<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-565/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0565</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:265">EU:C:2018:265</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20180419">19.4.2018</DATE> – Kawża C‑565/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Saponaro u Xylina</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20180419">19 ta’ April 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2201/2003</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja ta’ rinunzja ta’ wirt f’isem wild minuri</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri</KEYWORD><KEYWORD>Estensjoni tal-ġurisdizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12(3)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑565/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Eirinodikeio Lerou (il-Qorti Konċiljatorja ta’ Leros, il-Greċja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161025">25 ta’ Ottubru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, fil-proċedura mibdija minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Alessandro Saponaro,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Kalliopi-Chloi Xylina,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn C. G. Fernlund (Relatur), President tal-Awla, A. Arabadjiev u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn T. Papadopoulou, G. Papadaki u E. Tsaousi, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin u A. Katsimerou, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20171206">6 ta’ Diċembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas‑<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ rikors imressaq minn Alessandro Saponaro u Kalliopi-Chloi Xylina, f’isem il-wild minuri tagħhom, intiż għall-kisba tal-awtorizzazzjoni ġudizzjarja ta’ rinunzja ta’ wirt iddestinat għal dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 12 tar-Regolament Nru 2201/2003 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ir-raġunijiet [regoli] ta’ l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri stabbiliti fir-Regolament preżenti huma fformati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri, u partikolarment dwar il-kriterju ta’ l-qrubija. Dan ifisser li l-ġurisdizzjoni għandha toqgħod l-ewwelnett ma’ l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ l-minuri, ħlief għal ċerti każijiet fejn hemm tibdil fir-residenza ta’ l-minuri jew skond ftehim bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika, tkun xi tkun in-natura ta’ l-qorti jew tribunal, fi kwistjonijiet ċivili dwar:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-attribuzzjoni, l-ezerċizzju, id-delegazzjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tar-responsabbilità ta’ l-ġenituri.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu1(b) jistgħu, partikolarment, jittrattaw fi:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>il-miżuri għall-protezzjoni ta’ l-minuri dwar l-amministrazzjoni, il-konservazzjoni u l-ħelsien ta’ l-proprjetà tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament ma japplikax għal:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>il-fondi fiduċjarji jew ta’ suċċessjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Il-Ġurisdizzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri dwar minuri li huma abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru fiż-żmien li l-qorti tkun ħadet il-pussess.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 9, 10 u 12.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-Proroga ta’ l-ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi, fil-paragrafi (1) sa (3) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-qrati ta’ xi Stat Membru li jeżerċitaw l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3 dwar l-applikazzjoni għad-divorzju, għas-separazzjoni legali jew għall-annullament taż-żwieg għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni dwar kwalsijasi kwistjoni dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri li għandha x’taqsam ma’ dik l-applikazzjoni fejn:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-ġurisdizzjoni ta’ l-qrati ġiet aċċettata espressament jew xort’oħra f’mod inekwivokabbli mill-konjuġi u bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità, fil-ħin li l-qorti tieħu pussess ta’ dan, u tkun fl-aqwa nteressi ta’ l-minuri.