Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2008 – Vitro Corporativo vs UASI – VKR Holding (Vitro)

(Kawża T-295/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Vitro – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VITRAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 32)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Mejju 2007 (Każ R 1640/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn VKR Holding A/S u Vitro Corporativo, SA de CV.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Vitro Corporativo, SA de CV

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva Vitro għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 7, 8, 9, 12, 16, 17, 19, 20, 21, 22, 27, 30, 35, 39, 40, 41, 42 u 43 – Applikazzjoni Nru 2669497

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

VKR Holding A/S

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Komunitarja (Nru 651745), Daniża (Nru 1951415 VR), Ġermaniża (Nru 725452) u Brittanika (Nru 1436897) VITRAL, għal prodotti, fost l-oħrajn, fil-klassi 19, li kontra tagħhom hija magħmula l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal prodotti fil-klassi 19 miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vitro Corporativo, SA de CV hija kkundannata għall-ispejjeż.