|
20.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 404/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI MIFTUĦA
EPSO/AD/401/22 — AMMINISTRATURI (AD 6) FL-OQSMA TAL-ENERĠIJA, IL-KLIMA U L-AMBJENT
(2022/C 404 A/01)
Skadenza għall-applikazzjoni: it-22 ta’ Novembru 2022 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell
KONTENUT
|
1. |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI | 2 |
|
2. |
LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ? | 2 |
|
3. |
JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA? | 2 |
|
3.1. |
Kundizzjonijiet ġenerali | 2 |
|
3.2. |
Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi | 2 |
|
3.3. |
Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol | 2 |
|
4. |
IL-KOMPETIZZJONI KIF SE TIĠI ORGANIZZATA? | 4 |
|
4.1. |
Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni | 4 |
|
4.2. |
Il-lingwi użati f’din il-kompetizzjoni | 5 |
|
4.3. |
Il-fażijiet tal-kompetizzjoni | 6 |
|
5. |
OPPORTUNITAJIET INDAQS U ARRANĠAMENTI RAĠONEVOLI | 8 |
|
ANNESS I |
— Kompiti tipiċi | 9 |
|
ANNESS II |
— Regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet miftuħin | 12 |
|
ANNESS III |
— Eżempji ta’ kwalifiki minimi | 19 |
|
ANNESS IV |
— Talent screener: kriterji u proċedura tas-selezzjoni | 28 |
1. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (European Personnel Selection Office, EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni miftuħa bbażata fuq il-kwalifiki u t-testijiet, biex jinħolqu listi ta’ riżerva li minnhom, prinċipalment il-Kummissjoni Ewropea, b’mod partikolari d-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija (ENER), id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika (CLIMA) u d-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (ENV), ikunu jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “amministraturi” (grad AD 6).
Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jiffurmaw il-qafas legalment vinkolanti ta’ din il-kompetizzjoni.
L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:
|
Qasam 1 |
Enerġija |
54 |
|
Qasam 2 |
Klima |
49 |
|
Qasam 3 |
Ambjent |
52 |
Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni jkopri tliet oqsma. Kandidat jista’ japplika biss għal wieħed minnhom. Il-kandidati jridu jagħmlu l-għażla tagħhom meta japplikaw, u din ma jkunux jistgħu jibdluha wara li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom.
2. LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ?
Ara l-Anness I għall-informazzjoni dwar il-kompiti tipiċi li l-kandidati li rnexxew huma mistennijin iwettqu.
Il-kandidati li jirnexxu jridu jkunu lesti li jgħaddu minn proċedura ta’ approvazzjoni tas-sigurtà kif indikat fit-Taqsima 5 tar-Regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet miftuħin (Anness II ta’ dan l-Avviż).
3. JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?
Il-kandidati jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ta’ eliġibbiltà kollha elenkati hawn taħt, fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet.
3.1. Kundizzjonijiet ġenerali
Kandidat irid:
|
(a) |
igawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE, |
|
(b) |
jissodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw is-servizz militari. |
|
(c) |
jissodisfa r-rekwiżiti ta’ karattru tajjeb għall-kompiti kkonċernati. |
3.2. Kundizzjonijiet speċifiċi – lingwi
Kandidat irid ikollu għarfien ta’ mill-inqas tnejn mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, kif previst fit-Taqsima 4.2.1 aktar ’l isfel.
3.3. Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol
Ara l-Anness III għall-eżempji ta’ kwalifiki minimi.
3.3.1. Qasam 1 — Enerġija
|
(a) |
Biex ikun eliġibbli għall-qasam 1, kandidat irid ikollu jew:
|
|
(b) |
L-esperjenza msemmija fil-punt 3.3.1(a)(i) u (ii) hawn fuq titqies rilevanti jekk tkun relatata direttament man-natura tad-dmirijiet tal-qasam 1, indikati fl-Anness I ta’ dan l-avviż, u tkun inkisbet f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
|
3.3.2. Qasam 2 — Klima
|
(a) |
Kandidat, biex ikun eliġibbli għall-qasam 2, irid ikollu jew:
|
|
(b) |
L-esperjenza professjonali msemmija fil-punti minn 3.3.2(a)(i) sa (iv) hawn fuq titqies rilevanti jekk tkun relatata direttament man-natura tad-dmirijiet tal-qasam 2, indikati fl-Anness I ta’ dan l-avviż, u tkun inkisbet f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
|
3.3.3. Qasam 3 — Ambjent
|
(a) |
Biex ikun eliġibbli għall-qasam 3, kandidat irid ikollu jew:
|
|
(b) |
Id-diploma msemmija fil-punt 3.3.3(a)(i) u (ii) hawn fuq titqies rilevanti jekk tinkiseb f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:
|
4. IL-KOMPETIZZJONI KIF SE TIĠI ORGANIZZATA?
4.1. Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni
Din il-kompetizzjoni se tiġi organizzata fil-fażijiet li ġejjin:
|
— |
L-applikazzjoni (ara t-Taqsima 4.3.1). |
|
— |
Il-kontroll tal-eliġibbiltà (ara t-Taqsima 4.3.2). |
|
— |
It-talent screener (ara t-Taqsima 4.3.3). |
|
— |
Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (ara t-Taqsima 4.3.4):
|
|
— |
L-iċċekkjar tad-dokumenti ta’ sostenn u l-ħolqien ta’ listi ta’ riżerva (ara t-Taqsima 4.3.5). |
Il-mod ta’ kif se jsiru t-testijiet (mill-bogħod/b’attendenza fiżika) kif ukoll dettalji u istruzzjonijiet neċessarji oħra se jiġu speċifikati fl-ittri ta’ stedina għat-testijiet.
Jekk it-testijiet isiru b’attendenza fiżika, l-EPSO jiżgura li l-kundizzjonijiet li fihom il-kandidati jagħmlu dawn it-testijiet ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika rilevanti (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, awtoritajiet oħra internazzjonali, Ewropej u nazzjonali).
Għat-testijiet ta’ raġunament u għall-istudju ta’ każ, il-kandidati jridu jirriżervaw appuntament skont l-istruzzjonijiet li jkunu rċevew mingħand l-EPSO. Normalment l-EPSO joffri diversi dati għat-testijiet ta’ raġunament u data waħda għall-istudju ta’ każ, li fihom il-kandidati jistgħu jagħmlu dawn it-testijiet. Il-perjodi tar-riżervazzjoni u tal-ittestjar huma limitati.
4.2. Il-lingwi użati f’din il-kompetizzjoni
4.2.1. Ir-rekwiżiti tal-lingwa
Kandidat f’din il-kompetizzjoni jrid ikollu għarfien profond (livell ta’ mill-inqas C1) ta’ waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE u għarfien sodisfaċenti (livell ta’ mill-inqas B2) ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE. Waħda minn dawn il-lingwi trid tkun l-Ingliż.
Il-livelli minimi indikati hawn fuq japplikaw għal kull ħila lingwistika (tat-taħdit, tal-kitba, tal-qari u tas-smigħ) mitlubin fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi.
Ir-rekwiżiti lingwistiċi f’din il-kompetizzjoni jqisu l-aktar l-ispeċifiċità tad-dmirijiet tal-persunal li jaħdem fid-DĠ ENER, id-DĠ CLIMA, u d-DĠ ENV tal-Kummissjoni Ewropea. L-istess rekwiżiti japplikaw fl-oqsma kollha koperti minn dan l-avviż.
