<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0600510301.case.xml"><NO.CASE>C-158/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006C0158</NO.CELEX><NO.SEQ>0009.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>5106</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5113</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET MAZÀK — KAWŻA C-158/06</LEFT><RIGHT>ROM-PROJECTEN</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mazàk</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20070329">29 ta' Marzu 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni prinċipali li għandha tiġi indirizzata fil-każ preżenti hija dwar jekk id-dritt komunitarju jipprekludix lil Stat Membru milli jastjeni milli jirkupra għajnuna finanzjarja, u milli jistrieħ għal dan il-għan fuq il-prinċipju ta' ċertezza legali, meta l-irregolarità materjali min-naħa tal-benefiċ-jarju ta' l-għajnuna tkun ibbażata fuq dispo-żizzjoni komunitarja li la ġiet ikkomunikata lill-benefiċjarju u lanqas ma tkun giet ippubblikata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Sa fejn hi relevanti hawnhekk, id-Deċiż-joni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tas-<DATE ISO="19951016">16 ta' Ottubru 1995</DATE> rigward l-għoti ta' għajnuna mill-Fond Ewropew ta' l-Iżvi-lupp Reġjonali (ERDF) u l-Fond Soċjali Ewropew (ESF) għal programm ta' ħidma fil-kuntest ta' l-inizjattiva Komunitarja SME favur żoni eliġibbli skond l-Obbjettivi 1 u 2 fl-Olanda (aktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Deċiżjoni C (95) 1753<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>) tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Artikolu 1</TI.ART><ALINEA>Il-programm ta' ħidma SME għall-Olanda adottat fir-rigward tal-perjodu bejn it-<DATE ISO="19941130">30 ta' Novembru 1994</DATE> u l-<DATE ISO="19991231">31 ta' Diċembru 1999</DATE>, li huwa elenkat fl-annessi ta' hawn taħt, li jkopri numru koerenti ta' miżuri multiannwali fil-kuntest ta' l-inizjattiva Komunitarja SME favur żoni eliġibbli skond l-Obbjettivi 1 u 2 fl-Olanda, huwa bil-preżenti approvat.</ALINEA></ARTICLE><P>[...]</P><?PAGE NO="I-5107"?><ARTICLE IDENTIFIER="006"><TI.ART>Artikolu 6</TI.ART><ALINEA>L-għajnuna komunitarja tkopri l-infiq fuq l-attivitajiet li jitwettqu taħt dan il-programm li, fl-Istat Membru kkonċernat, jieħdu lforma ta' impenji li jorbtu legalment u li għalihom ġew allokati l-finanzi neċessarji mhux aktar tard mill-<DATE ISO="19991231">31 ta' Diċembru 1999</DATE>. Id-data finali li fiha wieħed jista' jieħu in kunsiderazzjoni l-infiq fuq dawn il-miżuri hija l-<DATE ISO="20011231">31 ta' Diċembru 2001</DATE>.</ALINEA></ARTICLE><P>[...]</P><ARTICLE IDENTIFIER="009"><TI.ART>Artikolu 9</TI.ART><ALINEA>Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' l-Olanda.<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-terminoloġija użata fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni C(95) 1753, il-Folja informattiva Nru 3, annessa mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/320/KE tat-<DATE ISO="19970423">23 ta' April 1997</DATE>, li temenda d-deċiżjonijiet li japprovaw l-oqsma ta' sostenn Komunitarju, id-dokumenti waħdiena ta' pprogrammar u l-Programmi ta' inizjattiva Komunitarja fir-rigward ta' l-Olanda (aktar il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Deċiżjoni 97/320/EC<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>)<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="146" DATE.PUB="1997" PAGE.FIRST="7">ĠU L 146, p. 7</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, tipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/> <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="2018"/>Arranġamenti li jorbtu legalment<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="2019"/> u <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="2018"/>impenji finanzjarji neċessarji<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="2019"/> jinkludu d-deċiżjonijiet meħuda mill-benefiċjarji finali sabiex jimplementaw l-attivitajiet eliġibbli u l-allokazzjoni tal-fondi pubbliċi korrispondenti [...]