<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑199/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0199</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:853">EU:C:2016:853</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20161110">10.11.2016</DATE> – KAWŻA C-199/15</P><P>CICLAT</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 45</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 49 u 56 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ esklużjoni ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Obbligi dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Dokument uniku ta’ regolarità fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Rettifika tal-irregolaritajiet</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑199/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Consiglio di Stato (kunsill tal-istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150203">3 ta’ Frar 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20150429">29 ta’ April 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ciclat Soc. coop.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Consip SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Autorità per la Vigilanza sui Contratti pubblici di lavori, servizi e forniture</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Team Service SCARL</HT>, bħala mandatarju ta’ ATI-Snam Lazio Sud Srl u Ati-Linda Srl,</P><P><HT TYPE="BOLD">Consorzio Servizi Integrati,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn, C. Vajda (Relatur) li qed jaġixxi bħala President tal-Awla, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Ciclat Soc. coop., minn S. Sticchi Damiani, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Consip SpA, minn A. Clarizia, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL), minn L. Frasconà u G. Catalano, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Consorzio Servizi Integrati, minn G. Viglione, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Varone u C. Colelli, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Gattinara u A. Tokár, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 45 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-konsorzju Ciclat Soc. coop. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ciclat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Consip SpA u l-Autorità per la vigilanza sui contratti pubblici di lavori, servizi e forniture (awtorità ta’ sorveljanza tal-kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi) dwar il-proċedura tal-għoti għall-provvista ta’ servizzi ta’ tindif u servizzi oħra ta’ manutenzjoni tal-bini, tal-istabbilimenti tal-iskejjel u taċ-ċentri ta’ taħriġ tal-amministrazzjoni pubblika.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 2 tad-Direttiva 2004/18 tistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-għoti tal-kuntratti ffinalizzati fl-Istati Membri f’isem l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u korpi oħra mmexxija minn entitajiet legali pubbliċi, huwa soġġett li josserva l-prinċipji tat-Trattat u in partikolari għall-prinċipji tal-moviment ħieles tal-prodotti, il-prinċipju ta’ l-istabbiliment ħieles u l-prinċipju tal-libertà li tipprovdi servizzi u l-prinċipji li jitnisslu minn dawn, bħal ma huwa il-prinċipju tat-trattament ugwali, il-prinċipju ta’ bla diskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ għarfien reċiproku, il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-prinċipju tat-trasparenza. Madankollu, għall-kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu ammont, huwa rakkomandat li jinħarġu disposizzjonijiet ta’ kordinazzjoni Komunitarja tal-proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ kuntratti bħal dawn li huma bbażati fuq dawn il-prinċipji sabiex jiġu assigurati l-effetti li dawn jista’ jkollhom u biex jiggarantixxu l-bidu tal-kisba għall-kompetizzjoni. Dawn il-disposizzjonijiet kordinati għandhom għalhekk jiġu interpretati skond ir-regoli imsemmija aktar qabel u l-prinċipji u regoli oħra tat-Trattat.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18 jikkonċerna l-kriterji ta’ għażla kwalitattiva relatati mas-sitwazzjoni personali tal-kandidat jew tal-offerent. Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull operatur ekonomiku jista’ jkun eskluż minn parteċipazzjoni f’kuntratt fejn dak l-operatur eknomiku:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>ma issodisfax obbligi relatati mal-pagament ta’ kuntribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skond il-disposizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih huwa stabbilit jew ma’ dawk tal-pajjiż ta’ l-awtorità kontrattwanti;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P>Stati Membri għandhom jispeċifikaw, skond il-liġi nazzjonali tagħhom u b’rigward għal-liġi tal-Kommunità, il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għal dan il-paragrafu.