Il-persunal tad-DĠ ENER, id-DĠ CLIMA, u d-DĠ ENV juża l-Ingliż għax-xogħol analitiku, il-komunikazzjoni interna u l-laqgħat, il-komunikazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati esterni, l-abbozzar tar-rapporti, il-laqgħat ta’ informazzjoni, id-diskorsi u l-leġiżlazzjoni, it-tħejjija tal-pubblikazzjonijiet, it-twettiq ta’ dmirijiet oħra msemmija fl-Anness I ta’ dan l-avviż kif ukoll għall-parteċipazzjoni f’korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat. L-Ingliż jintuża wkoll fil-konsultazzjonijiet ta’ bejn is-servizzi, fil-komunikazzjoni interistituzzjonali u fil-proċeduri tal-awditjar. Għarfien tajjeb tal-Ingliż huwa għalhekk essenzjali biex il-kandidati jkunu operattivi immedjatament malli jiġu reklutati.
Dan jiddetermina wkoll l-għażla tal-lingwa li l-kandidati għandhom jużaw biex jimlew il-parti tat-“Talent Screener” tal-formola tal-applikazzjoni tagħhom kif ukoll il-lingwi tat-testijiet (ara t-Taqsima 4.2.2 aktar ’l isfel).
4.2.2. Il-lingwi tal-applikazzjoni u tat-testijiet
Il-Lingwi se jintużaw f’fażijiet differenti tal-kompetizzjoni kif ġej:
|
Il-fażi tal-kompetizzjoni |
It-testijiet |
Il-lingwa |
|
L-applikazzjoni |
— |
Kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, ħlief għat- taqsima “Talent Screener” li trid timtela bl-Ingliż |
|
Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni |
It-testijiet ta’ raġunament |
Lingwa uffiċjali tal-UE għajr l-Ingliż |
|
L-istudju ta’ każ |
Il-lingwa Ingliża |
|
|
L-intervista bbażata fuq il-kompetenzi f’sitwazzjonijiet |
Il-lingwa Ingliża |
|
|
L-intervista relatata mal-qasam |
Il-lingwa Ingliża |
Il-kandidati magħżula se jkollhom juru l-firxa sħiħa tal-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom – kemm ġenerali kif ukoll relatati mal-qasam – bl-Ingliż. Għalhekk jeħtieġ li jiġu organizzati l-aspetti ewlenin tas-selezzjoni – ibbażati kemm fuq testijiet kif ukoll fuq kwalifiki – f’din il-lingwa.
Dan japplika għat-Talent Screener, it-testijiet li jivvalutaw il-kompetenzi ġenerali (studju tal-każ u intervista bbażata fuq il-kompetenza tas-sitwazzjoni), kif ukoll għat-test li jivvaluta l-kompetenzi relatati mal-qasam.
L-użu ta’ lingwa waħda jżid ukoll l-omoġeneità u għalhekk il-kwalità tal-paragun tal-merti tal-kandidati. B’mod partikolari, dan jippermetti lill-Bord tas-Selezzjoni jassenja membri lil kandidati irrispettivament mill-għarfien lingwistiku tagħhom u mingħajr ma jirrikorri għat-traduzzjonijiet.
4.2.3. Il-lingwi ta’ komunikazzjoni
Fil-komunikazzjoni ta’ bejn il-kandidati u l-EPSO, japplika dan li ġej:
|
(a) |
Fil-komunikazzjoni – permezz tal-kont EPSO jew bl-email – bejn l-EPSO u l-kandidat li jkun ippreżenta applikazzjoni valida, l-EPSO jindirizza lill-kandidat ikkonċernat b’waħda mil-lingwi li l-kandidat ikun iddikjara li għandu għarfien tagħha fil-livell B2 jew ogħla fit-Taqsima “Il-kapaċità tal-qari” fil-formola tal-applikazzjoni. |
|
(b) |
Fil-każ ta’ talbiet u lmenti msemmijin fil-punti 4.2.1 u 4.2.2 tar-Regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali (fl-Anness II ta’ dan l-avviż), il-kandidati huma mħeġġa jippreżentaw it-talbiet jew l-ilmenti tagħhom bl-Ingliż. L-EPSO jwieġeb kif iddikjarat fil-punt a). |
|
(c) |
Għall-mistoqsijiet l-oħra kollha tal-kandidati lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt online, il-kandidati jistgħu jindirizzaw lill-EPSO bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u l-EPSO jwieġeb lill-kandidati kkonċernati b’waħda mil-lingwi li jkunu indikaw li lesti jirċievu tweġiba. |
4.3. Il-fażijiet tal-kompetizzjoni
4.3.1. L-applikazzjoni
Biex japplikaw, il-kandidati jrid ikollhom kont tal-EPSO. Il-kandidati li għad ma għandhomx kont tal-EPSO, ikun jeħtiġilhom joħolqu wieħed. Għall-applikazzjonijiet kollha tal-EPSO ta’ kandidat jista’ jinħoloq kont wieħed biss
Il-kandidati jridu japplikaw online mis-sit web tal-EPSO ( https://epso.europa.eu/mt/job-opportunities/open-for-application ) sat-
it-22 ta’ Novembru 2022 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Il-formola tal-applikazzjoni online hija disponibbli b’24 lingwa uffiċjali tal-UE. Il-kandidati jistgħu jimlew il-formola tal-applikazzjoni bi kwalunkwe waħda minnhom bl-eċċezzjoni tat-Taqsima “Talent Screener” li trid timtela bl-Ingliż.
Permezz tal-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”. Ladarba l-kandidati jivvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom, ma jkunux jistgħu jagħmlu aktar tibdil. Hija r-responsabbiltà tagħhom li jiżguraw li jimlew u jivvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza.
Il-kandidati jkollhom itellgħu – fil-kont tal-EPSO tagħhom – kopji skenjati tad-dokumenti li jiġġustifikaw id-dikjarazzjonijiet li jkunu għamlu fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom, inkluż fit-Taqsima “Talent Screener”. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu pprovduti mill-EPSO.
4.3.2. Il-kontroll tal-eliġibbiltà
Il-kontroll tal-eliġibbiltà jinvolvi l-verifika tal-konformità mal-kontrolli tal-eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsima 3 (“Jien eliġibbli biex napplika?”) ta’ dan l-avviż. Dan se jsir abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati li jsiru fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom, soġġetti għall-verifika sussegwenti tad-dokumenti ta’ sostenn. Id-dokumenti li jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet tal-kandidati rigward l-eliġibbiltà tagħhom se jiġu vverifikati mill-Bord tas-Selezzjoni f’fażi aktar tard tal-kompetizzjoni (ara t-Taqsima 4.3.5).
4.3.3. It-talent screener
Għall-kandidati meqjusa eliġibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet tagħhom, il-Bord tas-Selezzjoni jwettaq is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki. Biex jagħmel dan, il-Bord tas-Selezzjoni jagħmel valutazzjoni komparattiva tal-merti tal-kandidati eliġibbli kollha kif speċifikat fl-Anness IV ta’ dan l-avviż.
Bħala riżultat ta’ din il-valutazzjoni, il-Bord tas-Selezzjoni jfassal lista ta’ kandidati skont l-ordni tal-punteġġi globali mogħtija. Il-kandidati bl-ogħla punteġġi jiġu mistiedna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.
Il-punteġġi miksuba fil-fażi tat-talent-screener ma jgħoddux mal-punteġġ globali finali (ara t-Taqsima 4.3.5).
Id-dokumenti li jappoġġaw it-tweġibiet tal-kandidati għall-mistoqsijiet tat-talent-screener se jiġu vverifikati mill-Bord tas-Selezzjoni f’fażi aktar tard tal-kompetizzjoni (ara t-Taqsima 4.3.5).
