<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑512/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0512</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:108">EU:C:2015:108</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150224">24.2.2015</DATE> — KAWŻA C‑512/13</P><P>SOPORA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20150224">24 ta’ Frar 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 45 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema mhux residenti</KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġ fiskali li jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa ta’ allowances mogħtija mill-persuna li timpjega</KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġ mogħti b’rata fissa</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema minn Stat Membru differenti minn dak tal-post tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni ta’ residenza marbuta mad-distanza mill-fruntiera tal-Istat Membru tal-post tax-xogħol</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑512/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20130809">9 ta’ Awwissu 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20130925">25 ta’ Settembru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">C. G. Sopora</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Financiën,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, Viċi President, A. Tizzano, L. Bay Larsen u T. von Danwitz, Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, A. Arabadjiev, C. Toader, M. Safjan, D. Šváby, M. Berger, A. Prechal u C. G. Fernlund (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20140902">2 ta’ Settembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal C. G. Sopora, minn P. Kavelaars, J. Schaap u J. Korving, belastingadviseurs,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. de Ree u M. Bulterman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Roels u J. Enegren, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-regoli dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn C. G. Sopora u l-iStaatssecretaris van Financiën, fir-rigward taċ-ċaħda tat-talba tal-persuna kkonċernata intiża għall-ksib tal-eżenzjoni mit-taxxa b’rata fissa ta’ allowance b’rabta mal-impjieg li għandha fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 31(1) tal-Liġi tal-1964 dwar it-taxxa fuq ir-remunerazzjonijiet (Wet op de loonbelasting 1964), fil-verżjoni tagħha tal-2012 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Liġi dwar it-taxxa fuq ir-remunerazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), ċerti allowances imħallsa lill-ħaddiema jagħmlu parti mir-remunerazzjoni intaxxata.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Madankollu, bis-saħħa tal-Artikolu 31a(2)(e) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq ir-remunerazzjonijiet, l-allowances jistgħu jiġu eżentati minn din it-taxxa, jekk dawn jingħataw sabiex jikkumpensaw spejjeż supplimentari, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>spejjeż extraterritorjali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, li jsostni ħaddiem minħabba l-fatt li jgħix barra mill-pajjiż ta’ oriġini tiegħu għal perijodu li ma jeċċedix it-tmien snin.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tas-<DATE ISO="19650517">17 ta’ Mejju 1965</DATE>, li timplementa l-Liġi tal-1964 dwar it-taxxa fuq ir-remunerazzjonijiet, kif emendata bid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20101223">23 ta’ Diċembru 2010</DATE>, tippreċiża r-regoli għall-applikazzjoni ta’ din il-liġi applikabbli b’effett mill-<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE>. Hija tipprovdi eżenzjoni mit-taxxa fuq ir-remunerazzjonijiet favur il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ħaddiem migrant<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, kif iddefinit fl-Artikolu 10e(2)(b) tiegħu, fit-termini li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>il-ħaddiem irreklutat f’pajjiż ieħor […]:</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>li jkollu kompetenzi speċifiċi, li huma assenti jew skarsi fis-suq tax-xogħol Olandiż, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>li jkun irrisjeda għal iktar minn żewġ terzi tal-aħħar 24 xahar qabel ir-reklutaġġ tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi, f’distanza ta’ iktar minn 150 [kilometru] mill-fruntiera tal-Pajjiżi l-Baxxi, bl-esklużjoni tal-baħar territorjali Olandiż u taż-żona ekonomika esklużiva tar-Renju, fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Liġi dwar l-istabbiliment ta’ żona ekonomika esklużiva.