<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-363/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CC0363</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:746">EU:C:2017:746</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Sharpston – Kawża C-363/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20171010">10 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑363/16</HT></P><P>Il-Kummissjoni Ewropea</P><P>vs</P><P>Ir-Repubblika Ellenika</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ rkupru</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 108(2) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Reġistrazzjoni tal-għajnuna mogħtija illegalment mill-Istat fl-iskeda tal-passiv</KEYWORD><KEYWORD>Waqfien tal-attivitajiet tal-impriża</KEYWORD><KEYWORD>Sospensjoni tal-irkantijiet pubbliċi tal-assi tal-impriża</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fi Frar 2012, il-Kummissjoni Ewropea adottat deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/541/UE, tat-<DATE ISO="20120222">22 ta’ Frar 2012</DATE>, dwar għajnuna mill-Istat SA.26534 (C 27/10 ex NN 6/09) mogħtija mill-Greċja lill-United Textiles SA (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="279" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2012">ĠU 2012 L 279, p. 30</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>id-deċiżjoni ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</P></NOTE> li kkonstatat li ċerti miżuri ta’ appoġġ finanzjarju li pprovdiet il-Greċja lil United Textiles S.A. kienu għajnuna mogħtija mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern u eżiġiet li l-Greċja tirkupra l-għajnuna. Issa trid dikjarazzjoni, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, li l-Greċja naqset milli tosserva dik id-deċiżjoni fil-perijodu preskritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Greċja targumenta li, peress li l-benefiċjarja tal-għajnuna ġiet iddikjarata insolventi b’ordni ta’ qorti ta’ Lulju 2012 u l-attivitajiet tagħha waqfu, tneħħiet id-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-għajnuna illegali mill-Istat li rċeviet il-benefiċjarja. Minn dan isegwi li l-Greċja ħadet il-miżuri kollha meħtieġa sabiex timplementa d-deċiżjoni u li ma hijiex inadempjenti taħtha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 108(2) TFUE jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Jekk, wara li ssejjaħ lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni ssib li miżura ta’ għajnuna mogħtija minn Stat, jew permezz tar-riżorsi ta’ Stat, m’hijiex kompatibbli mas-suq intern skond l-Artikolu 107, jew li dik l-għajnuna tkun applikata b’mod inġust, hija għandha tieħu deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat interessat li jabolixxi dik l-għajnuna jew li jimmodifikaha fit-terminu preskritti mill-Kummissjoni.</P><P>Jekk l-Istat interessat ma joqgħodx għal din id-deċiżjoni fit-terminu preskritt, il-Kummissjoni jew kull Stat ieħor interessat ikun jista’ jippreżenta l-materja direttament lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, b’deroga għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 258 u 259.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 659/1999<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339). Minn dakinhar dak ir-regolament ġie mħassar u ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE>, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015 L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>). Kien ir-regolament preċedenti li kien fis-seħħ fid-data li fiha ġiet adottata d-deċiżjoni ta’ rkupru u fid-data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ksur. Dan ir-regolament tal-aħħar daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20151014">14 ta’ Ottubru 2015</DATE>. Fi kwalunkwe każ, il-kontenut tal-Artikolu 16 ta’ dan l-aħħar regolament huwa, apparti mill-enumerazzjoni tad-dispożizzjonijiet, identiku għal dak tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999.</P></NOTE> stabbilixxa regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola għajnuna mogħtija illegalment mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-premessa 6 ta’ dak ir-regolament tgħid <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>f’konformità ma’ l-Artikolu [4(3) TUE], Stati Membri huma taħt obbligu li jikkoperaw mal-Kummissjoni u li jipprovduha bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex [jippermettulha] taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 13:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Billi f’każijiet ta’ għajnuna llegali li m’hijiex kompatibbli mas-suq komuni, għandha terġa titqajjem kompetizzjoni effettiva; billi għal dan il-għan huwa meħtieġ li l-għajnuna, li tinkludi l-imgħax, għandha tinġieb lura mingħajr dewmien; billi huwa xieraq li r-radd lura jsir f’konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali; billi l-applikazzjoni ta’ dawk il-proċeduri m’għandhomx, billi jipprevjenu l-esekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, timpedixxi l-qawmien mill-ġdid tal-kompetizzjoni effettiva; billi sabiex jinkiseb dan ir-riżultat, Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw l-effettività tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 ta’ dak ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Rkupru ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.P><TXT>Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna llegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju […]. Il-Kummissjoni m’għandhiex teħtieġ ir-rkupru ta’ l-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-[UE].</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-ebda ordni tal-[Qorti tal-Ġustizzja] skont l-Artikolu [278 TFUE], irkupru għandu jsir mingħajr dewmien u f’konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm jippermettu li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ssir b’mod immedjat u effettiv. Għal dan l-effett u fl-eventwalità ta’ proċedura quddiem il-qrati nazzjonali, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li huma disponibbli fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, li jinkludu miżuri proviżjonali, mingħajr preġudizzju għall-liġi tal-[UE].<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni ta’ rkupru</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>United Textiles hija kumpannija tat-tessuti Griega li kienet tipproduċi ħwejjeġ, fibra u drapp. Il-premessi tad-deċiżjoni ta’ rkupru jgħidu li mill-inqas mill-2004 is-sitwazzjoni tagħha kienet qed tiddeterjora b’mod kostanti u l-impjanti tagħha ma kinux qed joperaw mill-2008, minħabba nuqqas ta’ kapital operattiv. Kważi s-self bankarju kollu tagħha sar dovut mill-2008. Skont ir-rapporti annwali tal-kumpannija, il-produzzjoni waqfet kważi kompletament minn Marzu 2009; u l-kummerċ tal-ishma tagħha fil-Borża ta’ Ateni ġie sospiż minn Frar 2010<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Premessi 11 sa 15 tad-deċiżjoni ta’ rkupru.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fl-2007, il-Greċja tat lil United Textiles garanzija fir-rigward tal-iskedar mill-ġdid ta’ self bankarju eżistenti u l-ħruġ ta’ self bankarju ġdid (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>il-garanzija tal-2007<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Fl-2009, il-Greċja skedat mill-ġdid id-djun tal-assigurazzjoni soċjali tal-kumpannija għall-perijodu mill-2004 sal-2009 (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>l-iskedar mill-ġdid tal-2009<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Premessi 18 sa 21 tad-deċiżjoni ta’ rkupru.