</P><P>L-impenn li daħal għalih Stat Membru għandu jinkudi l-impenn li daħal għalih il-benefiċjarju finali. Dan l-impenn għandu jorbot legalment u jkollu miegħu l-impenn finanzjarju, i.e. l-allokazzjoni tal-fondi pub-bliċi neċessarji [...]<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Il-proċedimenti prinċipali u r-rinviju lill-Qorti</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>L-isfond tal-kontroversja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>FAwwissu 1999, Stichting ROM-projecten (aktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>ROM-projecten<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>)<?PAGE NO="I-5108"?> applikat għall-għoti ta' sussidju għall-progett imsemmi <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Kenniskaart Medische Technologie en Life Science<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> (aktar il-quddiem il-<QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>proġett<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>) fil-kuntest tal-programm ta' ħidma ta' l-inizjattiva SME għall-Olanda.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Permezz ta' deċiżjoni tad-<DATE ISO="19991229">29 ta' Diċembru 1999</DATE>, is-Segretarju ta' l-Istat ta' lill-ROMprojecten sussidju li jammonta għal mhux aktar minn NLG <FT TYPE="NUMBER">200000</FT>, liema somma tikkostitwixxi 45,45 % ta' l-ispejjeż totali eliġibbli għas-sussidju ta' NLG <FT TYPE="NUMBER">440000</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Waħda mill-kundizzjonijiet imposti kienet li l-proġett kellu jitwettaq sal-<DATE ISO="20001231">31 ta' Diċembru 2000</DATE> u, barra minn hekk, li kwalunkwe spejjeż li saru qabel l-<DATE ISO="20000101">1 ta' Jannar 2000</DATE> u wara l-<DATE ISO="20001231">31 ta' Diċembru 2000</DATE> kienu jkunu ineliġibbli għal sussidju. B'deċiżjoni tal-<DATE ISO="20000225">25 ta' Frar 2000</DATE>, madankollu, is-Segretarju ta' l-Istat qabel li d-data li fiha l-proġett kellu jibda jitmexxa 1 quddiem mill-<DATE ISO="20000101">1 ta Jannar 2000</DATE> sa l-<DATE ISO="19991101">1 ta' Novembru 1999</DATE>. Barra minn dan, b'deċiżjoni tat-<DATE ISO="20001212">12 ta' Diċembru 2000</DATE>, is-Segretarju ta' l-Istat, fuq talba ta' ROM-projecten, estenda sat-<DATE ISO="20010630">30 ta' Ġunju 2001</DATE> il-perijodu li fih setgħu jiġu ddikjarati l-ispejjeż li ntefqu.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>B'deċiżjoni tal-<DATE ISO="20020711">11 ta' Lulju 2002</DATE>, is-Segretarju ta' l-Istat innotifika lil ROM-projecten, <HT TYPE="ITALIC">inter alia,</HT> li hija kienet naqset milli tikkonforma ruħha mal-kundizzjoni imposta mill-Kummissjoni li l-impenji kellhom jitwettqu qabel il-<DATE ISO="19991231">31 ta' Diċembru 1999</DATE> (aktar 'il quddiem ir-<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>rekwiżit tad-data<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>). IIkwistjoni jekk is-sussidju kellux, b'konse-gwenza, jiġi ffissat għall-ammont ta' żero tressqet mis-Segretarju ta' l-Istat quddiem il-Kummissjoni, liema domanda ngħatatilha risposta informali fin-negattiv mid-dipartimenti tal-Kummissjoni. Fil-pendenza ta' konferma formali ta' din id-domanda, is-Segretarju ta' l-Istat iffissa s-sussidju flammont ta' NLG <FT TYPE="NUMBER">69788</FT>, liema ammont kien suġġett għal riżerva ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>B'deċiżjoni tas-<DATE ISO="20030227">27 ta' Frar 2003</DATE>, is-Segretarju ta' l-Istat iffissa s-sussidju (retroattivament) għall-ammont ta' żero, għaliex sar evidenti li l-Kummissjoni żammet għal kollox mal-kundizzjoni taż-żmien. Is-Segretarju ta' l-Istat talab ukoll ir-rifużjoni ta' l-ammont ta' NLG <FT TYPE="NUMBER">69788</FT> li kien fadal.