4.3.4. Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni
L-għadd ta’ kandidati li se jiġu mistiedna għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jkun mhux aktar minn tliet darbiet l-għadd ta’ kandidati previsti għal kull qasam (flimkien mal-kandidati kollha li jiksbu l-istess punteġġ għall-aħħar post disponibbli).
It-tir taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni huwa li jiġu evalwati l-ħiliet ta’ raġunament, il-kompetenzi ġenerali, kif ukoll il-kompetenzi relatati mal-qasam tal-kandidati.
(a) It-testijiet ta’ raġunament
Se jiġu organizzati sensiela ta’ testijiet ta’ raġunament kif ġej:
|
It-testijiet |
Il-lingwa |
L-għadd ta’ mistoqsijiet |
It-tul tat-test |
Il-punteġġ |
Il-punteġġ minimu |
|
Ir-raġunament verbali |
Lingwa uffiċjali tal-UE għajr l-Ingliż |
20 mistoqsija |
35 minuta |
minn 0 sa 20 |
20/40 |
|
Ir-raġunament numeriku |
10 mistoqsijiet |
20 minuta |
minn 0 sa 10 |
||
|
Ir-raġunament astratt |
10 mistoqsijiet |
10 minuti |
minn 0 sa 10 |
Ma hemm l-ebda punteġġ minimu obbligatorju għal kull test. Madankollu l-kandidati jrid jġibu l-punteġġ minimu obbligatorju ta’ mill-inqas 20/40 għat-testijiet kollha flimkien. Il-punteġġ miksub f’dawn it-testijiet ma jgħoddx għall-punteġġ globali finali (ara t-Taqsima 4.3.5).
(b) It-testijiet biex jiġu evalwati l-kompetenzi ġenerali
Il-kompetenzi ġenerali se jiġu evalwati permezz ta’ żewġ testijiet, li jsiru bl-Ingliż, kif indikat fit-tabella li ġejja:
|
Il-kompetenza |
It-test |
Il-punteġġ |
Il-punteġġ minimu |
||
|
L-istudju ta’ każ |
minn 0 sa 10 |
40/80 |
||
|
L-istudju ta’ każ |
minn 0 sa 10 |
|||
|
L-istudju ta’ każ |
minn 0 sa 10 |
|||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi f’sitwazzjonijiet |
minn 0 sa 10 |
|||
|
L-istudju ta’ każ |
minn 0 sa 10 |
|||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi f’sitwazzjonijiet |
minn 0 sa 10 |
|||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi f’sitwazzjonijiet |
minn 0 sa 10 |
|||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi f’sitwazzjonijiet |
minn 0 sa 10 |
Ma hemm l-ebda punteġġ minimu obbligatorju għal kull kompetenza. Madankollu, il-kandidati jridu jilħqu punteġġ minimu obbligatorju ta’ mill-inqas 40/80 b’kollox għall-kompetenzi kollha flimkien. Il-punteġġ miksub se jingħadd mal-punteġġ globali finali (ara t-Taqsima 4.3.5).
(c) L-intervista relatata mal-qasam
Il-kompetenzi relatati mal-qasam se jiġu vvalutati permezz ta’ intervista relatata mal-qasam, imwettqa bl-Ingliż, u bil-punteġġ li ġej:
|
It-test |
Il-punteġġ |
Il-punteġġ minimu |
|
L-intervista relatata mal-qasam |
minn 0 sa 100 |
50/100 |
Il-punteġġ miksub se jingħadd mal-punteġġ globali finali (ara t-Taqsima 4.3.5).
(d) L-organizzazzjoni tat-testijiet fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni
Il-kandidati jiġu mgħarrfa bir-riżultati tat-testijiet ta’ raġunament fil-mument li titlesta din il-parti tat-testijiet u jiġu proċessati r-riżultati. Fil-każijiet li fihom il-kandidati ma jġibux il-punteġġ minimu meħtieġa fit-testijiet ta’ raġunament, l-istedina u l-prenotazzjoni tagħhom għat-testijiet l-oħra fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jiġu kkanċellati awtomatikament, u l-kandidati ma jagħmlux dawk it-testijiet. Jekk sadanittant il-kandidat jkun diġà għamel xi testijiet oħra taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet ma jiġux ipproċessati, u l-kandidat kkonċernat ma jiġix mgħarraf bir-riżultati.
Se jiġi ċċekkjat il-fajl tal-kandidati li jiksbu l-punteġġi kollha meħtieġa fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni kif ukoll waħda mill-ogħla punteġġi globali fit-testijiet biex jiġu evalwati l-kompetenzi ġenerali u dawk relatati mal-qasam, kif speċifikat fit-Taqsima 4.3.5.
4.3.5. L-ivverifikar tad-dokumenti ta’ sostenn u t-twaqqif ta’ listi ta’ riżerva
Il-Bord tas-Selezzjoni jeżamina d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati wara l-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni u qabel ma jistabbilixxi l-listi ta’ riżerva. Huwa jieħu pożizzjoni finali dwar l-eliġibbiltà tal-kandidati billi jqabbel (i) id-dikjarazzjonijiet li l-kandidati jkunu għamlu fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom (inkluż fit-Taqsimiet “Edukazzjoni u Taħriġ”, “Esperjenza Professjonali” u “Talent Screener”) ma’ (ii) id-dokumenti li l-kandidati jkunu tellgħu fil-kont tal-EPSO tagħhom biex jappoġġaw dawk id-dikjarazzjonijiet.
Għall-ħolqien tal-listi ta’ riżerva, il-Bord tas-Selezzjoni jivverifika l-files tal-kandidati bl-ogħla punteġġi globali, f’ordni dekrexxenti tal-punteġġi, sakemm jintlaħaq l-għadd mixtieq għal kull qasam tal-kandidati li jkunu rnexxew. Il-fajls tal-kandidati l-oħra ma jiġux iċċekkjati.
Għaldaqstant, il-listi ta’ riżerva skont il-qasam se jinkludu biss l-ismijiet ta’ dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu ġabu l-punteġġi minimi meħtieġa kollha fit-testijiet kollha, kif ukoll l-ogħla punteġġi globali, minn total ta’ 180, fit-testijiet biex jiġu evalwati l-kompetenzi ġenerali u dawk relatati mal-qasam. Hawnhekk, “180” huwa l-ogħla marka possibbli fit-testijiet biex jiġu evalwati l-kompetenzi ġenerali (80) u fl-intervista relatata mal-qasam (100).
L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku. Il-listi ta’ riżerva se jkunu disponibbli għas-servizzi ta’ reklutaġġ.
Il-kandidati kollha li jkunu għamlu t-testijiet biex jivvalutaw il-kompetenzi ġenerali u dawk relatati mal-qasam u li r-riżultati tagħhom ikunu ġew ipproċessati kif imsemmi fit-taqsima 4.3.4(d) se jirċievu passaport ta’ kompetenza li jkun fih feedback kwalitattiv mill-Bord tas-Selezzjoni. Il-passaporti ta’ kompetenza tal-kandidati magħżulin se jkunu disponibbli wkoll għas-servizzi ta’ reklutaġġ.
L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva mhijiex dritt jew garanzija li persuna tiġi rreklutata.
5. OPPORTUNITAJIET INDAQS U ARRANĠAMENTI RAĠONEVOLI
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs fil-konfront tal-kandidati kollha.
Il-kandidati li għandhom xi diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-kapaċità tagħhom li jagħmlu t-testijiet, għandhom jindikaw dan fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom u jimxu mal-proċedura biex jitolbu arranġamenti raġonevoli kif deskritt fir-Regoli ġenerali mehmużin ma’ dan l-avviż (ara l-Anness II, taħt it-Taqsima 1.3). Wara li jeżamina t-talba tal-kandidati kif ukoll id-dokumenti ta’ sostenn rilevanti, l-EPSO jista’ jikkonċedi arranġamenti raġonevoli fejn jitqies neċessarju.