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="045.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Awtoritajiet kontrattwanti għandhom jaċċettaw dan li ġej bħala evidenza suffiċjenti li ebda wieħed mill-każi speċifikati fil-paragrafi 1 jew 2(a), (b), (ċ), (e) jew (f) japplika għall-operatur ekonomiku:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>[…]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għal dak li jirrigwarda paragrafu 2(e) u (f), ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru konċernat.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-awtorità kontrattwanti tista’ tistieden lil operaturi ekonomiċi li jissupplimentaw jew jiċċaraw iċ-ċertifikati u dokumenti sottomessi fis-segwitu ta’ l-Artikoli 45 sa 50.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE>, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>), jistabbilixxi, fl-Artikolu 93 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-decreto legislativo n. 163 – Codice dei contratti pubblici relativi a lavori, servizi e forniture in attuazione delle direttive 2004/17/CE e 2004/18/CE (Digriet Leġiżlattiv Nru 163, li jistabbilixxi l-kodiċi tal-kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal servizzi u għal provvisti skont id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE), tat-<DATE ISO="20060412">12 ta’ April 2006</DATE> (Suppliment ordinarju għall-GURI Nru 100, tat-<DATE ISO="20060502">2 ta’ Mejju 2006</DATE>), kif emendat bid-Digriet-Liġi Nru 70 tat-<DATE ISO="20110513">13 ta’ Mejju 2011</DATE> (GURI Nru 110, tat-<DATE ISO="20110513">13 ta’ Mejju 2011</DATE>, p. 1) ikkonvertit f’liġi permezz tal-Liġi Nru 106, tat-<DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE> (GURI Nru 160, tat-<DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE>, p. 1) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), jirregola, fl-intier tagħhom, il-proċeduri fl-Italja ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal servizzi u għal provvisti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 jinkludi, fil-Parti II tiegħu, l-Artikolu 38 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjonijiet u ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi. L-Artikolu 38(1)(i) ta’ dan id-digriet jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="038.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Huma esklużi mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjonijiet u ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi u ma jistgħux jingħataw kuntratti ta’ subappalt u lanqas jidħlu fi kuntratti relatati ma’ dawn il-kuntratti, il-persuni:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>li wettqu ksur serju, definittivament stabbilit, tar-regoli applikabbli fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali Taljana jew dik tal-Istat li fih dawn huma stabbiliti.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 38(2), (4) u (5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="038.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kandidat jew l-offerent jikkonfermaw li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti permezz ta’ dikjarazzjoni sostituttiva, skont dak li jippreskrivi t-test uniku tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari fil-qasam ta’ dokumenti amministrattivi, previst fid-Digriet Nru 445 tal-president tar-Repubblika tat-<DATE ISO="20001228">28 ta’ Diċembru 2000</DATE>, u fl-imsemmija dikjarazzjoni jiġi indikat kull kundanna kriminali mogħtija fil-konfront tiegħu, inklużi dawk li jibbenefikaw min-nuqqas ta’ inklużjoni fiċ-ċertifikat tal-kondotta.</ALINEA><ALINEA>[…] għall-finijiet tal-Artikolu 38(1)(i), il-ksur li jostakola l-ħruġ tad-dokument uniku ta’ regolarità fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (documento unico di regolarità contributiva) għandu jitqies li huwa ksur serju[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="038.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-verifiki dwar il-kawżi ta’ esklużjoni previsti f’dan l-artikolu, l-awtoritajiet kontraenti jitolbu, jekk ikun il-każ, lill-kandidati jew lill-offerenti mhux stabbiliti fl-Italja li jipprovdu d-dokumenti probatorji meħtieġa u jistgħu, minbarra dan, jitolbu l-kooperazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="038.