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>B'deċiżjoni tas-<DATE ISO="20030526">26 ta' Mejju 2003</DATE>, is-Segretarju ta' l-Istat iddikjara li l-oġġezzjo-nijiet imressqa minn ROM-projecten kontra ż-żewġ deċiżjonijiet (id-deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20020711">11 ta' Lulju 2002</DATE> u tas-<DATE ISO="20030227">27 ta' Frar 2003</DATE>) kienu infondati.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>F'appell sussegwenti, ir-Rechtbank Roermond iddikjara li l-appell kien fondat u ħassar id-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20030526">26 ta' Mejju 2003</DATE>. Is-Segretarju ta' l-Istat ġie ordnat jadotta deċiżjoni ġdida.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5109"?><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni ġiet adottata fis-<DATE ISO="20040816">16 ta Awwissu 2004</DATE>. F'din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata d-deċiżjoni ta' qabel li ffissat is-sussidju għall-ammont ta' żero minħabba li ROM-projecten ma kinitx ikkonformat ruħha mal-kundizzjoni taż-żmien.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>ROM-projecten ikkontestat id-Deċiżjoni tas-<DATE ISO="20040816">16 ta' Awwissu 2004</DATE>. Il-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti Amministrattiva għall-Kummerċ u l-Industrija) (l-Olanda) staqsiet jekk is-Segretarju ta' l-Istat setax iqajjem kontra ROM-projecten il-fatt li hija ma kinitx ikkonformat ruħha mal-kundizzjoni taż-żmien li tinsab fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni C(95) 1753. Huwa fid-dawl ta' dan l-isfond li l-College van Beroep voor het bedrijfsleven iddeċiediet li tagħmel id-domandi għal deċiżjoni preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Domandi magħmula</TXT></NP></TI></TITLE><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>(1)</NO.P><TXT>L-artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-<DATE ISO="19951016">16 ta' Ottubru 1995</DATE>, rigward l-għoti ta' għajnuna mill-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) u l-Fond Soċjali Ewropew (ESF) għal programm ta' ħidma fil-kuntest ta' l-inizjattiva Komunitarja SME favur żoni eliġibbli skond l-Obbjettivi 1 u 2 fl-Olanda (C (95) 1753) huwa ta' natura inkundizzjonata u biżżejjed ċar u preċiż biex ikun direttament applikabbli fl-ordinament ġuridiku nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-Domanda 1 hija flaffermattiv:</TXT><P>L-Artikolu 249 KE għandu jiġi interpretat li jfisser li l-Artikolu 6 ta' din id-deċiżjoni għandu effett dirett, b'tali mod li jirrikjedi lill-individwu, bħala l-bene-fiċjarju finali, li jidħol għall-impenji kkontemplati f'dan ir-rigward u li jalloka speċifikament il-finanzi neċessarji sa mhux aktar tard mill-<DATE ISO="19991231">31 ta' Diċembru 1999</DATE>?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-Domanda 2 hija flaffermattiv:</TXT><P>L-Artikolu 38(l)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-<DATE ISO="19990621">21 ta' Ġunju 1999</DATE>, li jipprovdi dipożizzjonijiet ġenerali fuq il-Fondi Strutturali, meħud fid-dawl tal-prinċipji tad-dritt komunitarju, jagħti lok lill-Istati Membri milli jastjenu mill-irkupru minħabba vjolazzjoni ta' dispożizzjoni fejn il-benefiċjarju tas-sussidju kkoncernat ma kienx jaf b'tali dispożizzjoni u ma jaħtix ta' dannuqqas ta' għarfien?