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-ġurisdizzjoni mogħtija fil-paragrafu 1 għandha tieqaf jekk kif:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>is-sentenza li tippermetti jew tirrifjuta l-applikazzjoni għad-divorzju, għas-separazzjoni legali jew għall-annullament taż-żwieg ġiet finalizzata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>f’dawk il-każijiet fejn il-proċedimenti dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri għadhom pendenti fid-data imsemmija f’ (a), sentenza f’dawn il-proċedimenti giet iffinalizzata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-proċedimenti msemmija f’ (a) u f’(b) ġew mitmuma għal raġuni oħra.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom ukoll il-ġurisdizzjoni dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri fi proċedimenti minn barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-minuri għandhom konnessjoni sostanzjali ma’ dak l-Istat Membru, u partikolarment bis-saħħa ta’ l-fatt li bejn wieħed minn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità huwa/hija abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru jew li l-minuri huma ċittadini ta’ dak l-Istat Membru;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-ġurisdizzjoni ta’ l-qrati ġiet espressament aċċettata jew xort’oħra f’mod inekwivokabbli mill-partijiet kollha fil-proċedimenti fil-ħin li l-qorti ħadet il-pussess u dan fl-ahjar interess għall-minuri.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Grieg</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 797 tal-Kodikas Politikis Dikonomias (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), meta tintalab awtorizzazzjoni f’isem wild minuri mill-persuna li jkollha r-responsabbiltà ta’ ġenitur, il-qorti konċiljatorja tal-post tar-residenza abitwali tal-minuri għandha l-ġurisdizzjoni u tiddeċiedi skont ir-regoli tal-proċedura mhux kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Mid-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 748(2) u l-Artikolu 750 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jirriżulta li l-kopja tal-petizzjoni b’avviż li tkun ġiet iffissata seduta għandha tiġi nnotifikata lill-eisangeleas protodikon (il-prosekutur quddiem il-qrati tal-ewwel istanza, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>prosekutur<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) taż-żona, peress li l-prosekutur għandu d-dritt jassisti għas-seduta quddiem il-qorti konċiljatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-prosekutur għandu l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> fil-proċeduri mhux kontenzjużi u għandu d-dritt jieħu kull miżura proċedurali, bħal dik li jressaq appell, irrispettivament mill-fatt jekk kienx issejjaħ għas-seduta u irrispettivament minn jekk huwa kienx deher għas-seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>A. Saponaro u K‑C. Xylina, li jaġixxu f’isem il-bint minuri tagħhom, li hija ċittadina Griega, jitolbu lill-Eirinodikeio Lerou (il-Qorti Konċiljatorja ta’ Leros, il-Greċja) l-awtorizzazzjoni jirrinunzjaw wirt in-nannu matern (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>mejjet<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-mejjet miet fl-<DATE ISO="20150510">10 ta’ Mejju 2015</DATE> mingħajr ma ħalla testament. Fid-data meta miet huwa kien jgħix il-Greċja. Wirtu kien kompost minn karozza u dgħajsa, li jinsabu f’dan l-Istat Membru u li jammontaw għall-valur totali ta’ EUR 900. Barra minn hekk, il-mejjet kien instab ħati minn qorti kriminali ta’ attentat ta’ frodi u l-werrieta tiegħu jistgħu jkunu s-suġġett ta’ azzjoni ċivili għad-danni min-naħa tal-vittma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Huwa għalhekk li l-konjuġi u bniet il-mejjet, jiġifieri n-nanna, l-omm u z-zija tal-wild minuri, diġà rrinunzjaw għall-wirt u li missier u omm din it-tifla talbu f’isem din tal-aħħar, li saret il-werrieta, l-awtorizzazzjoni sabiex jirrinunzjaw għal dan il-wirt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>A. Saponaro u K‑C. Xylina kif ukoll il-wild minuri tagħhom għandhom ir-residenza abitwali tagħhom f’Ruma (l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Eirinodikeio Lerou (il-Qorti Konċiljatorja ta’ Leros) tistaqsi dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati Griegi sabiex jiddeċiedu dwar it-talba tal-ġenituri u, b’mod iktar partikolari, dwar il-possibbiltà ta’ estensjoni tal-ġurisdizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Eirinodikeio Lerou (il-Qorti Konċiljatorja ta’ Leros) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Fil-każ li talba għal awtorizzazzjoni intiża għar-rinunzja ta’ suċċessjoni hija indirizzata lil qorti Ellenika mill-ġenituri ta’ wild minuri li r-residenza abitwali tiegħu tinsab fl-Italja u għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni hijiex konformi