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120222">22 ta’ Frar 2012</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni ta’ rkupru u nnotifikatha lill-Greċja fit-<DATE ISO="20120223">23 ta’ Frar 2012</DATE>. Permezz tal-Artikolu 1(1) ta’ dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ddikjarat li l-garanzija tal-2007 u l-iskedar mill-ġdid tal-2009 kienu jikkostitwixxu għajnuniet mill-Istat mogħtija illegalment, inkompatibbli mas-suq intern<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni ta’ rkupru.</P></NOTE>. L-ammont totali tal-għajnuna illegali kien stmat f’EUR 30.57 miljun<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Premessi 98 u 99 tad-deċiżjoni ta’ rkupru.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 irrikjeda lill-Greċja li tirkupra l-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment, bl-interessi, minn United Textiles.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 pprovda li l-irkupru tal-għajnuna kellu jkun immedjat u effettiv u li d-deċiżjoni ta’ rkupru kellha tiġi implementata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 4(1) kien jirrikjedi li l-Greċja tissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika tad-deċiżjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>(a)</NO.P><TXT>l-ammont totali (il-kapital u l-interessi fuq l-irkupru) li għandhom jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>deskrizzjoni fid-dettall tal-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u ta’ dawk li jkunu ppjanati biex ikun hemm konformità [mad-deċiżjoni ta’ rkupru];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(2), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-Greċja żżomm lill-Kummissjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħudin sabiex tiġi implimentata [id-deċiżjoni ta’ rkupru] sakemm l-irkupru tal-għajnuna […] ikun tlesta. Hija tissottometti minnufih, jekk issir talba mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u dawk li jkunu ppjanati għall-konformità ma[d-deċiżjoni ta’ rkupru]. Tipprovdi ukoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u ta’ mgħaxijiet fuq l-irkupru li jkunu diġà ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarju.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ rkupru, l-awtoritajiet kompetenti Griegi ċċertifikaw dejn fl-ammont ta’ EUR 19 181 729.10 (li jikkorrispondi għall-garanzija tal-2007) fil-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>. Fid-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, b’sentenza tal-Polymeles Protodikeio Athinon (qorti tal-ewwel istanza, Ateni), United Textiles ġiet iddikjarata insolventi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20120829">29 ta’ Awwissu 2012</DATE> l-awtoritajiet Griegi kompetenti ċċertifikaw dejn ulterjuri fl-ammont ta’ EUR 15 827 427.78 (li jikkorrispondi għall-iskedar mill-ġdid tal-2009).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Id-djun ġew innotifikati lir-reġistru tal-insolvenzi fit-<DATE ISO="20120803">3 ta’ Awwissu 2012</DATE> (il-garanzija tal-2007) u fl-<DATE ISO="20120914">14 ta’ Settembru 2012</DATE> (l-iskedar mill-ġdid tal-2009).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-ewwel laqgħa tal-kredituri saret fit-<DATE ISO="20121218">18 ta’ Diċembru 2012</DATE>. L-aħħar notifika tad-djun li jirriżultaw mill-għajnuniet li kellhom jiġu rkuprati saret fis-<DATE ISO="20130207">7 ta’ Frar 2013</DATE>. L-iskeda tal-passiv ġiet iffinalizzata fil-<DATE ISO="20130911">11 ta’ Settembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Mill-2013, l-assi ta’ United Textiles inbiegħu f’irkant pubbliku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Bejn Mejju 2012 u Mejju 2015, il-Kummissjoni u l-Greċja skambjaw numru ta’ ittri dwar l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru u l-kors tal-proċeduri ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tas-7 u s-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, l-amministratur tal-proċeduri ta’ insolvenza ta’ United Textiles informa lill-Kummissjoni li kienu qed isiru tentattivi mill-Greċja biex in-negozju tal-kumpannija jingħata bidu mill-ġdid u staqsa lill-Kummissjoni sa liema punt kienet tappoġġja dan il-proġett. Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20151218">18 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-Kummissjoni talbet lill-Greċja tiċċara jekk kienx hemm proġett għas-sospensjoni tal-proċeduri ta’ insolvenza ta’ United Textiles u biex in-negozju jingħata bidu mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz ta’ Att ta’ kontenut leġiżlattiv tat-<DATE ISO="20151230">30 ta’ Diċembru 2015</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>AKL<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), ġie riżolt li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>l-irkantijiet pubbliċi għall-bejgħ tal-assi tal-kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata […] [United Textiles] huma sospiżi għal perijodu ta’ sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni fil-<HT TYPE="ITALIC">Gazzetta Uffiċjali</HT><QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Artikolu 17 tal-AKL. Il-bażi legali għall-adozzjoni ta’ dak l-att kienet l-Artikolu 44(1) tal-Kostituzzjoni Griega, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>f’ċirkustanzi straordinarji ta’ ħtieġa urġenti u mhux prevedibbli, il-President tar-Repubblika jista’, fuq proposta tal-Kabinett, jadotta atti ta’ kontenut leġiżlattiv. […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-Greċja wieġbet għall-ittra tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20151218">18 ta’ Diċembru 2015</DATE> fid-<DATE ISO="20160119">19 ta’ Jannar 2016</DATE>, li tikkonferma li l-bejgħ tal-assi kien ġie sospiż. Hija pprovdiet lill-Kummissjoni b’iktar informazzjoni dwar dik il-kwistjoni permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20160411">11 ta’ April 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-irkant pubbliku tal-assi tal-kumpannija ġie effettivament sospiż mid-data tal-pubblikazzjoni tal-AKL għal perijodu ta’ sitt xhur sat-<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>. Il-Gvern Grieg ikkonferma waqt is-seduta li l-irkantijiet għall-bejgħ tal-assi ta’ United Textiles kienu reġgħu bdew f’Settembru 2016.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet imressqa</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE> il-Kummissjoni ppreżentat ir-rikors preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji, fit-terminu preskritt, sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarja tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern mill-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni ta’ rkupru u billi naqset milli tinforma lill-Kummissjoni b’mod suffiċjenti dwar il-miżuri meħuda, skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-deċiżjoni, il-Greċja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dik id-deċiżjoni kif ukoll dawk li joħorġu mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fis-seduta tal-<DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, il-Gvern Grieg u l-Kummissjoni ressqu l-argumenti orali u rrispondew id-domandi li għamlitilhom il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni nnotat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>mill-perspettiva formali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, il-Greċja ma kinitx żgurat li l-obbligi li jirriżultaw mid-deċiżjoni ta’ rkupru kienu ġew issodisfatti fid-data ta’ skadenza tal-perijodu preskritt (ara l-punt 39 iktar ’l isfel). Madankollu, iddedikat il-parti l-kbira tas-sottomissjonijiet bil-miktub u orali tagħha għas-sospensjoni tal-bejgħ tal-assi tal-kumpannija tliet snin wara fit-<DATE ISO="20151230">30 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Meta ġiet mistoqsija waqt is-seduta biex tispeċifika dak li hija allegat li kien in-nuqqas tal-Greċja li twettaq l-obbligi tagħha, il-Kummissjoni identifikat tliet raġunijiet ewlenin li fuqhom il-Greċja kienet, fil-fehma tagħha, kisret id-deċiżjoni ta’ rkupru, jiġifieri: (i) billi naqset milli tirkupra l-għajnuna fi żmien il-perijodu ta’ erba’ xhur stabbilit fid-deċiżjoni (United Textiles kienet ġiet iddikjarata insolventi wara li għalqet dik l-iskadenza); (ii) billi naqset milli tinforma lill-Kummissjoni b’mod komplet dwar il-progress tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat illegali, kemm billi ma pprovdietx lill-Kummissjoni<?PAGE NO="5"?