<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5110"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT>Proċedura quddiem il-Qorti</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bilmiktub minn ROM-projecten u mill-Kummissjoni. Fis-seduta ta' l-<DATE ISO="20070201">1 ta' Frar 2007</DATE>, l-Olanda u l-Kummissjoni ppreżentaw sottomissjonijiet orali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>Evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-ewwel żewġ domandi fil-fatt jikkon-ċernaw il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni fdeċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lil Stat Membru, fuq is-suppożizzjoni li hija inkundizzjonata u ċara biżżejjed (l-ewwel domanda), tistax tkun applikabbli direttament fil-konfront tal-benefiċjarju finali (ittieni domanda), fi kliem ieħor, jekk Stat Membru jistax jinvoka kontra l-benefiċjarju tali dispożizzjoni, dak li huwa magħruf bħala <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>l-effett dirett invers<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>. It-tielet domanda essenzjalment tindirizza l-obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna li ġiet mogħtija b'mod illeċitu b' kuntrast mal-prinċipju ta' ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Dawn id-domandi huma mqajma fiddawl taċ-ċirkustanza li l-ammont tas-sussidju mogħti kien retroattivament iffissat għal żero u l-ħlas lura kien ordnat. Ir-raġuni għal dan l-aġir kienet li l-benefiċjarju kien naqas milli jikkonforma ruħu mal-kundizzjoni taż-żmien, prevista fl-Artikolu 6 tad-deċiżjoni C(95) 1753.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Kif isegwi mid-digriet tar-rinviju, fil-każ preżenti huwa stabbilit li l-kundizzjoni taż-żmien kif ikkuntemplata fid-Deċiżjoni C (95) 1753 ma kienet inkluża la fid-deċiżjoni nazzjonali li kkonferixxiet is-sussidju u lanqas fil-kundizzjonijiet, fl-obbligi u fid-dispożizzjonijiet relatati mas-sussidju. Lanqas ma kien hemm riferiment għal dan ir-rekwiżit fil-formola ta' applikazzjoni jew fiddokumenti relatati magħha.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Barra min hekk, id-Deċiżjoni C(95) 1753 ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju tikkonkludi li l-benefiċjarju kkonċernat ma kienx jaf bid-dispożizzjoni u, fil-fehma ta' din il-qorti, ma kienx jaħti għal dan innuqqas ta' għarfien.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Meta wieħed jikkunsidra l-kuntest li fih tqajmu dawn id-domandi, nikkunsidrah preferibbli li nibda bit-tielet domanda. Barra minn hekk, fl-opinjoni tiegħi, għandu jkun biżżejjed li tiġi ttrattata biss din id-domanda, bvarjazzjoni minima tal-kliem.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5111"?><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Sussegwentement, nixtieq nosserva li r-riferiment għall-artikolu 38(l)(h) tar-Regolament Nru 1260/1999<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Regolament tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19990621">21 ta' Ġunju 1999</DATE>, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="121" DATE.PUB="1999" PAGE.FIRST="1">ĠU L 121, p. 1</REF.DOC.OJ>). Dan ir-regolament irrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88, dwar ix-xogħolijiet tal-Fondi Strutturali u l-effettività tagħhom u dwar il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet tagħhom bejniethom u ma' l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment u l-istrumenti finanzjarji oħrja li jeżistu, u (KEE) Nru 4253/88, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="374" DATE.PUB="1999" PAGE.FIRST="1">ĠU L 3741, p. 1</REF.DOC.OJ>), b'effet mill-<DATE ISO="20000101">1 ta' Jannar 2000</DATE> (ara l-Artikolu 54 tiegħu).