|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1648 |
21.2.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11395 — MYTILINEOS / VOLTERRA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1648)
1.
Fit-13 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
MYTILINEOS S.A. (“MYTILINEOS”, il-Greċja), |
|
— |
VOLTERRA ANONYMI ETAIREIA PARAGOGIS KAI EMPORIAS ENERGEIAS (“VOLTERRA S.A.”, il-Greċja), ikkontrollata minn AVAX ANONYMI ETAIREIA — ERGOLIPTIKI — TOURISTIKI — EMPORIKI — VIOMICHANIKI — OIKODOMIKON YLIKON KAI MICHANIMATON (“AVAX S.A.”, il-Greċja). |
MYTILINEOS se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ VOLTERRA S.A. kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
għal MYTILINEOS: l-enerġija (inklużi l-produzzjoni u l-provvista bl-ingrossa u bl-imnut tal-elettriku, kif ukoll il-provvista bl-ingrossa u bl-imnut tal-gass naturali) u l-metallurġija, |
|
— |
għal VOLTERRA S.A.: l-enerġija (b’mod partikolari l-provvista bl-imnut tal-elettriku u tal-gass naturali). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11395 — MYTILINEOS / VOLTERRA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1648/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)