biżżejjed biex teskludi l-possibbiltà li passiġġier, li t-titjira tiegħu tkun tifforma parti minn vjaġġ kollox kompriż, jista’ jitlob rimbors tal-biljett tiegħu, abbażi tar-Regolament Nru 261/2004, mingħand it-trasportatur tal-ajru li jopera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-ħidma preparatorja tar-Regolament Nru 261/2004. Fil-fatt, hekk kif ġie rrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punti 43 u 44 tal-konklużjonijiet tiegħu, minn dawk ix-xogħlijiet preparatorji jirriżulta li, għalkemm il-leġiżlatur tal-Unjoni ma xtaqx jeskludi kompletament lill-passiġġieri li t-titjira tagħhom tifforma parti minn vjaġġ kollox kompriż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-regolament, madankollu, dan ried iżomm fir-rigward tagħhom l-effetti tas-sistema li kienet meqjusa bħala protettiva biżżejjed li kienet ġiet stabbilita preċedentement mid-Direttiva 90/314.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 3(6) tar-Regolament Nru 261/2004, l-imsemmi regolament ma jippreġudikax id-drittijiet li l-passiġġieri, li xtraw vjaġġ kollox kompriż, jingħataw minn dik id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għalhekk jimplika li d-drittijiet għar-rimbors tal-biljett, abbażi ta’ dan ir-regolament u tad-Direttiva 90/314 rispettivament, ma jistgħux japplikaw flimkien, peress li akkumulazzjoni bħal din, u hekk kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 64 tal-konklużjonijiet tiegħu, hija qabel kollox tali li twassal għal protezzjoni żejda mhux iġġustifikata tal-passiġġier ikkonċernat, u dan għad-detriment tat-trasportatur tal-ajru li jopera, fejn dan tal-aħħar effettivament jirriskja, f’dan il-każ, li jkollu jerfa’ parzjalment ir-responsabbiltà tal-organizzatur tal-vjaġġi fir-rigward tal-klijenti tiegħu, skont il-kuntratt li dan ikkonkluda ma’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-passiġġieri li, skont id-Direttiva 90/314, għandhom id-dritt li jikkuntattjaw lill-organizzatur tal-vjaġġi tagħhom sabiex jiksbu r-rimbors tal-biljetti tal-ajru tagħhom, ma għandhomx il-possibbiltà li jitolbu rimbors mingħand it-trasportatur tal-ajru, abbażi tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni tapplika wkoll fil-każ li l-organizzatur tal-vjaġġi jkun jinsab fl-inkapaċità finanzjarja li jwettaq ir-rimbors tal-biljett u ma jkun ħa ebda miżura biex jiggarantixxi dan ir-rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kliem ċar tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 261/2004, huwa effettivament irrilevanti jekk l-organizzatur tal-vjaġġi huwiex finanzjarjament inkapaċi li jwettaq ir-rimbors tal-biljett, jekk ħax jew le miżura sabiex jiżgura tali rimbors, jew jekk dawn iċ-ċirkustanzi jipperikolawx it-twettiq tal-obbligu tiegħu li jirrimborsa lill-passiġġieri kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 261/2004 ma ġietx invalidata mill-għan prinċipali mfittex mir-regolament li huwa, kif jidher ċar mill-premessa 1 tiegħu, li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-punt 32 ta’ din is-sentenza, il-leġiżlatur tal-Unjoni ħa preċiżament inkunsiderazzjoni s-sistema ta’ protezzjoni suffiċjenti li kienet ġiet stabbilita preċedentement mid-Direttiva 90/314.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-Artikolu 7 ta’ dik id-direttiva, moqri fid-dawl tal-premessa 21 tagħha, jipprovdi, b’mod partikolari, li l-organizzatur tal-vjaġġi għandu jipprovdi garanziji suffiċjenti li jkunu xierqa sabiex jiżguraw, fil-każ ta’ insolvenza jew ta’ falliment, ir-rimbors tal-fondi ddepożitati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/314 jinvolvi l-obbligu li l-vjaġġaturi kollox kompriż jingħataw dritt għall-garanziji ta’ rimbors tal-fondi ddepożitati fil-każ ta’ falliment tal-organizzatur tal-vjaġġi u li din il-garanzija hija maħsuba preċiżament biex tipproteġi<?PAGE NO="8"?> lill-konsumaturi kontra l-konsegwenzi tal-falliment, irrispettivament mill-kawżi tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990615">15 ta’ Ġunju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Rechberger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑140/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:306">EU:C:1999:306</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Bardacs <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑430/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:32">EU:C:2014:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li leġiżlazzjoni nazzjonali tittrasponi b’mod korrett l-obbligi stabbiliti f’dik id-dispożizzjoni biss jekk, ikunu xi jkunu l-metodi tagħha, din ikollha bħala riżultat li tiżgura li l-passiġġieri jiġu effettivament irrimborsati għall-fondi kollha li jkunu ddepożitaw f’każ ta’ insolvenza tal-organizzatur tal-vjaġġi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990615">15 ta’ Ġunju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Rechberger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑140/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:306">EU:C:1999:306</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Bardacs <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑430/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:32">EU:C:2014:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ dan, hekk kif jirriżulta minn ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-vjaġġatur ikkonċernat jibbenefika, f’kull każ, mill-fakultà li jippreżenta rikors għad-danni kontra l-Istat Membru kkonċernat għad-danni kkawżati lilu minn ksur tal-liġi tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier li għandu, skont id-Direttiva 90/314, id-dritt li jikkuntattja lill-organizzatur tal-vjaġġi tiegħu sabiex jikseb ir-rimbors tal-biljett tal-ajru tiegħu, ma għandux iktar, għalhekk, il-possibbiltà li jitlob ir-rimbors ta’ dak il-biljett mingħand it-trasportatur tal-ajru abbażi ta’ dak ir-regolament, inkluż meta l-organizzatur tal-vjaġġi ma jkunx jista’ finanzjarjament jirrimborsa l-biljett u ma jkun ħa l-ebda miżura biex jiżgura dan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier li għandu, skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-<DATE ISO="19900613">13 ta’ Ġunju 1990</DATE> dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, id-dritt li jikkuntattja lill-organizzatur tal-vjaġġi tiegħu sabiex jikseb ir-rimbors tal-biljett tal-ajru tiegħu, ma għandux iktar, għalhekk, il-possibbiltà li jitlob ir-rimbors ta’ dak il-biljett mingħand it-trasportatur tal-ajru abbażi ta’ dak ir-regolament, inkluż meta l-organizzatur tal-vjaġġi ma jkunx jista’ finanzjarjament jirrimborsa l-biljett u ma jkun ħa l-ebda miżura biex jiżgura dan.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>