</P></NOTE> huwa ċentrali għat-tielet domanda, filwaqt li l-Kummissjoni, flosservazzjonijiet miktuba tagħha, tqis li lqafas applikabbli u rilevanti huwa l-hekk imsejjaħ Regolament dwar il-koordinazzjoni<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Regolament Nru 4253/88, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/93, ta' l-<DATE ISO="19930720">20 ta' Lulju 1993</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="193" DATE.PUB="1993" PAGE.FIRST="20">ĠU L 193, 1993, p. 20</REF.DOC.OJ>), b'mod partikolari l-Artikolu 23(1) tiegħu. Isir riferiment koll għall-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1681/94 tal-<DATE ISO="19940711">11 ta' Lulju 1994</DATE>, dwar irregolaritajiet u l-ħa'las lura ta' ammonti mħallsa indebitament in konnessjoni ma l-iffinanzjar tal-politika strutturali u lorganizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="178" DATE.PUB="1994" PAGE.FIRST="43">ĠU L 178, p. 43</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2035/2005 tat-<DATE ISO="20051212">12 ta' Diċembru 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="328" DATE.PUB="2005" PAGE.FIRST="8">ĠU L 328, p. 8</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. F'dan ir-rigward, meta nqis l-Artikolu 52(1) tar-Regolament 1260/1999, jiena naqbel mal-Kummissjoni. Din pero, ftit tagħmel differenza fil-kuntest tad-domanda rrinvijata, għaliex irrispettivament mil-liema dispożiz-zjoni tiġi applikata, l-Istati Membri huma obbligati, bxi mod jew ieħor, jieħdu passi fil-każ ta' irregolarità.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Kif ġie spjegat mill-qorti tar-rinviju, taħt il-liġi Olandiża, il-prinċipju taċ-ċertezza legali jfisser li tali kundizzjoni ta' sussidju, li hija ta' natura oneruża, ma tistax tiġi invokata kontra l-benefiċjarju tassussidju ħlief jekk tkun ġiet mgħarrfa minn-qabel lil dak il-benefiċjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Dan ir-rekwiżit li hija għandha tiġi mgħarrfa joħroġ wkoll mill-Kodiċi Olandiż tal-liġi Amministrattiva (Algemene wet bestuursrecht). Kif indikat mill-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 4:37 ta' dan il-Kodiċi, moqri flimkien ma' l-Artikolu 4:38(1) u (2) tiegħu stess, jirrikjedi li kwalunkwe obbligu marbut ma sussidju għandu jinsab jew f'dispożiz-zjoni legali jew fid-deċiżjoni li tikkonċedi ssussidju.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skond l-istess Kodiċi, sussidju jista' jingħata wkoll direttament bis-saħħa ta' programm adottat mill-Kummissjoni. F'dan il-każ, mhijiex meħtieġa bażi legali separata. Pero, il-kundizzjoni taż-żmien mhijiex inkluża fir-rigward tal-kategorija ta' proġetti li minnha ROM-projecten tagħmel parti.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, taħt il-liġi Olandiża waħedha l-kundizzjoni taż-żmien ma tistax tiġi invokata kontra l-benefiċjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għalhekk id-domanda hija jekk hemmx obbligu li dan ir-rekwiżit jiġi inforzat skond id-dritt Komunitarju, jew fi kliem ieħor, jekk il-prinċipju taċ-ċertezza legali jistax jipprekludi l-irkupru ta' l-għajnuna finanzjarja in kwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5112"?><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Din mhijiex l-ewwel darba li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tittratta kwistjonijiet li jirrigwardaw l-irkupru ta' ammonti li ma kellhomx jitħallsu taħt id-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hija ġurisprudenza kostanti li, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet Komunitarji, kontroversji li jirrigwardaw l-irkupru ta' ammonti li ma kellhomx jitħallsu skond id-dritt komunitarju għandhom jiġu deċiżi mill-qrati nazzjonali, b'applikazzjoni tal-liġi nazzjonali tagħhom, suġġetti għal-limiti imposti mid-dritt komunitarju, li jipprovdu li r-regoli u l-proċeduri pprovduti mil-liġi nazzjonali m'għandhomx ikollhom leffett li jirrendu l-irkupru ta' l-għajnuna li ma kinitx dovuta prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli u li l-liġi nazzjonali għandha tiġi applikata b'mod li mhijiex diskriminatorja meta mqabbla mal-proċeduri li bihom jiġu deċiżi kontroversji simili nazzjonali<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19830921">21 ta' Settembru 1983</DATE>, Deutsche Milchkontor et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="205/82—215/82" YEAR="1983" PAGE.ECR="2633">205/82 sa 