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta li l-allowances mogħtija għall-ispejjeż extraterritorjali huma eżenti mit-taxxa sa 30 % tal-bażi taxxabbli, mingħajr bżonn li tiġi prodotta prova tal-eżistenza ta’ dawn l-ispejjeż (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>iskema b’rata fissa<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), fuq talba konġunta tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ħaddiem migrant<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> u tal-persuna li timpjega. Il-bażi taxxabbli essenzjalment tikkonsisti fir-remunerazzjoni marbuta mal-impjieg u fl-allowance għall-ispejjeż extraterritorjali. Barra minn hekk, jibqa’ possibbli li tiġi prodotta l-prova ta’ spejjeż ogħla sostnuti u li tinkiseb eżenzjoni minn din l-allowance sal-ammont ta’ dawn l-ispejjeż. Barra minn hekk, fir-rigward tal-ħaddiem irreklutat fi Stat Membru ieħor li ma jissodisfax il-kundizzjoni ta’ residenza ta’ iktar minn 150 kilometru mill-fruntiera Olandiża, huwa wkoll possibbli li tinkiseb eżenzjoni mill-allowance li tikkorrispondi għall-ispejjeż extraterritorjali sostnuti li fir-rigward tagħhom huwa jista’ jipproduċi prova.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>C. G. Sopora kien impjegat fil-Pajjiżi l-Baxxi, mill-1 ta’ Frar sal-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>, minn kumpannija assoċjata mal-persuna li timpjegah li hija stabbilita fil-Ġermanja. Matul il-perijodu ta’ 24 xahar qabel ir-reklutaġġ tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi, C. G. Sopora kien residenti fil-Ġermanja, f’distanza inqas minn 150 kilometru mill-fruntiera Olandiża. Huwa sussegwentement żamm ir-residenza tiegħu fil-Ġermanja, filwaqt li kera appartament fil-Pajjiżi l-Baxxi sabiex jirrisjedi fih matul parti mill-ġimgħa.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>C. G. Sopora u l-persuna li timpjegah talbu lill-awtorità kompetenti tapplika l-iskema b’rata fissa.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120411">11 ta’ April 2012</DATE>, mogħtija wara lment ta’ C. G. Sopora, din l-awtorità kkunsidrat li dan tal-aħħar ma kienx jissodisfa l-kundizzjoni li tgħid li, għal iktar minn żewġ terzi tal-perijodu ta’ 24 xahar qabel ir-reklutaġġ tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi, huwa kellu jirrisjedi f’distanza ta’ iktar minn 150 kilometru mill-fruntiera Olandiża.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>C. G. Sopora kkontesta din id-deċiżjoni quddiem ir-Rechtbank te Breda (Qorti ta’ Breda). Din tal-aħħar ċaħdet l-appell wara li kkunsidrat, b’mod partikolari, li r-rekwiżit li l-ħaddiem kellu jirrisjedi f’tali distanza mill-fruntiera Olandiża ma kienx kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>C. G. Sopora appella mid-deċiżjoni tar-Rechtbank te Breda quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden (Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxa).</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju, din l-aħħar qorti tistaqsi dwar il-konformità tal-iskema b’rata fissa mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Hija tindika, l-ewwel nett, li l-leġiżlatur Olandiż kien irrileva li l-ħaddiema li ġejjin minn Stati Membri oħra ġeneralment ikollhom spejjeż ta’ għajxien ogħla minn dawk sostnuti mill-ħaddiema li ilhom stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe diskussjoni dwar l-ammont ta’ dawn l-ispejjeż, dan il-leġiżlatur inizjalment xtaq li fi kwalunkwe każ jibbenefikaw mill-iskema b’rata fissa l-ewwel minn fost dawn il-ħaddiema, u dan mingħajr produzzjoni ta’ provi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju sussegwentement tippreċiża r-raġunijiet li għalihom il-kriterju bbażat fuq distanza ta’ iktar minn 150 kilometru mill-fruntiera tal-Pajjiżi l-Baxxi kien introdott b’effett mill-<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Hija tindika li l-iskema b’rata fissa kienet intużat b’mod iktar wiesa’ milli kien previst meta ġiet adottata u dan irriżulta f’distorsjoni tal-kompetizzjoni fir-reġjun transkonfinali, għad-detriment tal-ħaddiema residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi. Fil-fatt, il-persuni li jimpjegaw stabbiliti f’dan l-Istat Membru setgħu jagħmlu użu ikbar mill-ħaddiema residenti barra minn dan l-Istat, li minħabba l-applikazzjoni tal-iskema b’rata fissa, setgħu jħallsuhom paga inqas, filwaqt li jiżgurawlhom remunerazzjoni netta ogħla għall-istess xogħol. Il-leġiżlatur nazzjonali ried jirrimedja din is-sitwazzjoni billi jeskludi mill-benefiċċju tal-iskema b’rata fissa l-ħaddiema li seta’ jiġi preżunt li jsostnu spejjeż extraterritorjali inqas, jew saħansitra ebda spejjeż, sa fejn dawn setgħu jibqgħu jgħixu f’darhom u jivvjaġġaw lejn il-post tax-xogħol tagħhom kuljum. Għalhekk, huwa introduċa l-kriterju bbażat fuq distanza ta’ 150 kilometru f’linja dritta mill-post ta’ residenza tal-ħaddiem li jinsab fl-Istat Membru ta’ oriġini u l-fruntiera Olandiża. Dan il-leġiżlatur ikkunsidra li, lil hinn minn din id-distanza, il-ħaddiem ma setax jibqa’ jivvjaġġa lejn il-post tax-xogħol tiegħu u lura kuljum.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-leġiżlatur nazzjonali rrikonoxxa li, fir-rigward tal-ħaddiema residenti fl-Istat Membru ta’ oriġini, f’distanza inqas minn 150 kilometru mill-fruntiera Olandiża, id-distanza lejn il-post tax-xogħol tagħhom tista’ tvarja kunsiderevolment. Madankollu, huwa kkunsidra li t-teħid inkunsiderazzjoni tad-distanza bejn il-post tax-xogħol li jinsab fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-post fejn il-ħaddiem kien residenti fl-Istat Membru ta’ oriġini, qabel ir-reklutaġġ tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi, kienet twassal għal diffikultajiet ta’ implementazzjoni mill-awtoritajiet fiskali.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju fl-aħħar nett tistaqsi jekk il-kriterju tad-distanza magħżul jirriżultax f’distinzjoni bejn sitwazzjonijiet paragunabbli, u fil-każ fejn ikun ta’ ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema, jekk dan jistax ikun iġġustifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1)</NO.P><TXT>Teżisti distinzjoni indiretta skont in-nazzjonalità jew ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema – li jeħtieġu ġustifikazzjoni –, meta l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tippermetti allowance eżenti mit-taxxa għal spejjeż extra-territorjali favur il-ħaddiema kkollokati lejn dan l-Istat [ħaddiema migranti] u meta l-ħaddiema li, matul il-perijodu preċedenti għall-impjieg tagħhom f’dan l-Istat Membru, kienu jgħixu f’pajjiż barrani, f’distanza ta’ iktar minn 150 kilometru mill-fruntiera ta’ dan l-Istat, jistgħu jingħataw, mingħajr ma jipproduċu provi addizzjonali, allowance fil-forma ta’ somma f’daqqa [b’rata fissa] eżenti mit-taxxa, anki jekk l-ammont ta’ din tal-aħħar ikun iktar minn dak tal-ispejjeż extra-territorjali effettivament sostnuti, filwaqt li l-ħaddiem li, matul dan il-perijodu, kien jgħix f’distanza iqsar mill-fruntiera, jista’ jingħata biss allowance eżenti mit-taxxa li l-ammont tagħha huwa limitat għall-ispejjeż extra-territorjali effettivament sostnuti li jistgħu jiġu ppruvati?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk l-ewwel domanda teħtieġ risposta affermattiva, il-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonċernata mid-digriet ta’ implementazzjoni tal-1965 tal-Liġi dwar it-taxxa fuq ir-remunerazzjonijiet hija bbażata fuq raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk anki t-tieni domanda teħtieġ risposta affermattiva, il-kriterju ta’ 150 kilometru f’din ir-regola jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex l-għan imfittex jintlaħaq?