> bl-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni ta’ rkupru fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dik id-deċiżjoni u kif ukoll billi ma informatx lill-Kummissjoni li l-irkantijiet pubbliċi kienu ġew sospiżi f’Diċembru 2015; u (iii) billi ssospendiet, permezz tal-AKL, l-irkantijiet pubbliċi tal-assi ta’ United Textiles.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Rimarki preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Huwa importanti, qabel xejn, li jiġu ċċarati ċerti aspetti tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE, id-data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur taħt dik il-proċedura u n-natura tal-obbligu impost fuq l-Istat Membru minn deċiżjoni ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura skont l-Artikolu 108(2) TFUE u l-oneru tal-prova</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Meta Stat Membru ma josservax deċiżjoni ta’ rkupru, il-Kummissjoni jew Stat Membru ieħor jistgħu, b’deroga mill-Artikoli 258 u 259 TFUE, jirreferu l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 108(2) TFUE. B’kuntrast mal-Artikolu 258 TFUE, dik l-aħħar għażla ma tipprovdix għal fażi prekontenzjuża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010703">3 ta’ Lulju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑378/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:370">EU:C:2001:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-għażla dwar liema proċedura għandha tiġi adottata f’xi każ partikolari hija kwistjoni għall-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:373">EU:C:2003:373</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata. Għalhekk ma nistax naċċetta l-argument li ressqet il-Kummissjoni waqt is-seduta li l-unika għażla tagħha meta Stat Membru ikun naqas milli josserva deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 108(2) TFUE hija li tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja skont dik id-dispożizzjoni.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-mezzi ta’ rimedju previsti fl-Artikolu 108(2) TFUE huma biss varjanti tal-azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas li jitwettaq obbligu skont it-Trattat, adattata b’mod speċifiku għall-problemi speċifiċi li l-għajnuna mill-Istat toħloq għall-kompetizzjoni ġewwa s-suq komuni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010703">3 ta’ Lulju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑378/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:370">EU:C:2001:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Fil-kawża ineżami, l-Kummissjoni ressqet il-kawża taħt l-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Skont dik id-dispożizzjoni, l-aċċess għall-Qorti tal-Ġustizzja huwa iktar mgħaġġel u eħfef peress li l-iskambju formali tal-fehmiet mal-Istat Membru u (skont il-każ) ma’ partijiet interessati oħra diġà jkun seħħ taħt il-proċedura amministrattiva li tkun wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:90">EU:C:2014:90</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. L-imġiba ta’ Stat Membru li kontra tiegħu tinġieb azzjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE għandha tiġi evalwata biss fid-dawl tal-obbligi imposti fuq dak l-Istat Membru minn dik id-deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880202">2 ta’ Frar 1988</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>213/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:39">EU:C:1988:39</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Hija d-deċiżjoni ta’ rkupru li tiddelimita l-portata ta’ proċedura skont l-Artikolu 108(2) TFUE (implementazzjoni sħiħa u fil-ħin). Kunsiderazzjonijiet oħra, bħall-imġiba sussegwenti ta’ Stat Membru, għandhom jinġiebu taħt l-Artikolu 258 TFUE (wara li tkun ħarġet opinjoni motivata) jew l-Artikolu 260 TFUE (fejn il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu) wara l-proċedura ddefinita hemmhekk.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Irrispettivament mill-għażla tal-proċedura tal-Kummissjoni, hija ġurisprudenza stabbilita li, fi proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tipprova l-allegazzjoni li l-obbligu ma ġiex issodisfatt. Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tipprovdi lill-Qorti tal-Ġustizzja bl-evidenza meħtieġa biex tkun tista’ tistabbilixxi li l-obbligu ma ġiex issodisfatt u, meta tagħmel hekk, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq kwalunkwe preżunzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:373">EU:C:2003:373</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, ladarba n-nuqqas ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat illegali jew parti minnha jkun ġie stabbilit, imbagħad huwa l-Istat Membru li għandu jissostanzja r-raġunijiet li jiġġustifikaw dak in-nuqqas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, f’dak is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑37/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:90">EU:C:2015:90</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fi proċeduri bħal f’din il-kawża, meta l-proċeduri nazzjonali għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat illegali ilhom għaddejjin għal diversi snin, huwa kruċjali li tiġi stabbilita d-data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur. F’dak ir-rigward, l-għażla bejn il-proċedura ta’ ksur ġenerali u l-proċedura tal-Artikolu 108(2) TFUE ma hijiex mingħajr konsegwenza. Minħabba li dan tal-aħħar ma jirrikjedix li l-Kummissjoni toħroġ opinjoni motivata, isegwi li d-data rilevanti biex jiġi evalwat jekk kienx hemm nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi ma tistax (bħal fil-proċeduri fl-Artikolu 258 TFUE) tkun id-data stabbilita għall-osservanza ta’ tali opinjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Minflok, skont ġurisprudenza stabbilita, id-data rilevanti fl-Artikolu 108(2) TFUE hija d-data stabbilita fid-deċiżjoni li permezz tagħha l-għajnuna mill-Istat trid tiġi rkuprata jew, fejn xieraq, id-data sussegwentement stabbilita mill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Senenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑411/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:832">EU:C:2013:832</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata. Id-deċiżjonijiet inkwistjoni kienu jikkonċernaw l-obbligu dwar l-irkupru. Prinċipji simili, fil-fehma tiegħi, jirregolaw id-dmir li tiġi pprovduta informazzjoni lill-Kummissjoni.