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea kkonċernat ma joħroġx dan it-tip ta’ dokument jew ta’ ċertifikat, huma meqjusa bħala provi suffiċjenti dikjarazzjoni bil-ġurament jew, fl-Istati Membri fejn tali ġurament ma jeżistix, dikjarazzjoni magħmula mill-persuna kkonċernata quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti, nutar jew organu professjonali kkwalifikat tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-provenjenza.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-ksur li jostakola l-ħruġ tad-dokument uniku ta’ regolarità fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>DURC<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) huwa ddefinit mid-decreto del ministero del lavoro e della previdenza sociale – che disciplina il documento unico di regolarità contributiva (digriet tal-ministeru tax-Xogħol u tas-Sigurtà soċjali li jirregola d-dokument uniku ta’ regolarità fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali), tal-<DATE ISO="20071024">24 ta’ Ottubru 2007</DATE> (GURI Nru 279, tat-<DATE ISO="20071130">30 ta’ Novembru 2007</DATE>, p. 11).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8(3) ta’ dan id-digriet ministerjali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għall-fini biss tal-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti, differenza żgħira ħafna bejn is-somom dovuti u dawk imħallsa fir-rigward ta’ kull awtorità tas-sigurtà soċjali u ta’ kull fond ta’ kostruzzjoni ma għandhiex tipprekludi l-ħruġ tad-DURC. Differenza ta’ inqas minn jew ta’ ugwali għal 5 % bejn is-somom dovuti u dawk imħallsa għal kull perijodu ta’ ħlas ta’ remunerazzjoni jew ta’ kontribuzzjonijiet jew f’kull każ ta’ inqas minn EUR 100 ma għandhiex titqies li hija serja, bla ħsara għall-obbligu ta’ ħlas tal-ammont iċċitat iktar ’il fuq fi żmien tletin jum mill-ħruġ tad-DURC.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Id-DURC li joħroġ lill-impriża għandu perijodu ta’ validità ta’ tliet xhur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 7(3) tal-imsemmi digriet ministerjali, huwa previst ukoll li, f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ regolarità fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali, l-organi kkonċernati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>jistiednu lill-persuna kkonċernata biex tiregolarizza s-sitwazzjoni tagħha f’terminu li ma jaqbiżx il-ħmistax-il ġurnata<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Il-ġurisprudenza nazzjonali speċifikat madankollu li l-invit biex tirregolarizza ma japplikax meta id-DURC huwa mitlub mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ opinjoni ppubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tal-<DATE ISO="20120714">14 ta’ Lulju 2012</DATE>, Consip nediet proċedura ta’ sejħa għal offerti għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratt tas-servizzi ta’ tindif u servizzi oħra intiżi għall-manutenzjoni dekorattiva u teknika tal-bini, tal-istabbilimenti tal-iskejjel ta’ kull tip u ta’ kull livell kif ukoll taċ-ċentri ta’ taħriġ tal-amministrazzjoni pubblika. Kien possibbli li wieħed jipparteċipa f’dan il-kuntratt, diviż fi 13-il lott, billi wieħed jippreżenta offerti awtonomi. Mill-proċess trażmess lill-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta li l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti kienet iffissata għas-<DATE ISO="20120926">26 ta’ Settembru 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-avviż kien espressament jeħtieġ lil kull offerent, taħt piena ta’ esklużjoni, jiddikjara li huwa kien jissodisfa l-kriterji ġenerali ta’ parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti li kienu jinsabu fl-Artikolu 38 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ciclat, konsorzju fformat minn kumpanniji kooperattivi fil-ħidma tal-produzzjoni, għamel offerta li tikkonċerna l-lott Nru 7, li l-ammont bażiku tas-sejħa tal-offerti tiegħu kien ta’ EUR 91 2000 000, u l-lott Nru 12, li l-ammont bażiku tas-sejħa għal offerti tiegħu kien ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">89800000</FT>, billi jikkostitwixxi, garanzija provviżorja ta’ ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">912000</FT> fir-rigward tal-lott Nru 7, u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">898000</FT> fir-rigward tal-lott Nru 12.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li Ciclat kien konsorzju, huwa semma, fl-offerta tiegħu, il-kooperattivi fornituri fil-każ fejn il-kuntratt jingħata lilu, li fosthom huwa semma b’mod partikolari lil Ancora Soc. coop arl. Fl-<DATE ISO="20120910">10 ta’ Settembru 2012</DATE>, din tal-aħħar iddikjarat, billi bbażat fuq il-passaġġ rilevanti tal-Artikolu 38 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ma wettqitx ksur serju, jew peress li għamlet ostakolu għall-ħruġ tad-DURC, definittivament stabbiliti, għar-regoli applikabbli fil-qasam tal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara l-proċedura tas-sejħa għal offerti, Ciclat kiseb l-ewwel post tal-klassifikazzjoni provviżorja għal-lott Nru 7, u t-tieni post għal-lott Nru 12.