215/82, Ġabra p. 2633, punt 19</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-prinċipju ta' ċertezza legali jagħmel parti mill-ordinament ġuridiku Komunitarju. Nirreferi f'dan ir-rigward għal Huber<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20020919">19 ta' Settembru 2002</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-336/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-7699">C-336/00, Ġabra p. I-7699, punt 56</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. F'din il-kawza, li kkonċernat programm nazzjonali ta' għajnuna koffinanzjat mill-Komunità fil-kuntest tal-politika agrikola komuni, il-Qorti kkonstatat li d-dritt Komunitarju ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' ċertezza legali sabiex jiġi evitat l-irkupru ta' l-ammonti li ġew imħallsa indebitament, peress li dan il-prinċipju jifforma parti mill-ordinament ġuridiku tal-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>It-tielet nett, taħt id-dritt komunitarju, il-prinċipju ta' ċertezza legali, prinċipju fundamentali, ifisser li r-regoli għandhom jippermettu lil dawk ikkonċernati li jkunu jafu preċiżament safejn jaslu l-obbligi li huma imposti fuqhom<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, per eżempju, is-sentenza ta' l-<DATE ISO="19981001">1 ta' Ottubru 1998</DATE>, Ir-Renju Unit v Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-209/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-5655">C-209/96, Ġabra I-5655, punt 35</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Kif intqal, l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali m'għandhiex tirrendi l-irkupru ta' l-għajnuna mħallsa indebitament prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli. Barra minn hekk, għandha tiġi applikata b'mod li mhijiex diskriminatorja meta mqabbla mal-proċeduri użati sabiex jiġu deċiżi kontroversji simili nazzjonali. Dan ta' l-aħħar jimplika li l-interess tal-Komunità wkoll jittieħed in kunsiderazzjoni.<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenza Deutsche Milchkontor et, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punt 32.</P></NOTE></TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, il-konklużjoni mil-ħuqa mill-qorti tar-rinviju, jiġifieri li l-prinċipju ta' ċertezza legali taħt il-ligi Olan-diża jipprekludi lis-Segretarju ta' l-Istat milli jistrieħ fuq il-kundizzjoni taż-żmien kontra ROM-projecten, peress li din il-kundizzjoni ma ġietx ikkomunikata lill-benefiċjarju u,<?PAGE NO="I-5113"?> barra minn hekk, ma setax ikun raġonevol-ment mistenni minn dan ta' l-aħħar li jaċċerta ruħu mill-kontenut tad-Deċiżjoni C (95) 1753 b'ebda mod ieħor, ma tippreġudika la l-prinċipju ta' effettività u lanqas dak ta' ekwivalenza.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Peress li l-benefiċjarju ma kienx jaf bid-dispożizzjoni in kwistjoni u ma jaħtix għal dan in-nuqqas ta' għarfien, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' ċertezza legali mhuwiex prekluż mid-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, nirrileva li hemm possib-biltà li, fil-każ li l-irregolarità tkun imputabbli lil Stat Membru, l-Istat Membru kkon-ċernat jista' jinżamm finanzjarjament responsabbli għall-ammonti li ma jkunux ġew irkuprati.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet msemmija hawn fuq, jiena tal-fehma li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti r-risposta segwenti għad-domandi magħmula mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>Id-dritt Komunitarju ma jipprekludix lil Stat Membru milli japplika l-prinċipju ta ċertezza legali sabiex jastjeni milli jirkupra għajnuna minħabba l-vjolazzjoni ta' dispożizzjoni, fejn il-benefiċjarju tas-sussidju ma kienx jaf b'dik id-dispożizzjoni u ma jaħtix għan-nuqqas ta' għarfien ta' dik id-dispożizzjoni.<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>