mal-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>is-sempliċi preżentata tat-talba quddiem il-qorti Ellenika hija ekwivalenti għall-aċċettazzjoni inekwivoka mill-ġenituri tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>[il-prosekutur] jinsab fost il-partijiet li jridu jaċċettaw l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni fil-mument tal-preżentata tat-talba, fid-dawl tal-fatt li skont id-dritt Elleniku huwa legalment parti fil-proċedura inkwistjoni, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni hija fl-interess tal-wild, fid-dawl tal-fatt li huwa stess u l-ġenituri tiegħu, fil-kwalità ta’ rikorrenti, għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Italja, filwaqt li r-residenza tal-mejjet fil-mument tal-mewt, kif ukoll il-patrimonju tiegħu li huwa s-suġġett tas-suċċessjoni, jinsabu fil-Greċja?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għandu jiġi eżaminat, preliminarjament, jekk ir-Regolament Nru 2201/2003 japplikax sabiex tiġi ddeterminata l-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, din is-sitwazzjoni taqa’ fil-kuntest ta’ suċċessjoni. Madankollu, hekk kif inhu ppreċiżat fl-Artikolu 1(3)(f) tar-Regolament Nru 2201/2003, dan ma japplikax għas-suċċessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Matoušková</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑404/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:653">EU:C:2015:653</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-fatt li miżura, bħall-approvazzjoni mill-qorti tat-tutela ta’ ftehim dwar it-tqassim tas-suċċessjoni konkluż f’isem ulied minuri, intalbet fil-kuntest ta’ proċedura ta’ suċċessjoni ma jistax jitqies bħala determinanti sabiex din il-miżura taqa’ taħt id-dritt ta’ suċċessjoni. Il-ħtieġa li tinkiseb approvazzjoni mill-qorti tat-tutela hija konsegwenza diretta tal-istat u tal-kapaċità tat-tfal minuri u tikkostitwixxi miżura ta’ protezzjoni tal-minuri marbuta mal-amministrazzjoni, mal-konservazzjoni u mal-ħelsien tal-proprjetà tagħhom fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri fis-sens tal-Artikolu 1(1)(b) u (2)(e) tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Hemm lok li jitqies, bl-istess mod, li talba għal awtorizzazzjoni mressqa minn ġenituri f’isem il-wild minuri tagħhom intiża għar-rinunzja ta’ wirt hija relatata mal-istat u l-kapaċità tal-persuna u ma taqax taħt id-dritt tas-suċċessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li tali talba ma taqax taħt id-dritt tas-suċċessjoni, iżda taħt il-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri, u li għaldaqstant, id-domanda magħmula għandha tiġi eżaminata fid-dawl tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fejn il-ġenituri ta’ wild minuri, li jirrisjedu b’mod abitwali ma’ dan tal-aħħar fi Stat Membru, ippreżentaw, f’isem dan il-wild, talba għal awtorizzazzjoni għar-rinunzja ta’ wirt quddiem il-qorti ta’ Stat Membru ieħor, l-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni favur qorti ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor tosserva t-termini ta’ din id-dispożizzjoni u, b’mod partikolari, fl-aħjar interess għall-minuri, meta t-talba tkun tressqet b’mod konġunt mill-ġenituri ta’ dan il-minuri quddiem l-imsemmija qorti, il-prosekutur, li huwa legalment parti fil-proċedura inkwistjoni skont id-dritt nazzjonali applikabbli, ma jkunx oġġezzjona għal din l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni u r-residenza tal-mejjet fid-data tal-mewt tiegħu, kif ukoll il-patrimonju tiegħu, li huwa s-suġġett tas-suċċessjoni, ikun jinsab fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din id-domanda tirrigwarda l-ewwel nett, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>il-ġurisdizzjoni ta’ l-qrati ġiet espressament aċċettata jew xort’oħra f’mod inekwivokabbli<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, it-tieni nett, il-kelmiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>partijiet kollha fil-proċedimenti fil-ħin li l-qorti ħadet il-pussess<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> u t-tielet nett, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>fl-aħjar interess għall-minuri<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fejn dawn il-kunċetti u kliem jinsabu fl-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>il-ġurisdizzjoni ta’ l-qrati ġiet espressament aċċettata jew xort’oħra f’mod inekwivokabbli<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003, il-ġurisdizzjoni ta’ qorti, taħt din id-dispożizzjoni, għandha tiġi aċċettata espressament jew bi kwalunkwe mod ieħor