Fuq is-sit web tal-EPSO, hemm aktar informazzjoni dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tal-EPSO u kif jistgħu jintalbu arranġamenti raġonevoli.
ANNESS I
KOMPITI TIPIĊI
Qasam 1 — Enerġija
Il-kandidati li jirnexxu f’dan il-qasam se jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ sistema tal-enerġija innovattiva, reżiljenti u integrata li tipprovdi provvista kontinwa ta’ enerġija affordabbli, sigura, affidabbli u nadifa liċ-ċittadini u lin-negozji, u toħloq il-kundizzjonijiet biex l-UE tkun indipendenti enerġetikament.
Il-lista li ġejja tinkludi wħud mid-dmirijiet tipiċi li l-kandidati li jirnexxu jistgħu jintalbu jwettqu:
|
1. |
Jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-enerġija, u jiffaċilitaw il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet billi jipprovdu kontribut bil-miktub jew bil-fomm, iwettqu analiżijiet preparatorji, u billi jikkonsultaw mal-partijiet ikkonċernati. |
|
2. |
Iwettqu analiżijiet soċjo-ekonomiċi, legali u/jew xjentifiċi bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-teħid tad-deċiżjonijiet u t-tfassil tal-politika fil-qasam tal-enerġija. Jikkoordinaw ma’ esperti tekniċi, atturi tas-suq tal-enerġija, gruppi konsultattivi tal-industrija, korpi xjentifiċi, kumitati xjentifiċi u istituti xjentifiċi fil-qasam tal-enerġija u/jew il-klima, u jsarrfu analiżijiet xjentifiċi, tekniċi u soċjo-ekonomiċi f’miżuri ta’ politika u/jew leġiżlattivi xierqa. |
|
3. |
Jaħdmu ma’ esperti tekniċi u jinvolvu ruħhom mal-partijiet ikkonċernati biex iħejju u/jew jemendaw il-leġiżlazzjoni teknika, il-kodiċijiet tan-network jew il-linji gwida fil-qasam tal-enerġija. |
|
4. |
Jikkoordinaw mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea, mal-Istati Membri, ma’ pajjiżi terzi, mal-istituzzjonijiet finanzjarji u ma’ istituzzjonijiet u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra rigward l-implimentazzjoni tas-suq intern tal-UE tal-enerġija u l-politiki tal-UE dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija inkluż f’oqsma bħat-trasport, l-iżvilupp reġjonali, it-tassazzjoni, jew ir-riċerka u l-innovazzjoni. |
|
5. |
Jiżguraw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni korretti tal-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tal-enerġija: iżommu kuntatt mal-amministrazzjonijiet u mar-regolaturi nazzjonali; iwieġbu mistoqsijiet minn ċittadini, kumpaniji, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u awtoritajiet pubbliċi, jiġġestixxu mistoqsijiet parlamentari kif ukoll talbiet għall-aċċess tad-dokumenti; jittrattaw l-ilmenti u l-istadji ta’ qabel il-litigazzjonijiet ta’ ksur tal-liġi tal-UE; jassistu fit-trattament ta’ litigazzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. |
|
6. |
Jipparteċipaw fin-negozjati internazzjonali u interistituzzjonali għall-adozzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE fil-qasam tal-enerġija u jattendu laqgħat mal-Kunsill tal-UE, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew, u mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. |
|
7. |
Iwettqu ħidma ta’ komunikazzjoni u ta’ promozzjoni mal-partijiet ikkonċernati interni u esterni: jipparteċipaw f’sessjonijiet ta’ ħidma u jipparteċipaw waqt seminars u konferenzi dwar il-politika u l-leġiżlazzjoni tal-enerġija tal-UE, iħejju laqgħat ta’ informazzjoni u informazzjoni għall-istampa, jiżguraw rappreżentanza f’laqgħat mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati. |
Qasam 2 — Klima
Il-kandidati li jirnexxu f’dan il-qasam se jikkontribwixxu għall-isforzi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-livell tal-UE u dak internazzjonali.
Il-lista li ġejja tinkludi wħud mid-dmirijiet tipiċi li l-kandidati li jirnexxu jistgħu jintalbu jwettqu:
|
1. |
Jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-politika dwar il-klima, inklużi:
|
|
2. |
Jirrieżaminaw u jivvalutaw il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-klima. |
|
3. |
Iwettqu analiżijiet soċjo-ekonomiċi, legali u/jew xjentifiċi bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-teħid tad-deċiżjonijiet u t-tfassil tal-politika fil-qasam tal-klima. Jikkoordinaw ma’ esperti tekniċi, atturi tas-suq tal-enerġija, gruppi konsultattivi tal-industrija, korpi xjentifiċi, kumitati xjentifiċi u istituti xjentifiċi fil-qasam tal-klima, tal-enerġija, tat-trasport, tal-agrikoltura, eċċ, u jsarrfu analiżijiet xjentifiċi, tekniċi u soċjo-ekonomiċi f’miżuri ta’ politika u/jew leġiżlattivi xierqa. |
|
4. |
Jaħdmu ma’ esperti tekniċi u jinvolvu ruħhom mal-partijiet ikkonċernati biex iħejju u/jew jemendaw il-leġiżlazzjoni teknika, fil-qasam tal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima. |
|
5. |
Jikkoordinaw mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea, mal-Istati Membri, ma’ pajjiżi terzi, mal-istituzzjonijiet finanzjarji u ma’ istituzzjonijiet u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra rigward l-implimentazzjoni tal-politika interna tal-UE dwar il-klima, inkluż fis-setturi tal-enerġija, it-trasport, l-agrikoltura, l-iskart, il-finanzjament sostenibbli, l-iżvilupp reġjonali, it-tassazzjoni, jew ir-riċerka u l-innovazzjoni. |
|
6. |
Jiżguraw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni korretti tal-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tal-klima: iżommu kuntatt mal-amministrazzjonijiet u mar-regolaturi nazzjonali; iwieġbu mistoqsijiet minn ċittadini, kumpaniji, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u awtoritajiet pubbliċi, jiġġestixxu mistoqsijiet parlamentari kif ukoll talbiet għall-aċċess tad-dokumenti; jittrattaw l-ilmenti u l-istadji ta’ qabel il-litigazzjonijiet ta’ ksur tal-liġi tal-UE; jassistu fit-trattament ta’ litigazzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. |
|
7. |
Jipparteċipaw fin-negozjati interistituzzjonali għall-adozzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE fil-qasam tal-klima u jattendu laqgħat mal-Kunsill tal-UE, il-Parlament Ewropew, il-Fond Ewropew tal-Investiment u mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Iħejju u jipparteċipaw, flimkien mal-Istati Membri tal-UE, fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima. Jorganizzaw attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni f’pajjiżi terzi fil-qasam tal-klima biex tiġi xprunata azzjoni klimatika globali. |
|
8. |
Iwettqu ħidma ta’ komunikazzjoni u ta’ promozzjoni mal-partijiet ikkonċernati interni u esterni: jipparteċipaw f’sessjonijiet ta’ ħidma u jipparteċipaw f’seminars u konferenzi dwar il-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-klima; iħejju laqgħat ta’ informazzjoni u informazzjoni għall-istampa, filwaqt li jiżguraw rappreżentanza fil-laqgħat mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati; |
Qasam 3 — Ambjent
Il-kandidati li jirnexxu f’dan il-qasam se jikkontribwixxu għall-isforzi li jippermettu ekonomija sostenibbli u ċirkolari, fejn il-bijodiversità u l-ekosistemi huma protetti u stabbiliti mill-ġdid, ir-riskji għas-saħħa relatati mal-ambjent huma minimizzati, u fejn it-tkabbir ġie diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi.