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130612">12 ta’ Ġunju 2013</DATE>, għat-talba tal-Consip fil-kuntest tal-istħarriġ tal-użanzi, l’Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL) ħareġ ċertifikat li fih huwa stabbilixxa li, fid-data tad-dikjarazzjoni tagħha tal-<DATE ISO="20120910">10 ta’ Settembru 2012</DATE>, Ancora ma kinitx tissodisfa, fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali, fir-rigward tal-ħlas tal-primjums tal-assigurazzjoni, peress li din il-kumpannija naqqset milli tħallas it-tielet parti ta’ dawn il-primjums fil-kuntest tal-iskema ta’ awtolikwidazzjoni fl-iskadenza tas-<DATE ISO="20120816">16 ta’ Awwissu 2012</DATE>, għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">33148.28</FT>. Din it-tielet parti tħallset mar-raba’ u l-aħħar parti, fil-<DATE ISO="20121205">5 ta’ Diċembru 2012</DATE>, jiġifieri qabel ma l-imsemmija stħarriġ kien twettaq u qabel ma r-riżultat tas-sejħa għal offerti ġie mgħarraf.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li Consip iddeċidiet li teskludi lil Ciclat mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti, dan tal-aħħar ippreżenta rikors quddiem it-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (tribunal amministrattiv reġjonali għal-Latium, l-Italja) kontra din il-miżura ta’ esklużjoni u kontra l-miżuri sussegwenti ta’ implementazzjoni tal-garanziji provviżorji. L-imsemmi tribunal ċaħad dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Ciclat ippreżenta appell minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. Huwa argumenta li n-nuqqas ta’ pagament, fit-terminu mogħti, ta’ waħda mill-partijiet ta’ primjum awtolikwidat ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ksur serju u definittivament stabbilit<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-ħlas<?PAGE NO="6"?> spontanju tal-kontribuzzjoni mar-raba’ u l-aħħar parti. Huwa indika wkoll li l-INAIL naqas mill-obbligu tiegħu li jinnotifikah bl-irregolaritajiet bis-saħħa tal-Artikolu 7 tad-Digriet Ministerjali tal-<DATE ISO="20071024">24 ta’ Ottubru 2007</DATE>, sa fejn dan l-obbligu japplika wkoll f’każ ta’ talba <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tad-DURC matul l-istħarriġ deċiż mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Consiglio di Stato (kunsill tal-istat, l-Italja) għandu dubji fuq il-validità tar-regoli Taljani inkwistjoni. Huwa jikkunsidra li dawn jistgħu jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18 u fl-Artikoli 49 u 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Consiglio di Stato (kunsill tal-istat) iddeċieda li jissospendi l-proċedura u jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18, interpretat ukoll fid-dawl tal-prinċipju ta’ raġonevolezza, kif ukoll l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti, fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti li tkun ’il fuq mil-livell ta’ rilevanza, li ċ-ċertifikat maħruġ mill-organi ta’ sigurtà soċjali (DURC) jintalab <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> u li obbliga lill-awtorità kontraenti tikkunsidra bħala raġuni ta’ esklużjoni ċertifikat li juri nuqqqas ta’ ħlas preċedenti ta’ kontribuzzjonijiet soċjali, li kien speċifikament jeżisti fil-mument tal-parteċipazzjoni, għalkemm l-operatur ekonomiku – li pparteċipa abbażi ta’ DURC pożittiv li kien għadu validu – ma kienx jaf dwaru u li fi kwalunkwe każ ma kienx għadu jeżisti fil-mument tal-għoti jew tal-istħarriġ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment jekk l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18 kif ukoll l-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-awtorità kontraenti li tikkunsidra bħala raġuni ta’ esklużjoni l-ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ikkonstatat f’ċertifikat mitlub <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità kontraenti u maħruġ mill-organi tas-sigurtà soċjali, meta dan il-ksur kien jeżisti fid-data tal-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti, anki jekk ma kienx jeżisti iżjed fid-data tal-għoti jew tal-istħarriġ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, id-Direttiva 2004/18 huwa applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati, bis-saħħa tal-premessa 2 tagħha, konformement mal-prinċipji tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll dawk li jirriżultaw minnhom. Għaldaqstant, ma hemmx lok li wieħed jeżamina separatament il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tal-Artikoli 49 u 