inekwivoku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>L</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑656/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2364">EU:C:2014:2364</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-imsemmija dispożizzjoni timponi li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ftehim espress jew tal-inqas inekwivoku dwar l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni bejn il-partijiet kollha fil-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Tali ftehim ma jkunx jeżisti jekk parti waħda tadixxi qorti u parti oħra tintervjeni sussegwentement quddiem din l-istess qorti, iżda biex tikkontesta l-ġurisdizzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>L</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑656/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2364">EU:C:2014:2364</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hemm lok li jiġi kkonstatat li, meta ż-żewġ ġenituri ta’ wild minuri jagħmlu talba konġunta quddiem l-istess qorti, huma juru l-istess rieda li jadixxu din il-qorti u, b’hekk, il-qbil tagħhom mal-għażla tal-qorti kompetenti. Fl-assenza ta’ informazzjoni oħra li tikkontradixxi din il-konstatazzjoni, l-aċċettazzjoni għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>inekwivoku<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kelmiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>partijiet kollha fil-proċedimenti fil-ħin li l-qorti ħadet il-pussess<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-kelmiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>partijiet kollha fil-proċedimenti fil-ħin li l-qorti ħadet il-pussess<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, hemm lok li jiġi eżaminat jekk il-prosekutur, li huwa legalment parti fil-proċedura skont id-dritt nazzjonali, huwa wkoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tal-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003. Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-prosekutur jaġixxi fil-kwalità ta’ rappreżentant tal-Istat u fl-interess ġenerali u li, fil-każ ta’ talba għal awtorizzazzjoni għal rinunzja ta’ wirt f’isem ta’ wild minuri, l-interess ġenerali jkun ugwali għal dak tal-minuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, fir-rigward tal-premessa 12 tar-Regolament Nru 2201/2003, li l-kap ta’ ġurisdizzjoni previst fl-Artikolu 12(3) ta’ dan ir-regolament jagħmel eċċezzjoni għall-kriterju ta’ qrubija, li jgħid li fl-ewwel lok huma l-qrati tal-Istat Membru ta’ residenza abitwali tal-minuri li għandhom jieħdu konjizzjoni tal-azzjonijiet fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-minuri, fejn dan il-kriterju huwa espress mill-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament. Din l-eċċezzjoni hija intiża tagħti ċertu awtonomija lill-partijiet fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri billi tenfasizza li l-kundizzjoni dwar in-natura inekwivoka tal-aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati aditi mill-partijiet kollha fil-proċedura għandha tkun interpretata b’mod strett (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gogova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑215/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:710">EU:C:2015:710</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu jiġi enfasizzat l-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>kollha<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fl-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>partijiet kollha fil-proċedimenti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li għandha tkun ipparagunata mal-kelmiet iktar preċiżi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>konjuġi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>detenturi tar-responsabilità tal-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li jinsabu fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 2201/2003. Għalhekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni ħa ħsieb juża terminu li jinkludi l-partijiet kollha fil-proċedura, fis-sens tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Hemm lok li jitqies li prosekutur li, skont id-dritt nazzjonali, għandu l-kwalità ta’ parti fil-proċedura f’azzjonijiet bħal dik fil-kawża prinċipali u li jirrappreżenta l-interess tal-minuri, jikkostitwixxi parti fil-proċedura, fis-sens tal-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003. Konsegwentement, l-oppożizzjoni tiegħu għall-estensjoni tal-ġurisdizzjoni ma tistax tiġi injorata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna d-data li fiha l-aċċettazzjoni tal-partijiet fil-proċedura għandha tingħata, jiġifieri d-data li fiha l-qorti hija adita, mill-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2201/2003 jirriżulta li din id-data tikkorrispondi, fil-prinċipju, għal dik li fiha r-rikors promotur jew att ekwivalenti huwa ppreżentat quddiem il-qorti (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>E.