Il-lista li ġejja tinkludi wħud mid-dmirijiet tipiċi li l-kandidati li jirnexxu jistgħu jintalbu jwettqu:
|
1. |
Jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-acquis eżistenti fil-qasam tal-ambjent, inkluż billi:
|
|
2. |
Jipparteċipaw għall-iżvilupp ulterjuri tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-ambjent u jiffaċilitaw il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet billi jipprovdu kontribut bil-miktub jew bil-fomm, iwettqu analiżijiet preparatorji, u billi jikkonsultaw mal-partijiet ikkonċernati, inkluż billi:
|
|
3. |
Jipparteċipaw f’negozjati internazzjonali fil-qasam tal-ambjent u jattendu għal laqgħat ma’ istituzzjonijiet jew korpi internazzjonali rilevanti oħra. |
|
4. |
Iwettqu ħidma ta’ komunikazzjoni u promozzjoni mal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-ambjent: jipparteċipaw f’sessjonijiet ta’ ħidma ma’ partijiet ikkonċernati interni u esterni, u jipparteċipaw f’seminars u konferenzi dwar il-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ambjent; iħejju laqgħat ta’ informazzjoni u informazzjoni għall-istampa, filwaqt li jiżguraw rappreżentanza fil-laqgħat mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati. |
Tmiem l-ANNESS I, agħfas hawnhekk biex terġa’ tmur għat-test prinċipali
ANNESS II
REGOLI ĠENERALI APPLIKABBLI GĦALL-KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦIN
INFORMAZZJONI ĠENERALI
Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.
Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.
Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.
1. MIN JISTA’ JAPPLIKA?
1.1. Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi
Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli?”.
Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jenħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli?” ta’ dan l-Avviż li tkun rilevanti għad-dmirijiet .
|
(a) |
Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru għall-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. Il-Bord tas-Selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni. Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija. |
|
(b) |
L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u tkun:
|
1.2. Dokumenti ta’ prova
Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).
Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:
|
— |
dokumenti minn impjegatur(i) tal-passat u impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew |
|
— |
il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa; |
|
— |
(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti; |
|
— |
(għall-interpreti tal-konferenzi, meta l-esperjenza professjonali tkun meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ ġranet, u minn liema u lejn liema lingwi seħħet l-interpretazzjoni, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni tal-konferenzi. |
B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.
Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ prova għandek bżonn tipprovdi u meta.
1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti raġonevoli
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustament raġonevoli li għandek bżonn. Jekk diżabbiltà jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.
Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ prova tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-aġġustament raġonevoli jista’ jsir meta dan ikun meħtieġ.
Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO:
|
— |
posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu); jew |
|
— |
posta:
|
2. MINN MIN NIĠI VVALUTAT?
Jiġi maħtur Bord tas-Selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Avviż tal-Kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom fuq il-bażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-Bord tas-Selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.
Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.
L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-Bordijiet tas-Selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).
L-ismijiet tal-membri tal-Bord tas-Selezzjoni jkunu ppubblikati fil-websajt tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt) qabel il-bidu taċ-ċentru/tal-fażi ta’ valutazzjoni.
3. KOMUNIKAZZJONI
3.1. Komunikazzjoni mal-EPSO
Jenħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category).
L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-Avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.
F’kull korrispondenza relatata ma’ xi applikazzjoni, semmi ismek kif jidher fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.
L-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrilevanti).
3.2. Aċċess għall-informazzjoni
Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personalment, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.
Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.
Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.
3.2.1. Żvelar awtomatiku
Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:
|
— |
It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż b’mod espliċitu; |
|
— |
eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà li ma kinux issodisfati; |
|
— |
Talent screener: ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek; |
|
— |
testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek; |
|
— |
testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss; |
|
— |
fażi/ċentru ta’ evalwazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-Bord tas-Selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fil-fażi ta’ evalwazzjoni. |
Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunika lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, billi dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:
|
— |
it-testijiet ikunu tlestew; |
|
— |
ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll |
|
— |
it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. |
3.2.2. Informazzjoni wara talba
Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.
Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni u ma jiġux żvelati.
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.
Kull talba għal informazzjoni jenħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category) fi żmien 10 ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.
4. ILMENTI U KWISTJONIJIET
4.1. Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi
Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO, esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category).
F’kull korrispondenza, indika ismek (kif jidher fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.
Jekk il-problema tinqala’ f’ċentru tat-testijiet jew waqt ittestjar mill-bogħod:
|
— |
avża minnufih lill-inviġilaturi sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll |
|
— |
ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category) b’deskrizzjoni qasira tal-problema. |
Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category).
Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.
4.2. Proċeduri ta’ reviżjoni interna
4.2.1. Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)
Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-Bordijiet tas-Selezzjoni.
Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-Bord tas-Selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).
B’din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-Avviż tal-Kompetizzjoni.
L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category); |
|
— |
id-data ta’ skadenza: fi żmien 3 ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun. |
Ma jiġux ikkunsidrati lmenti li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.
B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.
L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.
4.2.2. Talbiet għal rieżami
Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-Bord tas-Selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.
It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:
|
— |
irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew |
|
— |
nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal (1), l-Avviż tal-Kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza. |
Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-Bord tas-Selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, tal-esperjenza u/jew tal-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li dan huwa prova ta’ żball min-naħa tiegħu. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.
L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category); |
|
— |
id-data ta’ skadenza: fi żmien 10 ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata tkun ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-Bord tas-Selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.
Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.
4.3. Forom oħra ta’ kontestazzjoni
4.3.1. Ilmenti amministrattivi
Bħala kandidat f’kompetizzjoni miftuħa, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.
Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn Bord tas-Selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).
L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category); |
|
— |
id-data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li d-deċiżjoni kellha tittieħed qabilha; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
L-ilmenti li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
4.3.2. Appelli ġudizzjarji
Bħala kandidat f’kompetizzjoni miftuħa, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tas-selezzjoni.
L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:
|
— |
proċedura: jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit web tal-Qorti Ġenerali (https://curia.europa.eu/jcms/). |
4.3.3. Ombudsman Ewropew
Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.
Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).
L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.
L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkonsulta s-sit tal-Ombudsman Ewropew (https://www.ombudsman.europa.eu/mt/home). |
4.4. Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni
Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li:
|
— |
ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed; |
|
— |
applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli; |
|
— |
ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà; |
|
— |
għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa; |
|
— |
ma weġibx għal xi waħda mill-mistoqsijiet tat-Talent Screener; |
|
— |
ma kkonformajtx mat-termini u l-kundizzjonijiet għat-testijiet organizzati mill-bogħod; |
|
— |
ma bbukkjajtx jew ma għamiltx wieħed jew iżjed mit-testijiet tiegħek; |
|
— |
qarraqt waqt it-testijiet; |
|
— |
ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi; |
|
— |
ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat; |
|
— |
inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni; |
|
— |
bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-Avviż tal-Kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ prova jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew |
|
— |
iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi. |
Barra minn hekk, jekk ma ħadtx sehem fil-prova tal-konnettività iżda sussegwentement ħadt sehem f’testijiet mill-bogħod u esperjenzajt problemi ta’ konnettività, l-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtikx ħin ieħor għat-test.
Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.
5. APPROVAZZJONI TAS-SIGURTÀ
Il-persunal li jittratta informazzjoni sensittiva u klassifikata li teħtieġ livell għoli ta’ kunfidenzjalità (informazzjoni “klassifikata tal-UE”) għandu jkollu l-livell xieraq ta’ awtorizzazzjoni ta’ sigurtà.