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jikkonċernaw il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ vantaġġ fiskali li Stat Membru jagħti lil ħaddiema li, qabel ma bdew impjieg fit-territorju tiegħu, kienu jirrisjedu fi Stat Membru ieħor, għal ċertu distanza mill-fruntiera tiegħu. Dan il-vantaġġ jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa b’rata fissa fuq ir-remunerazzjonijiet minn allowance għall-ispejjeż extraterritorjali, sa 30 % tal-bażi taxxabbli, mingħajr ma dawn il-ħaddiema jkunu meħtieġa jipprovaw li huma kienu effettivament sostnew dawn l-ispejjeż u lanqas li dawn jilħqu l-ammont ta’ din l-allowance.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għalhekk, permezz tad-domandi tagħha li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 45 TFUE għandux jinqara fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha Stat Membru jipprovdi, favur ħaddiema li kienu jirrisjedu fi Stat Membru ieħor qabel ma bdew impjieg fit-territorju tiegħu, l-għoti ta’ vantaġġ fiskali li jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa b’rata fissa ta’ allowance għall-ispejjeż extraterritorjali, bil-kundizzjoni li dawn il-ħaddiema jkunu rrisjedew f’distanza iktar minn 150 kilometru mill-fruntiera tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 45(2) TFUE, il-moviment liberu tal-ħaddiema jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza, bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri, għal dak li jirrigwarda l-impjieg, il-paga u l-kundizzjonijiet l-oħra tax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tar-remunerazzjoni jsir ineffettiv jekk dan ikun jista’ jiddgħajjef b’dispożizzjonijiet nazzjonali diskriminatorji dwar it-taxxa fuq id-dħul (sentenzi Biehl, C‑175/88, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:186">EU:C:1990:186</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 12, u Schumacker, C‑279/93, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-regoli ta’ ugwaljanza fit-trattament jipprojbixxu mhux biss id-diskriminazzjoni manifesta bbażata fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll kull forma oħra moħbija ta’ diskriminazzjoni li, bl-applikazzjoni ta’ kriterji oħra ta’ distinzjoni, bħall-kriterju tar-residenza, fil-fatt iwasslu għall-istess riżultat (sentenzi Sotgiu, 152/73, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:13">EU:C:1974:13</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 11, u Schumacker, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-libertà tal-moviment tal-ħaddiema, minn naħa, tipprekludi lil Stat Membru milli jadotta miżura li tiffavorixxi l-ħaddiema residenti fit-territorju tiegħu jekk din twassal sabiex tiffavorixxi liċ-ċittadini nazzjonali, billi toħloq diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-kliem tal-Artikolu 45(2) TFUE, li huwa intiż għall-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>bejn il-ħaddiema ta’ l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, moqri fid-dawl tal-Artikolu 26 TFUE, għandu jiġi kkunsidrat li din il-libertà tipprekludi wkoll id-diskriminazzjoni bejn ħaddiema mhux residenti jekk din twassal sabiex tivvantaġġa b’mod inġust liċ-ċittadini ta’ ċerti Stati Membri meta mqabbla ma’ oħrajn.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-eżami tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-għan imfittex minnha, li huwa li tiffaċilita l-moviment liberu tal-ħaddiema residenti fi Stati Membri oħra, li aċċettaw impjieg fil-Pajjiżi l-Baxxi u li għalhekk jistgħu jsostnu spejjeż supplimentari, billi jagħtu lil dawn il-ħaddiema, u mhux lill-ħaddiema li ilhom residenti għal żmien twil fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-possibbiltà ta’ skema b’rata fissa.