</P></NOTE>. Avvenimenti sussegwenti li jseħħu wara d-data rilevanti ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur, jew in-nuqqas tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, f’dak is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010703">3 ta’ Lulju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑378/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:370">EU:C:2001:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, l-Artikolu 3(2) tad-deċiżjoni ta’ rkupru stabbilixxa perijodu ta’ erba’ xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni sussegwentement ma ffissatx perijodu ġdid. Għaldaqstant, id-data rilevanti għandha tkun ta’ erba’ xhur mit-<DATE ISO="20120223">23 ta’ Frar 2012</DATE>, id-data tan-notifika tad-deċiżjoni, jiġifieri it-<DATE ISO="20120623">23 ta’ Ġunju 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Pereżempju, fis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:458">EU:C:2015:458</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li d-deċiżjoni kienet innotifikata fit-<DATE ISO="20130503">3 ta’ Mejju 2013</DATE> (punt 14) u li d-data rilevanti kienet it-<DATE ISO="20130903">3 ta’ Settembru 2013</DATE> (punt 46). Ara wkoll is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑37/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:90">EU:C:2015:90</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, fejn id-deċiżjoni ġiet innotifikata fid-<DATE ISO="20090129">29 ta’ Jannar 2009</DATE> (punt 15) u d-data għall-evalwazzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza tad-deċiżjoni ġiet iffissata għad-<DATE ISO="20090529">29 ta’ Mejju 2009</DATE> (punt 58).</P></NOTE>. Billi dak kien is-Sibt, id-data rilevanti hija l-<DATE ISO="20120625">25 ta’ Ġunju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni ta’ rkupru rrikjeda lill-Greċja li tipprovdi informazzjoni speċifika lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika, jiġifieri sat-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Id-dati rilevanti għall-evalwazzjoni dwar jekk il-Greċja kisritx l-obbligu li tipprovdi informazzjoni u l-obbligu li tirkupra l-għajnuna mill-Istat huma għalhekk it-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE> u l-<DATE ISO="20120625">25 ta’ Ġunju 2012</DATE>, rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni sostniet fis-seduta li s-sospensjoni tal-irkantijiet pubbliċi għall-bejgħ tal-assi ta’ United Textiles mill-AKL fit-<DATE ISO="20151230">30 ta’ Diċembru 2015</DATE> hija t-tieni data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni sostniet ukoll waqt is-seduta li hija l-prassi ta’ din il-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata li Stat Membru li naqas milli josserva deċiżjoni li teżiġih jirkupra għajnuna mill-Istat sad-data rilevanti qed iwettaq ksur kontinwu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>It-tliet kawżi ċċitati mill-Kummissjoni b’appoġġ għal din il-proposta huma s-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:458">EU:C:2015:458</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑37/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:90">EU:C:2015:90</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:650">EU:C:2011:650</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Ma naċċettax dik l-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza. Filwaqt li huwa veru li f’xi wħud minn dawk il-kawżi l-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li l-ksur kompla wara d-data rilevanti u sas-seduta, id-dikjarazzjoni attwali magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja kienet limitata għall-eżistenza ta’ ksur fit-tmiem tal-perijodu stipulat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Pereżempju, fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑37/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:90">EU:C:2015:90</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat fir-rigward tal-obbligu li l-Kummissjoni tinżamm informata dwar l-irkupru tal-għajnuna illegali li l-Istat Membru ma kienx ikkomunika l-informazzjoni kollha meħtieġa kemm fil-perijodu inizjali ta’ xahrejn iffissat fid-deċiżjoni jew inkella sussegwentement qabel is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (punt 88).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jirriżulta ċar mis-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Belġju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010703">3 ta’ Lulju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑378/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:370">EU:C:2001:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara l-punt 36 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, li avvenimenti li seħħew wara d-data speċifikata fid-deċiżjoni li ordnat l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat illegali huma irrilevanti għall-finijiet tal-verifika tal-eżistenza ta’ ksur skont il-proċedura tal-Artikolu 108(2) TFUE. Għalkemm jingħad dan, l-Istat Membru jibqa’ taħt obbligu kontinwu wara dik id-data biex iwettaq l-irkupru tal-għajnuna illegali, skont id-dmir ta’ kooperazzjoni leali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara l-punt 80 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’l isfel, speċjalment il-punt 83.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">In-natura tal-obbligu ta’ rkupru</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali joħroġ mill-Artikolu 108(2) TFUE, kif applikat għall-finijiet tal-kawża preżenti permezz tar-Regolament Nru 659/1999. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod konsistenti li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>t-tħassir ta’ għajnuna illegali permezz tal-irkupru hija l-konsegwenza loġika tal-konstatazzjoni tal-illegalità tagħha<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:458">EU:C:2015:458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. L-irkupru jservi biex iġib lura l-i<HT TYPE="ITALIC">status quo ante</HT> sa fejn ikun possibbli u biex jiġu eliminati l-vantaġġi antikompetittivi maħluqa minn għajnuniet mill-Istat illegali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, f’dak is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:250">EU:C:2011:250</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:343">EU:C:2008:343</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ rkupru huwa obbligu fir-rigward tar-riżultat li għandu jinkiseb<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Naqbel f’dak ir-rigward mal-Avukat Ġenerali Wahl fil-konklużjoniiet tiegħu fi-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:90">EU:C:2014:90</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Ir-Regolament Nru 659/1999 jirrikjedi li l-Istati Membri jirkupraw għajnuniet mill-Istat illegali skont proċeduri nazzjonali mingħajr dewmien, filwaqt li l-implementazzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru trid tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>immedjata u effettiva<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Il-premessa 13 u l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 659/1999.