|
24.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/6 |
ATT
dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
IR-RABA’ PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET TEMPORANJI
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN
Artikolu 42
Jekk ikunu meħtieġa miżuri transitorji sabiex tiġi faċilitata t-transizzjoni mis-sistema eżistenti fil-Kroazja għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli veterinarji, fitosanitarji u dwar is-sikurezza tal-ikel tal-Unjoni, tali miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura rilevanti kif determinat fil-leġislazzjoni applikabbli. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu fi żmien perijodu ta’ tliet snin mid-data tal-adeżjoni u l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun limitata għal dak il-perijodu.