European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7532

20.12.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.11783 — LUXSHARE / PIERER / LEONI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/7532)

1.   

Fit-13 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Luxshare Precision Industry Co., Ltd. (“Luxshare”, iċ-Ċina),

—

Stefan Pierer (l-Awstrija), u

—

Leoni AG (“Leoni”, il-Ġermanja).

Luxshare se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tad-diviżjoni kummerċjali Automotive Cable Solutions ta’ Leoni, u Luxshare u Stefan Pierer se jakkwistaw il-kontroll konġunt tad-diviżjoni kummerċjali ta’ Wiring Systems ta’ Leoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Luxshare hija fornitur attiv fil-qasam tal-elettronika tal-konsumatur, il-prodotti taċ-ċentri tal-komunikazzjoni u tad-data, l-elettronika awtomobilistika u l-kura tas-saħħa,

—

Is-Sur Stefan Pierer huwa investitur industrijali, b’mod partikolari fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ muturi, roti elettriċi u komponenti għal vetturi motorizzati b’żewġ roti, u

—

Leoni hija fornitur ta’ prodotti, soluzzjonijiet u servizzi għall-enerġija u l-ġestjoni tad-data fl-industrija tal-karozzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja dejjem għandha tiġi speċifikata:

M.11783 — LUXSHARE / PIERER / LEONI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7532/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)