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑436/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2246">EU:C:2014:2246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>L</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑656/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2364">EU:C:2014:2364</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-okkorrenza ta’ ċerti fatti wara d-data li fiha l-qorti tkun ġiet adita tista’ madankollu turi li l-aċċettazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 ma kinitx teżisti f’din id-data. Għaldaqstant, fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>L</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑656/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2364">EU:C:2014:2364</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-eżistenza ta’ ftehim espress jew tal-inqas inekwivoku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma tistax tkun manifestament stabbilita meta l-qorti inkwistjoni tkun adita minn parti waħda fil-proċedura u meta, sussegwentement, parti oħra f’din il-proċedura tikkontesta, sa mill-ewwel pass meħtieġ minnha fil-kuntest ta’ din il-proċedura, il-ġurisdizzjoni tal-qorti adita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B’mod analogu, f’sitwazzjoni fejn prosekutur jitqies, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, bħala legalment parti f’proċedura li tirrigwarda r-responsabbiltà tal-ġenituri, l-oppożizzjoni magħmula minn din il-parti fir-rigward tal-għażla tal-qorti magħmula mill-ġenituri tal-minuri kkonċernat wara d-data li fiha tkun ġiet adita l-qorti, tipprekludi l-aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni għall-partijiet kollha fil-proċedura f’din id-data. Min-naħa l-oħra, fl-assenza ta’ tali oppożizzjoni, il-qbil ta’ din il-parti jista’ jitqies li huwa impliċitu u l-kundizzjoni ta’ aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni, b’mod inekwivoku mill-partijiet kollha fil-proċedura fid-data li fiha tkun adita l-qorti, tista’ titqies li hija ssodisfatta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>fl-aħjar interess għall-minuri<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003 jirriżulta li l-użu tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni fl-ebda każ ma għandu jkun kontra l-aħjar interess tal-minuri u li l-osservanza ta’ din il-kundizzjoni għandha tiġi vverifikata f’kull każ partikolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>L</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑656/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2364">EU:C:2014:2364</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>D.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑428/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:819">EU:C:2016:819</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2201/2003, li jikkonċerna r-rinviju lill-qorti l-iktar adatta sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-rekwiżit li r-rinviju għandu jaqdi l-aħjar interessi tal-minuri jimplika li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni tiżgura, fid-dawl taċ-ċirkustanzi konkreti tal-kawża, li r-rinviju propost minn din tal-aħħar lil qorti ta’ Stat Membru ieħor probabbilment ma huwiex ser ikollu impatt detrimentali fuq is-sitwazzjoni tal-wild.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-premessa 12 tar-Regolament Nru 2201/2003, li tipprovdi li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti minn dan ir-regolament huma maħsuba abbażi tal-aħjar interess tal-minuri, isemmi espressament il-possibbiltà li l-qrati ta’ Stat Membru li ma huwiex dak li fih il-minuri għandu r-residenza abitwali tiegħu jkollhom ġurisdizzjoni jekk jiġi konkluż ftehim dwar dan is-suġġett bejn id-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, tali ftehim ġie konkluż bejn il-ġenituri tal-minuri. Barra minn hekk, minbarra ċ-ċittadinanza tal-minuri li hija dik tal-Istat Membru li fih tinsab il-qorti magħżula, il-qorti tar-rinviju tindika li r-residenza tal-mejjet fid-data tal-mewt tiegħu, kif ukoll il-patrimonju tiegħu, li huwa s-suġġett tas-suċċessjoni, kienu jinsabu f’dan l-Istat Membru. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li dan kien il-każ ukoll għall-passiv tal-wirt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Dawn l-elementi jsaħħu r-rabta bejn il-minuri u l-Istat Membru li fih tinsab il-qorti magħżula u hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva, fil-punt 72 tal-konklużjonijiet tiegħu, ipoġġu lil din tal-aħħar f’pożizzjoni tajba biex tevalwa l-kuntest tar-rinunzja għall-wirt f’isem il-minuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma ngħatat ebda indikazzjoni mill-qorti tar-rinviju li minnha jirriżulta li t-tressiq tal-kawża quddiem il-qorti magħżula mill-ġenituri jippreġudika bi kwalunkwe mod l-interessi tal-minuri. B’mod partikolari, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-prosekutur innifsu, li huwa obbligat jipproteġi l-interessi tal-minuri, ma opponiex din l-għażla.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-elementi indikati mill-qorti tar-rinviju, li jenfasizzaw ir-rabta bejn il-minuri u l-Istat Membru li fih tinsab din il-qorti, jippermettu li jitqies li l-kundizzjoni dwar it-teħid inkunsiderazzjoni l-aħjar interess tal-minuri hija ssodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali fejn il-ġenituri ta’ wild minuri, li jirrisjedu b’mod abitwali ma’ dan tal-aħħar fi Stat Membru, ippreżentaw f’isem dan il-minuri talba għall-awtorizzazzjoni għar-rinunzja ta’wirt quddiem il-qorti ta’ Stat Membru ieħor, l-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-preżentata konġunta tal-ġenituri tal-minuri quddiem il-qorti magħżula minnhom tikkostitwixxi aċċettazzjoni mhux ekwivoka ta’ din il-qorti minnhom;</P></ITEM><ITEM><P>prosekutur li, skont id-dritt nazzjonali, huwa legalment parti fil-proċedura mibdija mill-ġenituri, huwa parti fil-proċedura, fis-sens tal-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003. L-oppożizzjoni magħmula minn din il-parti fir-rigward tal-għażla tal-qorti magħmula mill-ġenituri tal-minuri wara d-data li fiha tkun ġiet adita l-qorti, tipprekludi l-aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni għall-partijiet kollha fil-proċedura f’din id-data. Fl-assenza ta’ tali oppożizzjoni, il-qbil ta’ din il-parti jista’ jitqies li huwa impliċitu u l-kundizzjoni ta’ aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni, b’mod inekwivoku mill-partijiet kollha fil-proċedura fid-data li fiha tkun adita l-qorti, tista’ titqies li hija ssodisfatta.</P></ITEM><ITEM><P>il-fatt li r-residenza tal-mejjet fid-data tal-mewt tiegħu, il-patrimonju tiegħu li huwa s-suġġett tas-suċċessjoni, u l-passiv tas-suċċessjoni kienu jinsabu fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti magħżula jippermetti, fl-assenza ta’ provi li juru li l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni jista’ jkollha impatt detrimentali għas-sitwazzjoni tal-minuri, li jitqies li tali estensjoni tal-ġurisdizzjoni hija fl-aħjar interess tal-minuri.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">F’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali fejn il-ġenituri ta’ wild minuri, li jirrisjedu b’mod abitwali ma’ dan tal-aħħar fi Stat Membru, ippreżentaw f’isem dan il-minuri talba għall-awtorizzazzjoni għar-rinunzja ta’ wirt quddiem il-qorti ta’ Stat Membru ieħor, l-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">il-preżentata konġunta tal-ġenituri tal-minuri quddiem il-qorti magħżula minnhom tikkostitwixxi aċċettazzjoni mhux ekwivoka ta’ din il-qorti minnhom;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">prosekutur li, skont id-dritt nazzjonali, huwa legalment parti fil-proċedura mibdija mill-ġenituri, huwa parti fil-proċedura, fis-sens tal-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003. L-oppożizzjoni magħmula minn din il-parti fir-rigward tal-għażla tal-qorti magħmula mill-ġenituri tal-minuri wara d-data li fiha tkun ġiet adita l-qorti, tipprekludi l-aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni għall-partijiet kollha fil-proċedura f’din<?PAGE NO="9"?> id-data. Fl-assenza ta’ tali oppożizzjoni, il-qbil ta’ din il-parti jista’ jitqies li huwa impliċitu u l-kundizzjoni ta’ aċċettazzjoni tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni, b’mod inekwivoku mill-partijiet kollha fil-proċedura fid-data li fiha tkun adita l-qorti, tista’ titqies li hija ssodisfatta, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">il-fatt li r-residenza tal-mejjet fid-data tal-mewt tiegħu, il-patrimonju tiegħu li huwa s-suġġett tas-suċċessjoni, u l-passiv tas-suċċessjoni kienu jinsabu fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti magħżula jippermetti, fl-assenza ta’ provi li juru li l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni jista’ jkollha impatt detrimentali għas-sitwazzjoni tal-minuri, li jitqies li tali estensjoni tal-ġurisdizzjoni hija fl-aħjar interess tal-minuri.</HT></P></ITEM></LIST></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>