|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/213 |
8.1.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12281 – RCL Cruises / MSC Cruises / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/213)
1.
Fit-22 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
RCL Cruises Ltd. (“RCL Cruises”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Royal Caribbean Cruises Ltd. (“RCCL”, il-Liberja), |
|
— |
Cruise Terminal Investment Limited Sàrl (“CTIL”, l-Iżvizzera) ikkontrollata minn MSC Cruises SA (“MSC Cruises”, l-Iżvizzera), li tagħmel parti minn MSC Mediterranean Shipping Company Holding SA Group (“MSC Holding”, l-Iżvizzera), |
|
— |
Kumpanija maħluqa ġdida Kagoshima Cruise Terminal Ltd. (“Kagoshima JV”, il-Ġappun). |
RCL Cruises u CTIL se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Kagoshima JV.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
RCL Cruises hija operatur ta’ bastimenti tal-kruċiera, noleġġatur tal-bastimenti u rappreżentant tal-bejgħ u tal-marketing f’livell dinji għad-ditti Royal Caribbean International u Celebrity Cruises ta’ RCCL, |
|
— |
CTIL hija sussidjarja ta’ MSC Cruises li ġiet stabbilita fl-2024 biex timmaniġġja portafoll ta’ terminals ta’ MSC Cruises fid-dinja kollha. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Kagoshima JV li għadha kif ġiet stabbilita se jkunu dawn li ġejjin: il-kostruzzjoni u l-ġestjoni ta’ terminal ġdid tal-kruċieri fil-port ta’ Kagoshima, il-Ġappun.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2)għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12281 — RCL Cruises / MSC Cruises / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/213/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)