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li d-Direttiva 2014/24, li għaliha tagħmel referenza d-deċiżjoni tar-rinviju, kienet għadha ma daħlitx fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, kif jirriżulta mill-Artikolu 93 ta’ din id-direttiva u għalhekk ma hijiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkunsidra bħala raġuni ta’ esklużjoni ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li kien jeżisti fid-data tal-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti, anki jekk l-ammont tal-kontribuzzjonijiet ġie regolarizzat qabel l-għoti jew qabel l-istħarriġ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 iħalli lill-Istati Membri li jiddeterminaw f’liema terminu l-persuni kkonċernati għandhom jikkonformaw ruħhom mal-obbligi tagħhom dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u jistgħu jagħmlu<?PAGE NO="7"?> eventwali regolarizzazzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, filwaqt li huwa mifhum li dan it-terminu josserva l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060209">9 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>La Cascina <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑226/04 u C‑228/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:94">EU:C:2006:94</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, anki jekk awtorità kontraenti jista’ jitlob li d-data relatata ma’ offerta tkun puntwalment ikkoreġuta jew kompletata, tali korrezzjonijiet jew żidiet jistgħu jikkonċernaw biss data li l-eżistenza tagħha qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tkun tista’ tiġi vverifikata oġġettivament, u ma tistax tikkonċerna informazzjoni li l-komunikazzjoni tagħha hija meħtieġa taħt piena ta’ esklużjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Manova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑336/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:647">EU:C:2013:647</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18, li jipprovdi li l-awtorità kontraenti tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi sabiex jissupplimentaw jew jiċċaraw iċ-ċertifikati u d-dokumenti ppreżentati skont l-Artikoli 45 sa 50 tal-istess direttiva, ma għandux jiġi interpretat bħala li jippermettilha li taċċetta kwalunkwe rettifiki għal ommissjonijiet li, skont id-dispożizzjonijiet espressi tad-dokumenti tal-kuntratt, għandhom iwasslu għall-esklużjoni tal-offerenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Cartiera dell’Adda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2345">EU:C:2014:2345</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkunsidra bħala raġuni ta’ esklużjoni ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li kien jeżisti fid-data tal-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti, anki jekk l-ammont tal-kontribuzzjonijiet ġie regolarizzat qabel l-għoti jew qabel l-istħarriġ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandu jiġi determinat jekk din il-konklużjoni hija meħtieġa ukoll meta leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprevedi li l-kwistjoni jekk operatur ekonomiku huwa konformi mal-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fid-data tal-parteċipazzjoni tiegħu f’sejħa għal offerti, hija determinata minn ċertifikat maħruġ mill-organi tas-sigurtà soċjali u mitlub <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità kontraenti. Il-qorti tar-rinviju tosserva, f’dan ir-rigward, li l-organi tas-sigurtà soċjali ma humiex obbligati, bis-saħħa tal-Artikolu 7(3) tad-Digriet Ministerjali tal-<DATE ISO="20071024">24 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li jipprevjenu l-operatur ekonomiku kkonċernat bis-sitwazzjoni ta’ irregolarità qabel ma joħorġu tali ċertifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-Artikolu 45(2)(e) tad-Direttiva 2004/18 jippermetti lill-Istati Membri jeskludu mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku lil kull operatur ekonomiku li ma ssodisfax l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Barra minn hekk, bis-saħħa tal-Artikolu 45(3) tad-Direttiva 2004/18, l-awtoritajiet kontraenti jaċċettaw bħala prova suffiċjenti li tikkonferma li l-operatur ekonomiku ma jsibx ruħu fil-każ imsemmi fl-imsemmi paragrafu 2(e), ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u li r-riżultat tiegħu li dawn il-ħtiġijiet huma sodisfatti. Ma jirriżulta bl-ebda mod mill-kliem tal-imsemmija dispożizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti huma pprojbiti li jistaqsu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ċ-ċertifikat meħtieġ mingħand l-organi tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa irrilevanti li operatur ekonomiku ma ġiex avżat b’tali