</P></NOTE>. F’dak ir-rigward, skont ġurisprudenza stabbilita sew, l-Istati Membri huma ħielsa li jagħżlu l-mezzi biex jissodisfaw l-obbligu li jirriżulta mid-deċiżjoni ta’ rkupru, iżda l-miżuri magħżula ma għandhomx jaffettwaw ħażin il-portata u l-effettività tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2193">EU:C:2014:2193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-irkupru mhux biss għandu jkun sħiħ imma wkoll fil-ħin — jiġifieri, fil-perijodu stipulat fid-deċiżjoni (jew id-data sussegwentement stabbilita mill-Kummissjoni); irkupru tardiv ma jistax jissodisfa r-rekwiżiti tat-TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:458">EU:C:2015:458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat b’mod konsistenti li l-impossibbiltà assoluta biss tiskuża n-nuqqas ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:373">EU:C:2003:373</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Il-ġurisprudenza tinterpreta din id-difiża b’mod strett, u tirrifjuta li taċċetta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>sempliċi biża’ ta’ diffikultajiet interni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jammonta għal impossibbiltà assoluta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980129">29 ta’ Jannar 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:28">EU:C:1998:28</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. L-Istati Membri ma jistgħux jinvokaw ir-rekwiżiti tad-dritt nazzjonali tagħhom, bħall-impossibbiltà tal-irkupru skont id-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910321">21 ta’ Marzu 1991</DATE>, <NAME.CASE>L-Italja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:136">EU:C:1991:136</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>; vojt legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:673">EU:C:2013:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>; diffikultajiet amministrattivi jew tekniċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980129">29 ta’ Jannar 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:28">EU:C:1998:28</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>; jew id-diffikultajiet legali, politiċi jew prattiċi involuti fl-implementazzjoni tad-deċiżjoni, mingħajr ma jieħdu passi reali biex jirkupraw l-għajnuna mill-impriżi kkonċernati u mingħajr ma jipproponu lill-Kummissjoni xi arranġamenti alternattivi għall-implementazzjoni tad-deċiżjoni li setgħu jippermettu li dawk id-diffikultajiet jingħelbu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑305/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:274">EU:C:2011:274</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>impossibbiltà assoluta<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ara wkoll Karpenschif, M., <HT TYPE="ITALIC">Droit européen des aides d’État</HT>, Bruylant, Bruxelles, 2015, paġni 383 sa 387.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Jista’ Stat Membru jargumenta li minħabba li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-benefiċjarju ma tippermettix l-irkupru tal-għajnuna, dik tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>impossibbiltà assoluta<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> għall-irkupru?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dik is-sitwazzjoni ma tikkostitwixxix prova li l-implementazzjoni hija impossibbli, peress li l-likwidazzjoni tal-kumpannija tista’ sservi wkoll biex jinkiseb l-għan li titneħħa l-għajnuna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara, f’dak is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020702">2 ta’ Lulju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑499/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:408">EU:C:2002:408</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. In-nuqqas ta’ assi rkuprabbli huwa l-uniku mod kif tintwera l-impossibbiltà assoluta li tiġi rkuprata l-għajnuna; u huwa obbligu tal-Istat li jfittex li jistralċja l-impriża sabiex ikun jista’ jeżegwixxi t-talbiet tiegħu fuq l-assi, jekk ikun hemm u jekk il-konkors tagħhom jippermettilu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020702">2 ta’ Lulju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑499/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:408">EU:C:2002:408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Id-difiża tal-impossibbiltà assoluta tapplika għar-<HT TYPE="ITALIC">riżultat</HT> li għandu jintlaħaq: l-irkupru tal-għajnuna illegali. Kieku tista’ tiġi invokata fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">mod</HT> kif isir l-irkupru, ikun faċli żżejjed għal Stat Membru li jagħżel proċess għall-irkupru tal-għajnuna illegali li jirriżulta li kien impossibbli u mbagħad jiġi sostnut li ma kellux iktar l-obbligu li jirkupra l-għajnuna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:343">EU:C:2008:343</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Ċerti dmirijiet kumplimentari jinħolqu jekk Stat Membru jiltaqa’ ma’ diffikultajiet biex jirkupra l-għajnuna. Stat Membru jista’ joqgħod fuq id-difiża ta’ impossibbiltà assoluta biss jekk ikun ġab dawk il-problemi għall-attenzjoni tal-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">u</HT> pprova jsolvi d-diffikultajiet li qed jaffaċċja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑419/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:89">EU:C:2008:89</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑37/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:90">EU:C:2015:90</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Għalhekk, Stat Membru li jiltaqa’ ma’ diffikultajiet mhux previsti u imprevedibbli jew li jsir konxju ta’ konsegwenzi injorati mill-Kummissjoni għandu jissottometti dawk il-problemi lill-Kummissjoni għall-kunsiderazzjoni, flimkien ma’ proposti għal emendi xierqa għad-deċiżjoni kkonċernata. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, bis-saħħa tar-regola li timponi fuq l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE dmir ta’ kooperazzjoni leali li jsejjes b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) TUE, jaħdmu flimkien bil-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> sabiex jingħelbu dawk id-diffikultajiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:373">EU:C:2003:373</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">In-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna mill-Istat</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tgħid li l-Greċja ma rkupratx, fil-perijodu preskritt, l-għajnuna illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, meta l-irkupru sħiħ tal-għajnuna mill-Istat illegali ma jkunx possibbli minħabba li l-impriża tkun f’diffikultà jew insolventi, l-Istat Membru jeħtieġ li jirreġistra d-dejn relatat mal-ħlas lura tal-għajnuna fl-iskeda tal-passiv ta’ dik l-impriża fil-kuntest tal-proċeduri ta’ insolvenza. L-impriża għandha tieqaf definittivament mill-attivitajiet tagħha. Fil-każ preżenti, il-Greċja ma ssodisfatx dawk l-obbligi sal-iskadenza tal-perijodu preskritt, jiġifieri l-<DATE ISO="20120625">25 ta’ Ġunju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-Greċja targumenta li United Textiles ġiet iddikjarata insolventi fid-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE> u l-attivitajiet tagħha waqfu. