Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat milli jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑17 ta’ Mejju 2006, dwar emissjonijiet minn sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja f’vetturi bil-mutur li temenda d‑Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 161, p. 12).
Dispożittiv
1) Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2006/40/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑17 ta’ Mejju 2006, dwar emissjonijiet minn sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja f’vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id‑direttiva.
2) Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall‑ispejjeż.