02017R0804 — MT — 06.05.2023 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/804 tal-11 ta' Mejju 2017 (ĠU L 121 12.5.2017, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/919 tal-4 ta’ Mejju 2023 |
L 119 |
166 |
5.5.2023 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/804
tal-11 ta' Mejju 2017
li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Artikolu 1
Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Rata ta' dazju antidumping definittiv (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Yangzhou Chengde Steel Pipe Co., Ltd. |
29,2 |
C171 |
|
▼M1 ————— |
||
|
Yangzhou Lontrin Steel Tube Co., Ltd. |
39,9 |
C173 |
|
Hengyang Valin MPM Co., Ltd. |
48,2 |
C174 |
|
▼M1 ————— |
||
|
Il-kumpaniji elenkati fl-Anness |
45,6 |
C998 |
|
Il-produtturi l-oћra kollha |
54,9 |
C999 |
|
CITIC Pacific Group: — Daye Special Steel Co., Ltd — Zhejiang Pacific Seamless Steel Tube Co., Ltd |
51,8 |
899H |
Artikolu 2
Fejn produttur esportatur miċ-Ċina jipprovdi provi suffiċjenti lill-Kummissjoni li
ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw miċ-Ċina matul il-perjodu ta' investigazzjoni (l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015)
ma jiġix mill-esportatur jew il-produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u
jew effettivament esporta l-oġġetti kkonċernati jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lill-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni,
l-Artikolu 1(2) jista' jiġi emendat biż-żieda tal-produttur esportatur il-ġdid mal-lista fl-Anness.
Artikolu 3
L-ammonti garantiti bħala dazji antidumping proviżorji skont ir-Regolament (UE) 2016/1977 għandhom jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju tal-antidumping se jiġu rilaxxati.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina:
|
Kumpanija |
TARIC kodiċi addizzjonali |
|
Tianjin Pipe Manufacturing Co., Ltd. |
C998 |
|
Shandong Luxing Steel Pipe Co., Ltd. |
C998 |
|
Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd |
C998 |
|
Wuxi SP. Steel Tube Manufacturing Co., Ltd |
C998 |
|
Zhangjiagang Tubes China Co., Ltd. |
C998 |
|
TianJin TianGang Special Petroleum Pipe Manufacture Co., Ltd |
C998 |
|
Shandong Zhongzheng Steel Pipe Manufacturing Co., Ltd. |
C998 |