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-vantaġġ kompetittiv li l-benefiċjarja tal-għajnuna gawdiet għalhekk tneħħiet, skont id-deċiżjoni ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>F’każ bħal dan, meta l-impriża kkonċernata ma jkollhiex il-fondi meħtieġa biex tħallas lura l-għajnuna mill-Istat illegali, jibqa’ l-obbligu ta’ rkupru. Fil-fatt, fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa stabbilit sew li l-obbligu li tiġi rkuprata għajnuna mill-Istat illegali jestendi għall-irkupru minn benefiċjarji, bħal United Textiles, li huma f’diffikultà jew insolventi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>F’dan il-każ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni ta’ qabel u l-eliminazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-għajnuna mogħtija illegalment jistgħu, bħala prinċipju, jinkisbu billi d-dejn relatat mal-ħlas lura tal-għajnuna kkonċernata jiġi rreġistrat fl-iskeda tal-passiv<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Jekk hemm bżonn, l-Istat Membru nnifsu — bħala kreditur jew azzjonista tal-kumpannija — għandu jibda l-proċeduri għall-istralċ tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071206">6 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummisjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/05</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:753">EU:C:2007:753</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma jistgħux jirkupraw l-ammont sħiħ tal-għajnuna, ir-reġistrazzjoni tad-dejn fl-iskeda tal-passiv, minnha nnifisha, ma hijiex biżżejjed. Il-proċeduri ta’ insolvenza għandhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[iwasslu] għall-istralċ tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna illegali, jiġifieri għall-waqfien definittiv tal-attività tagħha<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummisjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta l-Istat ma jistax jirkupra l-ammont sħiħ tal-għajnuna illegali minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża, (i) l-impriża għandha tiġi ddikjarata insolventi, u (ii) id-dejn relatat mal-ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni għandu jiġi rreġistrat fl-iskeda tal-passiv. Meta jkompli jkun impossibbli li jiġi rkuprat l-ammont sħiħ tal-għajnuna, il-proċeduri ta’ insolvenza għandhom jirriżultaw fl-istralċ tal-impriża u fil-waqfien definittiv tal-attivitajiet tagħha. Huwa biss f’dak il-mument li jitqies li ġie ssodisfatt l-obbligu ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Kwistjoni oħra tirrigwarda ż-żmien li fih id-deċiżjoni ta’ rkupru għandha tiġi implementata. Jidher improbabbli li d-diversi passi fi proċedura ta’ insolvenza, mill-petizzjoni inizjali għall-insolvenza sad-dikjarazzjoni ta’ insolvenza, sal-istralċ tal-benefiċjarju u l-waqfien definittiv tal-attivitajiet tiegħu normalment isiru fi żmien il-perijodu ta’ erba’ xhur normalment stabbilit mill-Kummissjoni għall-irkupru ta’ għajnuna illegali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kemm jista’ raġonevolment ikun mistenni minn Stat Membru li jfittex li josserva b’mod sħiħ u fil-ħin deċiżjoni ta’ rkupru?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li hija r-reġistrazzjoni tad-dejn li tirriżulta mill-għajnuna mill-Istat illegali fl-iskeda tal-passiv li hija l-mezz xieraq biex tinkiseb l-eliminazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, u teħtieġ li dan għandu jseħħ fil-perijodu preskritt mid-deċiżjoni ta’ rkupru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:650">EU:C:2011:650</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:250">EU:C:2011:250</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>L-Istat Membru huwa għalhekk mistenni li jibda l-proċeduri ta’ insolvenza (jekk l-ebda kreditur ieħor ma jkun għamel hekk diġà), u jinnotifika l-passiv tiegħu lill-amministratur tal-insolvenza u jara li dawn jiġu rreġistrati fl-iskeda tal-passiv skont proċeduri nazzjonali fil-perijodu preskritt fid-deċiżjoni ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Jista’ jkun li f’każ partikolari, ċirkustanzi jew raġunijiet relatati mal-proċeduri interni jipprevjenu lill-Istat Membru milli jirreġistra d-dejn fl-iskeda tal-passiv fil-perijodu preskritt. F’dak il-każ, l-Istat Membru għandu, skont il-ġurisprudenza ta’ din il-Qorti tal-Ġustizzja, jissottometti dik id-diffikultà għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni, flimkien ma’ proposti għal emendi xierqa fid-deċiżjoni inkwistjoni. Kemm l-Istat Membru kif ukoll il-Kummissjoni għandhom josservaw id-dmir ta’ kooperazzjoni leali u jaħdmu flimkien bil-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara l-punt 51 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 38 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Isegwi li meta Stat Membru jkollu diffikultajiet biex josserva l-iskeda stabbilita bid-deċiżjoni ta’ rkupru minħabba l-partikolaritajiet tal-proċeduri ta’ insolvenza, għandu jinforma bis-sħiħ lill-Kummissjoni u jitlob għal perijodu supplimentari għall-konformità ma’ dik id-deċiżjoni, bil-ġustifikazzjoni debita għaż-żmien addizzjonali mitlub. Fil-fehma tiegħi, il-Kummissjoni, li hija wkoll marbuta bid-dmir ta’ kooperazzjoni leali, hija mbagħad taħt obbligu li tagħti estensjoni raġonevoli tal-perijodu għall-irkupru meta ċ-ċirkustanzi tal-każ jitolbu hekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti huwa stabbilit li United Textiles ma kinitx iddikjarata insolventi sad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>. L-ammonti li kellhom jiġu rkuprati ġew innotifikati lir-reġistru tal-insolvenzi fit-<DATE ISO="20120803">3 ta’ Awwissu 2012</DATE> (il-garanzija tal-2007) u fl-<DATE ISO="20120914">14 ta’ Settembru 2012</DATE> (l-iskedar mill-ġdid tal-2009). Il-Greċja ddikjarat fis-seduta li l-aħħar notifika ta’ dejn relatat mal-għajnuna mill-Istat illegali saret fis-<DATE ISO="20130207">7 ta’ Frar 2013</DATE>. L-iskeda tal-passiv ġiet iffinalizzata fil-<DATE ISO="20130911">11 ta’ Settembru 2013</DATE>. Dawk l-avvenimenti kollha seħħew wara d-data rilevanti tal-<DATE ISO="20120625">25 ta’ Ġunju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Għalkemm il-passi kollha meħuda għall-implementazzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru (id-dikjarazzjoni ta’ insolvenza ta’ United Textiles, in-notifika tal-passiv lir-reġistru ta’ insolvenzi u l-istabbiliment tal-iskeda tal-passiv inkluż dak li jirriżulta mill-għajnuna mill-Istat illegali) seħħew wara l-perijodu ta’ rkupru preskritt mill-Kummissjoni, il-Greċja ma talbitx lill-Kummissjoni għal żmien addizzjonali biex timplementa d-deċiżjoni ta’ rkupru skont il-proċeduri nazzjonali tagħha. Għalhekk il-miżuri ta’ implementazzjoni seħħew wara ż-żmien rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-ksur huwa stabbilit.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-obbligu li l-Kummissjoni tinżamm informata</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Greċja ma informathiex biżżejjed dwar il-miżuri meħuda biex timplementa d-deċiżjoni ta’ rkupru. Hija ssostni li l-Greċja naqset milli tinforma lill-Kummissjoni minn qabel dwar is-sospensjoni tal-irkantijiet pubbliċi għall-bejgħ tal-assi ta’ United Textiles mill-AKL. Barra minn hekk, il-Greċja ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-każ mill-ittra tal-<DATE ISO="20160411">11 ta’ April 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-Greċja ssostni li hija żammet lill-Kummissjoni informata biżżejjed bil-miżuri li ħadet biex timplementa d-deċiżjoni ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-deċiżjoni ta’ rkupru impona fuq il-Greċja rekwiżiti ta’ rappurtar speċifiku. L-ewwel nett, il-Greċja kienet meħtieġa tipprovdi tliet biċċiet speċifiċi ta’ informazzjoni f’perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni [Artikolu 4(1)]. It-tieni nett, il-Greċja kienet suġġetta għal obbligu kontinwu biex iżżomm lill-Kummissjoni informata dwar il-progress tal-miżuri meħuda għall-irkupru tal-għajnuna sakemm l-għajnuna ġiet irkuprata kollha [Artikolu 4(2)].