Konsegwentement, il-kandidati li għaddew minn kompetizzjoni jistgħu jintalbu, għal ċerti karigi, li jkollhom jew ikunu f’pożizzjoni li jiksbu, fi żmien debitu, ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal.
Dan jista’ jimplika li, bħala prerekwiżit għar-reklutaġġ f’ċerti karigi, il-kandidati magħżula jistgħu jkunu meħtieġa jgħaddu mill-proċedura ta’ approvazzjoni tas-sigurtà li titwettaq mill-awtorità nazzjonali kompetenti fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom.
Qabel ma japplikaw għal din l-għażla, nagħtu parir li l-kandidati jinfurmaw ruħhom dwar din il-kompetizzjoni.
Rekwiżiti bħal dawn se jiġu indikati b’mod ċar fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti għall-pożizzjoni kkonċernata.
6. PROTEZZJONI TAD-DATA
Id-data personali tiegħek tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
Ara wkoll id-Dikjarazzjoni speċifika ta’ privatezza dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qafas ta’ kompetizzjoni miftuħa (3).
Tmiem l-ANNESS II, agħfas hawnhekk biex terġa’ tmur għat-test prinċipali
(1) Ir-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385/62). Test konsolidat: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A01962R0031-20220101
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39)
(3) https://epso.europa.eu/mt/protection-your-personal-data.
ANNESS III
EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT L-ISTAT MEMBRU U R-RENJU UNIT U SKONT IL-GRADI LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONI
Agħfas hawnhekk għall-verżjoni ta’ dawn l-eżempji li hija faċli biex tinqara
|
PAJJIŻ |
Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6 Minn AST 1 sa AST 7 |
Minn AST 3 sa AST 11 |
Minn AD 5 sa AD 16 |
|||||||||||||
|
Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja) |
Edukazzjoni postsekondarja (kors postsekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn) |
Edukazzjoni ta’ livell universitarju (mill-anqas tliet snin) |
Edukazzjoni ta’ livell universitarju (erba’ snin jew aktar) |
|||||||||||||
|
Belgique — België — Belgien |
Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs Diplôme d’enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs |
Candidature/Kandidaat Graduat/Gegradueerde Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor |
Bachelor académique (180 crédits) Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS) |
Licence/Licentiaat Master Diplôme d’études approfondies (DEA) Diplôme d’études spécialisées (DES) Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS) Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS) Agrégation/Aggregaat Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur Doctorat/Doctoraal diploma |
||||||||||||
|
България |
Диплома за завършено средно образование |
Специалист по … |
|
Диплома за висше образование Бакалавър Магистър |
||||||||||||
|
Česko |
Vysvědčení o maturitní zkoušce |
Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.) |
Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář) |
Diplom o ukončení vysokoškolského studia Magistr Doktor |
||||||||||||
|
Danmark |
Bevis for: Studentereksamen Højere Forberedelseseksamen (HF) Højere Handelseksamen (HHX) Højere Afgangseksamen (HA) Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX) |
Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK) |
Bachelorgrad (BA eller BS) Professionsbachelorgrad Diplomingeniør |
Kandidatgrad/Candidatus Master/Magistergrad (mag.art) Licenciatgrad ph.d.-grad |
||||||||||||
|
Deutschland |
Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife |
|
Fachhochschulabschluss Bachelor |
Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master Magister Artium/Magistra Artium Staatsexamen/Diplom Erstes Juristisches Staatsexamen Doktorgrad |
||||||||||||
|
Eesti |
Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti) |
Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) Magistrikraad Arstikraad Hambaarstikraad Loomaarstikraad Filosoofiadoktor Doktorikraad (120–160 ainepunkti) |
||||||||||||
|
Éire/Ireland |
Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP) |
Teastas Náisiúnta/National Certificate Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.) Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS) |
Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) |
Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile/University degree Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS) Dochtúireacht/Doctorate |
||||||||||||
|
Ελλάδα |
Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου |
Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ) |
|
Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕΙ) Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος) Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος) |
||||||||||||
|
España |
Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU) Bachillerato BUP Diploma de Técnico especialista |
FP grado superior (Técnico superior) |
Diplomado/Ingeniero técnico |
Licenciatura Máster Ingeniero Título de Doctor |
||||||||||||
|
France |
Baccalauréat Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU) Brevet de technicien |
Diplôme d’études universitaires générales (DEUG) Brevet de technicien supérieur (BTS) Diplôme universitaire de technologie (DUT) Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST) |
Licence |
Maîtrise Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d’études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche Diplôme des grandes écoles Diplôme d’ingénieur Doctorat |
||||||||||||
|
Hrvatska |
Svjedodžba o državnoj maturi Svjedodžba o završnom ispitu |
Stručni pristupnik/pristupnica |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) Stručni specijalist Magistar struke Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing) Doktor struke Doktor umjetnosti |
||||||||||||
|
Italia |
Diploma di maturità (vecchio ordinamento) Perito ragioniere Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore |
Diploma universitario (DU) Certificato di specializzazione tecnica superiore Attestato di competenza (4 semestri) |
Diploma di laurea — L (breve) |
Diploma di laurea (DL) Laurea specialistica (LS) Master di I livello Dottorato di ricerca (DR) |
||||||||||||
|
Κύπρος |
Απολυτήριο |
Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) Higher Diploma |
|
Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor Master Doctorat |
||||||||||||
|
Latvija |
Atestāts par vispārējo vidējo izglītību Diploms par profesionālo vidējo izglītību |
Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību |
Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu) |
Bakalaura diploms (160 kredītpunktu) Profesionālā bakalaura diploms Maģistra diploms Profesionālā maģistra diploms Doktora grāds |
||||||||||||
|
Lietuva |
Brandos atestatas |
Aukštojo mokslo diplomas Aukštesniojo mokslo diplomas |
Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas |
Aukštojo mokslo diplomas Bakalauro diplomas Magistro diplomas Daktaro diplomas Meno licenciato diplomas |
||||||||||||
|
Luxembourg |
Diplôme de fin d’études secondaires et techniques |
BTS Brevet de maîtrise Brevet de technicien supérieur Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) Diplôme universitaire de technologie (DUT) |
Bachelor Diplôme d’ingénieur technicien |
Master Diplôme d’ingénieur industriel DESS en droit européen |
||||||||||||
|
Magyarország |
Gimnáziumi érettségi bizonyítvány Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány |
Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme) |
Főiskolai oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits) |
Egyetemi oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits) Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés) Doktori fokozat |
||||||||||||
|
Malta |
Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 2 À Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent |
MCAST diplomas/certificates Higher National Diploma |
Bachelor’s degree |
Bachelor’s degree Master of Arts Doctorate |
||||||||||||
|
Nederland |
Diploma VWO Diploma staatsexamen (2 diploma’s) Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO) |
Kandidaatsexamen Associate degree (AD) |
Bachelor (WO) HBO bachelor degree Baccalaureus of «Ingenieur» |
HBO/WO Master’s degree Doctoraal examen/Doctoraat |
||||||||||||
|
Österreich |
Matura/Reifeprüfung Reife- und Diplomprüfung Berufsreifeprüfung |
Kollegdiplom/Akademiediplom |
Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea |
Universitätsdiplom Fachhochschuldiplom Magister/Magistra Master Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis Doktortitel |
||||||||||||
|
Polska |
Świadectwo dojrzałości Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego |
Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej |
Licencjat/Inżynier |
Magister/Magister inżynier Dyplom doktora |
||||||||||||
|
Portugal |
Diploma de Ensino Secundário Certificado de Habilitações do Ensino Secundário |
|
Bacharel Licenciado |
Licenciado Mestre Doutorado |
||||||||||||
|
România |
Diplomă de bacalaureat |
Diplomă de absolvire (colegiu universitar) Învățământ preuniversitar |
Diplomă de licenţă |
Diplomă de licenţă Diplomă de inginer Diplomă de urbanist Diplomă de master Certificat de atestare (studii academice postuniversitare) Diplomă de doctor |
||||||||||||
|
Slovenija |
Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu) |
Diploma višje strokovne šole |
Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi |
Univerzitetna diploma Magisterij Specializacija Doktorat |
||||||||||||
|
Slovensko |
Vysvedčenie o maturitnej skúške |
Absolventský diplom |
Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár) |
Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia Bakalár (Bc.) Magister Magister/Inžinier ArtD. |
||||||||||||
|
Suomi/Finland |
Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier) |
Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå |
Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor) |
Maisterin tutkinto – Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor) Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen Lisensiaatti/Licentiat |
||||||||||||
|
Sverige |
Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning) |
Högskoleexamen (80 poäng) Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år |
Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng) Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor) |
Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)
Meriter på avancerad nivå:
Meriter på forskarnivå:
|
||||||||||||
|
United Kingdom |
General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E) BTEC National Diploma General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level Advanced Vocational Certificate of Education, À level (VCE À level) |
Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC Diploma of Higher Education (DipHE) National Vocational Qualifications (NVQ) Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4 |
(Honours) Bachelor degree NB: Master’s degree in Scotland |
Honours Bachelor degree Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc) Doctorate |
||||||||||||
|
NOTE: UK diplomas awarded in 2020 (until 31 December 2020) are accepted without an equivalence. UK diplomas awarded as from 1 January 2021 must be accompanied by an equivalence issued by a competent authority of an EU Member State. |
||||||||||||||||
Tmiem l-ANNESS III, agħfas hawnhekk biex terġa’ tmur għat-test prinċipali
ANNESS IV
TALENT SCREENER: KRITERJI U PROĊEDURA TAS-SELEZZJONI
A. Il-kriterji tas-selezzjoni għat-talent screener
Din it-taqsima telenka l-kriterji ta’ selezzjoni li se jiġu applikati mill-Bord tas-Selezzjoni fil-fażi tat-talent screener tal-kompetizzjoni.
