European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1792

26.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1792

tat-18 ta’ Ġunju 2024

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fil-21 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/2350 (2), li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni. Fis-27 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2023/1346 (3), li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Is-Sur Christian SOLINAS inħatar bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sat-23 ta’ Frar 2024. Konsegwentement, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Luca Rosario Luigi SAMMARTINO, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sa Alessandra TODDE, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Presidente della Regione Sardegna (President tar-Reġjun ta’ Sardenja), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

(6)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Alessandro ARICÒ, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Assessore della Regione Siciliana (Ministru Reġjonali tar-Reġjun ta’ Sqallija), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membru:

—

is-Sa Alessandra TODDE, Presidente della Regione Sardegna (President tar-Reġjun ta’ Sardenja),

u

(b)

bħala membru supplenti:

—

is-Sur Alessandro ARICÒ, Assessore della Regione Siciliana (Ministru Reġjonali tar-Reġjun ta’ Sqallija).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GILKINET


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2350 tal-21 ta’ Novembru 2022 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 311, 2.12.2022, p. 142, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2350/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1346 tas-27 ta’ Ġunju 2023 li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 168, 3.7.2023, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1346/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1792/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)