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta Stat Membru jonqos milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirkupra għajnuna mill-Istat fiż-żmien preskritt, jonqos ukoll mill-obbligu tiegħu li jinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:458">EU:C:2015:458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Peress li l-Greċja ma ħadet l-ebda pass biex timplementa d-deċiżjoni ta’ rkupru sat-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>, hija lanqas ma setgħet informat lill-Kummissjoni dwarhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, in-nuqqas li jitwettaq dak l-obbligu huwa stabbilit ukoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għandi ngħid ukoll hawnhekk li l-Gvern Grieg ikkonferma waqt is-seduta li t-tliet biċċiet speċifiċi ta’ informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni ta’ rkupru ma ngħatawx sat-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>. Barra minn hekk, jidher mill-korrispondenza bejn il-partijiet li l-Gvern Grieg ma għamilx kuntatt mal-Kummissjoni sa Mejju 2012 — għal darba oħra, jiġifieri wara l-iskadenza tat-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-obbligu li l-Kummissjoni tinżamm informata dwar il-progress tal-miżuri meħuda għall-irkupru tal-għajnuna sakemm l-għajnuna tkun ġiet irkuprata kollha kemm hi [Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni ta’ rkupru] il-partijiet ippreżentaw lill-Qorti tal-Ġustizzja numru ta’ ittri li juru korrispondenza frekwenti bejn il-Greċja u l-Kummissjoni minn Mejju 2012. Permezz ta’ dawk l-ittri l-Greċja informat lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni tal-proċeduri ta’ insolvenza ta’ United Textiles. Madankollu, il-Greċja ma informatx lill-Kummissjoni minn qabel dwar l-adozzjoni tal-AKL li ssospenda l-irkantijiet pubbliċi ta’ United Textiles. Kien biss wara li l-Kummissjoni (b’ittra tat-<DATE ISO="20151218">18 ta’ Diċembru 2015</DATE>) talbet lill-Greċja tiċċara s-sitwazzjoni, li l-Greċja informat lill-Kummissjoni (b’ittra tad-<DATE ISO="20160119">19 ta’ Jannar 2016</DATE>) li kienet issospendiet l-irkantijiet pubbliċi għall-bejgħ tal-assi ta’ United Textiles għal perijodu ta’ sitt xhur sabiex jiġi evalwat pjan biex in-negozju jingħata bidu mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi dak huwa ksur tal-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Għaldaqstant nikkonkludi li l-Greċja naqset milli tinforma lill-Kummissjoni b’mod suffiċjenti kif kienet meħtieġa li tagħmel mill-Artikolu 4 tad-deċiżjoni ta’ rkupru, dwar il-miżuri meħuda biex tiġi rkuprata l-għajnuna illegali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Is-sospensjoni tal-irkantijiet pubbliċi u l-possibbiltà li jingħata bidu mill-ġdid lill-attivitajiet ta’ United Textiles</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Is-sospensjoni tal-irkantijiet pubbliċi tal-assi ta’ United Textiles seħħet wara d-data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur (ara l-punti 35 sa 43 iktar ’il fuq). Għalhekk ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward. Madankollu, peress li parti importanti tas-sottomissjonijiet tal-partijiet kienu jikkonċernaw dan is-suġġett, se nindirizzaha fil-qosor għall-kompletezza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-irkupru għandu jsir skont il-proċeduri nazzjonali u għandu jkun immedjat u effettiv. Meta ma jkunx possibbli li jkun hemm irkupru sħiħ tal-għajnuna mill-Istat illegali u l-Istat Membru jagħżel it-triq tal-proċeduri ta’ insolvenza, dawk il-proċeduri għandhom, <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>, jirriżultaw fl-istralċ tal-impriża u l-waqfien definittiv tal-attivitajiet tagħha. Is-sospensjoni tal-irkantijiet pubbliċi għall-bejgħ tal-assi ta’ United Textiles twaqqaf il-proċess ta’ likwidazzjoni tal-impriża, li suppost ikun irriversibbli, u tnaqqas ir-ritmu tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Il-Greċja ssostni li United Textiles kienet waqqfet l-attivitajiet tagħha u l-vantaġġ kompetittiv li kienet irċeviet kien għaldaqstant għeb. La l-ġurisprudenza u lanqas il-prassi tal-Kummissjoni ma jeħtieġu li l-proċeduri ta’ insolvenza għandhom jirriżultaw inevitabbilment fl-istralċ u fix-xoljiment tal-impriża kkonċernata. Is-sospensjoni tal-irkantijiet pubbliċi damet biss għal sitt xhur, u wara l-proċeduri ta’ likwidazzjoni komplew b’mod normali. Barra minn hekk, il-proġett biex l-attivitajiet ta’ United Textiles jingħataw bidu mill-ġdid kien jinkludi dispożizzjoni għall-irkupru immedjat tal-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Jista’ Stat Membru li qed jirkupra għajnuna mill-Istat illegali fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ insolvenza jissospendi dawk il-proċeduri sabiex jeżamina pjan biex jingħata bidu mill-ġdid lill-attivitajiet tal-benefiċjarju?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Sabiex titwieġeb dik il-mistoqsija hemm bżonn li wieħed jiftakar f’diversi prinċipji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-irkupru għandu jsir mingħajr dewmien u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru għandha tkun immedjata u effettiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara l-punt 45 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-Istati Membri huma ħielsa li jagħżlu l-mezzi biex jissodisfaw l-obbligu ta’ rkupru, iżda l-miżuri magħżula ma għandhomx jaffettwaw ħażin il-portata u l-effettività tad-dritt tal-Unjoni u jagħmlu l-irkupru prattikament impossibbli. Il-miżuri adottati mill-Istati Membri għandhom ikunu xierqa sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni li ġarrbu distorsjoni bl-għoti ta’ għajnuna illegali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2193">EU:C:2014:2193</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-obbligi speċifiċi rigward l-irkupru ta’ għajnuniet mill-Istat u d-dmir iktar ġenerali ta’ kooperazzjoni leali skont l-Artikolu 4(3) TUE huma marbutin mill-qrib; l-Artikolu 4(3) jifforma l-mod kif Stat Membru għandu jaġixxi waqt il-proċess ta’ rkupru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑37/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:90">EU:C:2015:90</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:343">EU:C:2008:343</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Finalment, l-għan ġenerali tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat illegali, jiġifieri l-eliminazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara l-punt 44 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, għandu jitqies flimkien mal-għanijiet ġenerali tal-Unjoni, stabbiliti fl-Artikolu 3 TUE, u b’mod partikolari tkabbir ekonomiku bbilanċjat u ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna li timmira għal livell massimu ta’ impjieg bħala pilastri tal-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Artikolu 3(3) TUE.