18.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/88


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10746 — MORGAN STANLEY / BAWAG / GYLE JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 201/07)

1.   

Fis-6 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Morgan Stanley Principal Funding, Inc. (“MSPF”), li tappartjeni għall-Morgan Stanley Group (“Morgan Stanley”, it-tnejn li huma fl-Istati Uniti tal-Amerka),

—

RF zwölf BAWAG Leasing Gesellschaft m.b.H (“Bawag Leasing”), li tappartjeni għall-Grupp AG (“il-Grupp BAWAG”, it-tnejn li huma fl-Awstrija),

—

Gyle JV li twaqqfet bil-għan li takkwista l-Gyle Shopping Centre (ir-Renju Unit).

MSPF u Bawag Leasing se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, indirettament permezz ta’ Gyle JV, il-kontroll bi sħab tal-Gyle Shopping Centre mingħand DRC Capital LLP (“DRC”).

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u obbligi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

MSPF: MSPF tappartjeni għal Morgan Stanley, ditta tas-servizzi finanzjarji globali li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji ta’ investiment, titoli, servizzi ta’ ġestjoni tal-ġid u ta’ ġestjoni tal-investiment,

—

Bawag Leasing: Bawag Leasing hija parti minn Bawag Group, kumpanija azzjonista kkwotata fil-Borża, li toffri tfaddil, pagament, self, investiment ta’ lokazzjoni, soċjetà tal-bini, fatturament u prodotti u servizzi tal-assikurazzjoni.

—

Gyle JV se tkun attiva fis-sjieda, il-ġestjoni, il-lokazzjoni, it-titjib u l-iżvilupp tal-Gyle Shopping Centre li jinsab f’Edinburgh, fir-Renju Unit, kif ukoll fit-trattament ta’ servizzi relatati mal-forniment ta’ spazju għall-ħwienet fil-Gyle Shopping Centre.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10746 — MORGAN STANLEY / BAWAG / GYLE JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.