irregolarità bil-kundizzjoni li jkollu l-possibbiltà li jivverifika f’kull mument ir-regolarità tas-sitwazzjoni tiegħu mingħand l-organu kompetenti. Jekk dan huwa l-każ, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, operatur ekonomiku ma jistax jibbaża fuq ċertifikat maħruġ mill-organi tas-sigurtà soċjali miksub qabel l-offerta tiegħu magħmula u li tikkonferma li kien jikkonforma mal-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali matul perijodu li ġie qabel ma ssir din l-offerta, fl-għarfien, jekk ikun il-każ, wara l-informazzjoni meħuda mingħand l-organu kompetenti, li ma għadux konformi ma’ tali obbligi fid-data meta ssir l-offerta tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-awtoritajiet kontraenti li jikkunsidraw bħala raġuni ta’ esklużjoni l-ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ikkonstatat f’ċertifikat mitlub <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità kontraenti u maħruġ mill-organi tas-sigurtà soċjali, meta dan il-ksur kien jeżisti fid-data tal-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti, li b’hekk jeskludi kull libertà ta’ evalwazzjoni lill-awtoritajiet kontraenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 ma jipprevedix uniformità ta’ applikazzjoni tal-kawżi ta’ esklużjoni indikati fih fuq livell tal-Unjoni, minħabba li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li ma japplikawx affattu dawn il-kawżi ta’ esklużjoni, jew li jintegrawhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’livell ta’ applikazzjoni li jista’ jvarja każ b’każ, skont il-kunsiderazzjonijiet legali, ekonomiċi jew soċjali li jipprevalu fil-livell nazzjonali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑358/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2063">EU:C:2014:2063</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Din id-dispożizzjoni, għalhekk, ma tobbligax lill-Istati Membri li jħallu libertà ta’ evalwazzjoni lill-awtoritajiet kontraenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-awtoritajiet kontraenti li jikkunsidraw bħala raġuni ta’ esklużjoni l-ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ikkonstatat f’ċertifikat mitlub <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità kontraenti u maħruġ mill-organi tas-sigurtà soċjali, meta dan il-ksur kien jeżisti fid-data tal-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti, li b’hekk jeskludi kull libertà ta’ evalwazzjoni lill-awtoritajiet kontraenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tielet u l-aħħar lok, għandhom jiġu eżaminati d-domandi tal-qorti tar-rinviju fuq il-kwistjoni jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistabbilixxi diskriminazzjoni bejn l-impriżi stabbiliti fl-Italja u dawk stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li, għal dawn tal-aħħar, l-Artikolu 38(4) u (5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 jipprovdi li l-awtorità kontraenti għandha titlob lil dawn l-impriżi li jipprovdu huma stess id-dokumenti probatorji meħtieġa u li, jekk l-Istat Membru kkonċernat ma joħroġx dan it-tip ta’ dokument jew ta’ ċertifikat, dikjarazzjoni bil-ġurament jew dikjarazzjoni solenni hija kkunsidrata bħala prova suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li xi impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn għamlu offerti fil-kawża prinċipali. Minn dan isegwi li l-kwistjoni jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistabbilixxi diskriminazzjoni bejn l-impriżi stabbiliti fl-Italja u dawk stabbiliti fi Stati Membri oħrajn hija irrilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula jekk l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-awtorità kontraenti li tikkunsidra bħala raġuni ta’ esklużjoni l-ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ikkonstatat f’ċertifikat mitlub <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità kontraenti u maħruġ mill-organi tas-sigurtà soċjali, meta dan il-ksur kien jeżisti fid-data tal-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti, anki jekk ma kienx jeżisti iżjed fid-data tal-għoti jew tal-istħarriġ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-awtorità kontraenti li tikkunsidra bħala raġuni ta’ esklużjoni l-ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ikkonstatat f’ċertifikat mitlub <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità kontraenti u maħruġ mill-organi tas-sigurtà soċjali, meta dan il-ksur kien jeżisti fid-data tal-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti, anki jekk ma kienx jeżisti iżjed fid-data tal-għoti jew tal-istħarriġ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-awtorità kontraenti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>