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>F’dak l-isfond, ma naqbilx mal-opinjoni espressa mill-Kummissjoni waqt is-seduta, li l-irkupru <HT TYPE="ITALIC">permezz</HT> ta’ proċeduri ta’ insolvenza huwa triq f’direzzjoni waħda biss li għandha inevitabbilment twassal għall-istralċ tal-benefiċjarju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara espressament li, sabiex l-obbligu ta’ rkupru jiġi ssodisfatt, il-proċeduri ta’ insolvenza għandhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[iwasslu] għall-istralċ tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna illegali, jiġifieri għall-waqfien definittiv tal-attività tagħha<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>; imma <HT TYPE="ITALIC">dak l-obbligu jgħodd biss</HT> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>fil-każ li l-awtoritajiet tal-Istat ma jkunux jistgħu jirkupraw l-ammont kollu tal-għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. <HT TYPE="ITALIC">A contrario</HT>, fejn l-ammont sħiħ tal-għajnuna jista’ jiġi rkuprat matul il-proċeduri ta’ insolvenza, l-istralċ tal-impriża u l-waqfien definittiv tal-attivitajiet tagħha ma jibqgħux meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-proposta li r-regoli tal-għajnuna mill-Istat, f’sistema li timmira lejn tkabbir ekonomiku u livell massimu ta’ impjieg, għandhom jirrikjedu b’mod mekkaniku impriżi li altrimenti jistgħu jkunu vijabbli biex jieqfu milli joperaw, b’konsegwenza ta’ telf ta’ impjiegi, hija ħaġa li inerentement timbuttak.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>It-tielet nett, kif il-Greċja tinnota ġustament, il-Kummissjoni nnifisha qalet testwalment li fil-każ li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>pjan ta’ kontinwazzjoni jiġi propost […] li jimplika kontinwazzjoni ta’ l-attività tal-benefiċjarju, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għat-twettiq jistgħu biss jappoġġjaw dan il-pjan jekk jassigura li l-għajnuna titħallas lura kollha kemm hi fit-termini previsti fid-deċiżjoni ta’ rkupru tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Avviż mill-Kummissjoni, <HT TYPE="ITALIC">Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata Għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi</HT>, <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="272" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2007">ĠU 2007 C 272, p. 4</REF.DOC.OJ>, punt 67.</P></NOTE>. Huwa veru, il-Kummissjoni tissokta tgħid li b’mod <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>[b’]mod partikolari, l-Istat Membru ma jistax jirrinunzja għal parti mit-talba tiegħu ta’ rkupru, u lanqas ma jista’ jaċċetta xi soluzzjoni oħra li ma tirriżultax fit-tmiem immedjat ta’ l-attività tal-benefiċjarju. Fl-assenza ta’ ħlas lura sħiħ u immedjat ta’ l-għajnuna illegali u inkompatibbli, l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq għandhom jieħdu l-miżuri kollha disponibbli biex jopponu l-adozzjoni ta’ pjan ta’ kontinwazzjoni u għandhom jinsistu fuq it-tmiem ta’ l-attività tal-benefiċjarju fit-terminu stabbilit fid-deċiżjoni ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Avviż mill-Kummissjoni, <HT TYPE="ITALIC">Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata Għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi</HT>, <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="272" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2007">ĠU 2007 C 272, p. 4</REF.DOC.OJ>, punt 67.</P></NOTE>. Dan ma jbiddilx il-fatt li l-Kummissjoni stess taċċetta bħala aċċettabbli pjan ta’ kontinwazzjoni li jwassal għal irkupru sħiħ u f’waqtu tal-għajnuna mill-Istat illegali mħallsa qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nikkunsidra li bħala prinċipju Stat Membru jista’ jipprevedi l-bidu mill-ġdid tal-attivitajiet tal-benefiċjarju ta’ għajnuna mill-Istat illegali f’ċirkustanzi bħal dawk tal-każ ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Madankollu, nissuġġerixxi li mill-inqas il-kundizzjonijiet minimi li ġejjin ikollhom jiġu osservati: (i) il-proġett għandu jippermetti l-irkupru sħiħ tal-ammont tal-għajnuna mill-Istat illegali; (ii) il-proċedura għandha tkun skont id-dritt nazzjonali; (iii) il-Kummissjoni għandha tkun informata bis-sħiħ minn qabel; (iv) id-dmir ta’ kooperazzjoni leali u l-effettività tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu osservati; (v) il-Kummissjoni għandha taqbel mal-proġett u tistabbilixxi skeda vinkolanti għall-implementazzjoni tagħha; u (vi) il-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni għandu jiġi osservat mill-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, is-sospensjoni tal-proċedura ta’ insolvenza mill-AKL tikkonċerna biss l-irkantijiet pubbliċi tal-assi ta’ United Textiles. Ma affettwatx ir-reġistrazzjoni tad-dejn fl-iskeda tal-passiv, u lanqas il-waqfien tal-attivitajiet tal-kumpannija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Il-Kummissjoni ma ressqet l-ebda evidenza lill-Qorti tal-Ġustizzja li l-attivitajiet ta’ United Textiles qed ikomplu. Għall-kuntrarju, id-deċiżjoni ta’ rkupru tgħid, fil-premessa 13, li l-impjanti tal-impriża ilhom ma joperaw mill-2008, minħabba nuqqas ta’ kapital operattiv. Min-naħa tagħha, il-Greċja tissottometti li meta impriża tiġi ddikjarata insolventi, l-uniku mod kif l-attivitajiet tagħha jkomplu, skont id-dritt Grieg, huwa bl-awtorizzazzjoni tal-qorti tal-insolvenza jew b’deċiżjoni tal-laqgħa tal-kredituri. Il-Greċja informat lill-Kummissjoni permezz ta’ ittri tat-<DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE> u tal-<DATE ISO="20150515">15 ta’ Mejju 2015</DATE> li dan ma kienx il-każ. F’dan l-isfond, nikkunsidra li l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni waqt is-seduta dwar il-possibbiltà ta’ kontinwazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> tal-attivitajiet ta’ United Textiles ma humiex biżżejjed biex jissodisfaw l-oneru tal-prova li jinsab fuqha (ara l-punt 34 iktar ’il fuq).</P></NOTE>. Għaldaqstant, fiha nnifisha ma tawlitx il-vantaġġ antikompetittiv li gawdiet United Textiles.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Greċja tat informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-AKL wara l-adozzjoni tiegħu biss u wara talba tal-Kummissjoni. Jiena nirrifjuta l-argument tal-Greċja li ma setgħetx tinforma lill-Kummissjoni immedjatament dwar il-proġett peress li kien għadu taħt evalwazzjoni. Barra minn hekk, il-proċess tal-kawża ma fih l-ebda suġġeriment li l-Greċja involviet lill-Kummissjoni fil-proċedura, kif kellha tagħmel taħt l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Għalhekk, nikkunsidra li s-sospensjoni tal-irkantijiet pubbliċi mill-AKL sabiex jiġi eżaminat pjan biex jingħata bidu mill-ġdid lill-attivitajiet ta’ United Textiles kienet tmur kontra l-obbligi tal-Greċja taħt id-deċiżjoni ta’ rkupru u d-dmir ta’ kooperazzjoni li jsejjes, b’mod partikolari, l-Artikolu 4(3) TUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Spejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata tħallas l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu mill-parti l-oħra. Peress li l-Kummissjoni talbet l-ispejjeż u l-Greċja tilfet, din tal-aħħar għandha tiġi kkundannata tħallas l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha magħmula iktar ’il fuq, jiena tal-fehma li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Tiddikjara li billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji, fit-terminu preskritt, sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarja tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern mill-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/541/UE, tat-<DATE ISO="20120222">22 ta’ Frar 2012</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.26534 (C 27/2010 ex NN 6/2009) mogħtija mill-Greċja lill-United Textiles SA, u billi naqset milli tinforma lill-Kummissjoni Ewropea b’mod suffiċjenti dwar il-miżuri meħuda, skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2012/541, il-Greċja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dik id-deċiżjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Tikkundanna lill-Greċja għall-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>