A.1. Qasam 1 — Enerġija
|
1. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fl-analiżi tas-suq u/jew fl-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ għodod għall-ittestjar ta’ mudelli li jkunu rilevanti għall-iżvilupp ta’ politika fil-qasam tal-enerġija. Dan jinkludi għodod għall-ittestjar ta’ mudelli bħalma huma l-mudelli mfasslin għall-enerġija b’ekwilibriju parzjali, mudelli mfasslin għas-settur tal-enerġija, mudelli mfasslin għall-valutazzjoni integrata, mudelli mfasslin għall-ekwilibriju ġenerali, mudelli mikro u makro. |
|
2. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fi strumenti finanzjarji, fil-finanzjament ta’ proġetti, fi proġetti ta’ investiment tul il-katina tal-valur tal-enerġija kollha, mill-provvista/d-domanda globali u l-mekkaniżmi tas-suq sal-infrastruttura u s-sigurtà tal-provvista, f’wieħed jew aktar mill-oqsma msemmijin fit-taqsima 3.3.1(b) ta’ dan l-avviż. |
|
3. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fl-iżvilupp, il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u/jew l-infurzar tal-liġi dwar l-enerġija, fis-settur pubbliku jew privat. |
|
4. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fit-tfassil, in-negozjar, il-monitoraġġ jew l-implimentazzjoni ta’ politika/strateġija/regolamentazzjoni f’wieħed jew aktar mill-oqsma msemmija fit-taqsima 3.3.1(b) ta’ dan l-avviż. |
|
5. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali, inkluż dawk relatati maċ-ċibersigurtà, f’wieħed jew aktar mill-oqsma msemmijin fit-taqsima 3.3.1(b) ta’ dan l-avviż. |
|
6. |
Esperjenza professjonali fis-servizzi tal-konsumatur, fl-involviment taċ-ċittadini, fl-akkwist pubbliku jew il-bejgħ f’wieħed jew aktar mill-oqsma msemmijin fit-taqsima 3.3.1(b) ta’ dan l-avviż. |
|
7. |
Esperjenza professjonali fl-iżvilupp jew fl-użu ta’ teknoloġiji innovattivi rilevanti għall-enerġija, inkluż fil-qasam tal-enerġija mill-fjuwils fossili, l-enerġija nukleari, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, it-teknoloġiji tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, it-teknoloġiji tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju, it-teknoloġiji industrijali, u l-idroġenu, f’wieħed jew aktar mill-oqsma msemmijin fit-Taqsima 3.3.1(b) ta’ dan l-avviż. |
|
8. |
Lawrja jew diploma postgradwatorja fl-inġinerija jew fil-qasam tal-enerġija, jew speċjalizzazzjoni akkademika (inkluża t-teżi) fil-qasam tal-enerġija miksuba fit-tħejjija għal lawrja gradwatorja jew postgradwatorja, jew taħriġ speċjalizzat fil-qasam tal-enerġija. |
A.2. Qasam 2 — Klima
|
1. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fl-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ għodod għall-ittestjar ta’ mudelli ta’ rilevanza għall-iżvilupp ta’ politika fil-qasam tal-klima, inklużi għodod li jkopru l-enerġija, it-trasport, l-industrija, l-iskart, l-agrikoltura, is-setturi tal-użu tal-art u għodda li jkopru l-impatti klimatiċi. Dan jinkludi għodod għall-ittestjar ta’ mudelli bħalma huma l-mudelli mfasslin għall-enerġija b’ekwilibriju parzjali, il-mudelli mfasslin għall-valutazzjoni integrata, il-mudelli mfasslin għat-tniġġis, il-mudelli mfasslin għall-ekwilibriju ġenerali, il-mudelli mfasslin għall-impatti fit-tibdil klimatiku u għall-adattament, il-mudelli mfasslin għall-użu tal-art, eċċ. |
|
2. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fir-rigward tar-riċerka, l-iżvilupp jew l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi għall-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għall-adattament tat-tibdil fil-klima. Dan jinkludi teknoloġiji fil-qasam tal-ġenerazzjoni, tal-użu u tal-infrastruttura tal-enerġija, it-teknoloġiji għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju, it-teknoloġiji tat-trasport bit-triq, marittimu u tal-avjazzjoni, it-teknoloġiji industrijali, it-teknoloġiji tal-agrikoltura u tal-użu tal-art, it-teknoloġiji tal-iskart u tar-riċiklaġġ, it-teknoloġiji ta’ sostituzzjoni tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u t-teknoloġiji li jippermettu l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-indirizzar tal-impatti tiegħu. |
|
3. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fil-qasam tas-swieq tal-karbonju jew tal-enerġija (b’mod partikolari s-suq tal-kwoti tas-sistema ta’ skambju tal-emissjonijiet tal-UE), inkluża esperjenza bħala analista tas-suq, kummerċjant jew regolatur. |
|
4. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fil-qasam tal-monitoraġġ, ir-rappurtar jew il-verifika ta’ sustanzi niġġiesa ambjentali, inklużi l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, pereżempju f’kumpanija privata, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, jew f’livell settorjali, tal-partijiet ikkonċernati jew tal-gvern. |
|
5. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fil-qasam tal-perikli jew l-impatti fit-tibdil klimatiku u l-vulnerabbiltajiet u l-għażliet ta’ adattament relatati, jew fl-iżvilupp ta’ servizzi klimatiċi rilevanti li jippermettu adattament aħjar għat-tibdil fil-klima. |
|
6. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali (i) fil-qasam tal-prodotti ta’ finanzjament għall-klima, inkluż l-iżvilupp ta’ tali servizzi, jew (ii) bħala analista tas-suq ta’ dawn is-servizzi. |
|
7. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki rilevanti għall-klima fil-qasam tal-użu tal-art u l-agrikoltura, il-vetturi u l-fjuwils, u s-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu u s-sostituti tagħhom. |
A.3. Qasam 3 — Ambjent
|
1. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fit-twettiq ta’ analiżijiet soċjo-ekonomiċi, legali, politiċi u/jew xjentifiċi f’wieħed jew aktar mis-setturi li ġejjin: l-ekonomija ċirkolari (inklużi l-politika sostenibbli dwar il-prodotti, is-sustanzi kimiċi sostenibbli u l-iskart sostenibbli), il-finanzi sostenibbli, il-bijodiversità, il-protezzjoni tal-foresti u tal-ħamrija/il-preservazzjoni/ir-restawr, il-ġestjoni tal-ilma ħelu u tal-ilma baħar, il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma jew tal-arja, jew il-governanza ambjentali. |
|
2. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fit-tfassil, fin-negozjar, fil-monitoraġġ jew fl-implimentazzjoni ta’ politiki, strateġiji jew regolamenti f’wieħed jew aktar mis-setturi li ġejjin: l-ekonomija ċirkolari, il-finanzi sostenibbli, il-bijodiversità, il-protezzjoni tal-foresti u tal-ħamrija/il-preservazzjoni/ir-restawr, il-ġestjoni tal-ilma, il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma jew tal-arja. |
|
3. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fl-iżvilupp u/jew fl-użu ta’ teknoloġiji ambjentali innovattivi inkluż fil-qasam tal-ekonomija ċirkolari, il-bijodiversità, il-protezzjoni tal-foresti u tal-ħamrija/il-preservazzjoni/ir-restawr, il-ġestjoni tal-ilma, il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma jew tal-arja. |
|
4. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali f’ħidma ma’ kumpaniji privati jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, jew f’livell ta’ gvern reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali fil-monitoraġġ, fir-rappurtar, jew fil-verifika ta’ indikaturi ambjentali rilevanti (eż. fir-rigward tat-tniġġis, tal-ġestjoni tal-ilma, jew tat-telf tal-bijodiversità). |
|
5. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali f’ħidma għal kumpaniji privati jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jew f’livell ta’ gvern reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta, il-monitoraġġ, u l-evalwazzjoni tal-acquis eżistenti fil-qasam ambjentali. |
|
6. |
Mill-inqas sena esperjenza professjonali fl-iżvilupp, l-analiżi, u/jew l-użu ta’ prodotti ta’ finanzjament sostenibbli fil-qasam ambjentali, jew fit-twettiq ta’ analiżi tas-suq għal dawn il-prodotti/is-servizzi. |
B. Proċedura
B.1. L-iddeterminar tal-ordni li fih se jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet
|
1. |
Il-kandidati, meta jimlew it-taqsima “Professional Experience” (Esperjenza Professjonali) tal-applikazzjoni tagħhom, għal kull entrata jridu jindikaw il-perċentwal ta’ ħin iddedikat għal “kompitu” (“task”) jew aktar minn lista partikolari li fil-biċċa l-kbira tikkorrispondi għall-kriterji tas-selezzjoni elenkati fit-Taqsima A aktar ’il fuq. Dan jippermetti li jiġi kkalkulat it-tul kumplessiv ta’ esperjenza (f’jiem) f’kompitu partikolari. |
|
2. |
Għal kull kompitu u għal kull mistoqsija tat-talent screener (ara l-paragrafu 1 fit-Taqsima B.2 aktar ’l isfel), il-Bord tas-Selezzjoni jassenja valur ta’ ponderazzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tagħhom (1 sa 3). |
|
3. |
L-għadd kumplessiv ta’ jiem iddedikati għal kompitu partikolari (ara l-paragrafu 1 aktar ’il fuq) imbagħad jiġi mmultiplikat bil-valur ta’ ponderazzjoni attribwit għal dak il-kompitu mill-Bord tas-Selezzjoni. Dan jipproduċi, għal kull kandidat, punteġġ għal kull kompitu kif ukoll il-punteġġ aggregat għall-kompiti kollha. |
|
4. |
Il-klassifikazzjoni ssir f’ordni dekrexxenti bil-punteġġi aggregati tal-kandidati. |
|
5. |
Il-punteġġi u l-klassifikazzjoni stabbiliti skont din it-taqsima mhumiex se jitqiesu għall-finijiet tad-deċiżjoni dwar liema kandidati jistgħu jipproċedu għall-fażi li jkun imiss tal-kompetizzjoni. Id-deċiżjoni dwar liema kandidati għandhom jiġu mistiedna għall-fażi li jkun imiss tal-kompetizzjoni tittieħed mill-Bord tas-Selezzjoni esklużivament abbażi tal-punteġġi mogħtija skont il-valur ta’ ponderazzjoni f’konformità mat-Taqsima B.2. |
B.2. Selezzjoni tal-kandidati permezz ta’ talent screener
|
1. |
Meta jimlew it-Taqsima “Talent Screener” tal-formola tal-applikazzjoni, il-kandidati kollha jridu jwieġbu l-istess ġabra ta’ mistoqsijiet u jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Dawn il-mistoqsijiet se jkunu bbażati fuq il-kriterji tas-selezzjoni elenkati fit-Taqsima A aktar ’il fuq. Is-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki ssir unikament bl-użu tal-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima “Talent Screener”. Il-kandidati jridu jinkludu l-informazzjoni kollha rilevanti fit-tweġibiet tagħhom fit-Taqsima “Talent Screener”, anki jekk l-istess informazzjoni tkun diġà ġiet inkluża f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tagħhom. Kull referenza għad-dokumenti mtellgħin fil-kont tal-EPSO tal-kandidat jew referenzi oħra (bħal ħolqiet għal siti web) mhumiex se jiġu kkunsidrati. Se jiġi kkunsidrat biss it-test li jimlew il-kandidati fl-entrati xierqa, bi tweġiba għall-mistoqsijiet tat-talent screener. |
|
2. |
Il-Bord tas-Selezzjoni jipproċedi, f’ordni dekrexxenti tal-klassifikazzjoni stabbilita skont it-Taqsima B.1, biex jivvaluta t-tweġibiet tal-kandidati fit-Taqsima “Talent Screener” tal-applikazzjoni. |
|
3. |
Il-Bord tas-Selezzjoni jeżamina t-tweġibiet tat-talent screener tal-kandidati kollha u jagħti minn 0 sa 4 punti għal kull tweġiba. Dawn il-punti mbagħad jiġu mmultiplikati bil-valur ta’ ponderazzjoni stabbiliti mill-Bord tas-Selezzjoni għal kull mistoqsija tat-Talent Screener (ara t-Taqsima B.1, il-paragrafu 2 aktar ’il fuq). Fl-aħħar nett, il-punti mogħtija għal kull mistoqsija tat-Talent Screener, jingħaddu flimkien, biex jingħata punteġġ globali. |
|
4. |
Il-Bord tas-Selezzjoni joħloq lista ta’ kandidati għal kull qasam fl-ordni tal-punteġġi kumplessivi mogħtija skont il-paragrafu 3. |
|
5. |
Il-kandidati bl-ogħla punteġġi jiġu mistiedna għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni. |
Tmiem l-ANNESS IV, agħfas hawnhekk biex terġa’ tmur għat-test prinċipali