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li l-leġiżlatur Olandiż ikkunsidra, minn naħa, li minn ċerta distanza mill-post ta’ residenza tal-ħaddiema kkonċernati, li jinsabu fi Stat Membru ieħor, għall-post tax-xogħol ta’ dawn fil-Pajjiżi l-Baxxi, ma jkunx iktar possibbli għal dawn il-ħaddiema li jwettqu kuljum dan it-traġitt lejn il-post tax-xogħol u lura, b’mod li dawn tal-aħħar ikollhom, bħala prinċipju, ifittxu wkoll fejn joqogħdu fil-Pajjiżi l-Baxxi u, min-naħa l-oħra, li l-spejjeż addizzjonali ta’ għajxien li jirriżultaw minn dan huma kunsiderevoli, huwa stabbilixxa din id-distanza għal 150 kilometru mill-fruntiera Olandiża u l-limitu tal-ammont tal-eżenzjoni mit-taxxa b’rata fissa għal 30 % tal-bażi taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Hekk kif tfakkar fil-punt 6 ta’ din is-sentenza, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-iskema b’rata fissa qatt ma topera għad-detriment ta’ dawn il-ħaddiema. Fil-fatt, jekk l-ispejjeż extraterritorjali effettivament sostnuti jeċċedu l-limitu massimu ta’ 30 %, ikun permissibbli, anki meta l-kundizzjonijiet stabbiliti għall-applikazzjoni tal-iskema b’rata fissa jkunu ssodisfatti, li tinkiseb eżenzjoni mill-allowance għall-ispejjeż extraterritorjali, fuq produzzjoni ta’ provi xierqa.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza wkoll li l-ħaddiema li ma jissodisfawx il-kundizzjoni ta’ residenza ta’ iktar minn 150 kilometru mill-fruntiera Olandiża jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni mill-allowance għall-ispejjeż extraterritorjali effettivament sostnuti, fuq produzzjoni ta’ provi xierqa, bis-saħħa tar-regola stabbilita fl-Artikolu 31a(2)(e) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq ir-remunerazzjonijiet. Madankollu, dan il-każ ma jippermetti ebda kumpens żejjed fir-rigward ta’ dawn l-ispejjeż, kuntrarjament għas-sitwazzjonijiet li fihom l-eżenzjoni mit-taxxa b’rata fissa hija applikata, b’din tal-aħħar tingħata irrispettivament mill-ammont effettiv ta’ spejjeż extraterritorjali u anki meta ma jkunx hemm tali spejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, jidher li l-ħaddiema kollha mhux residenti, li r-residenza tagħhom tinsab iktar minn 150 kilometru mill-fruntiera Olandiża, jew f’distanza inqas minn 150 kilometru mill-fruntiera ta’ din tal-aħħar, jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni fiskali tal-allowance għall-ispejjeż extraterritorjali effettivi. Is-simplifikazzjoni amministrattiva tad-dikjarazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż extraterritorjali, li jirriżultaw mill-possibbiltà tal-iskema b’rata fissa, hija madankollu rriżervata għall-ħaddiema li jirrisjedu f’distanza ta’ iktar minn 150 kilometru minn din il-fruntiera.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Huwa stabbilit ukoll li huma għalhekk esklużi mill-possibbiltà tal-iskema b’rata fissa l-parti kbira tal-ħaddiema Belġjani kif ukoll parti mill-ħaddiema Ġermaniżi, Franċiżi, Lussemburgiżi u mir-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, huwa inerenti, għall-għoti ta’ vantaġġ fiskali b’rata fissa, li huwa maħsub sabiex ikopri s-sitwazzjonijiet fejn il-kundizzjonijiet materjali meħtieġa sabiex wieħed jibbenefika minn dan il-vantaġġ huma mingħajr dubju ssodisfatti, li jkun hemm sitwazzjonijiet oħra fejn, għal diversi raġunijiet, dawn il-kundizzjonijiet huma wkoll issodisfatti, b’dawn is-sitwazzjonijiet l-oħra jkunu, barra minn hekk, jagħtu dritt għal dan il-vantaġġ fuq produzzjoni ta’ provi xierqa.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li kunsiderazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ma jiġġustifikawx deroga, minn Stat Membru, mir-regoli tad-dritt tal-Unjoni (sentenza Terhoeve, C‑18/95, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:22">EU:C:1999:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45), mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li ma jistax jiġi miċħud lill-Istati Membri l-possibbiltà li jilħqu għanijiet leġittimi permezz tal-introduzzjoni ta’ regoli ġenerali li huma faċilment amministrati u kkontrollati mill-awtoritajiet nazzjonali (ara s-sentenzi Il‑Kummissjoni vs L‑Italja, C‑110/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:66">EU:C:2009:66</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 67; Josemans, C‑137/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:774">EU:C:2010:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 82; u Il‑Kummissjoni vs Spanja, C‑400/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:172">EU:C:2011:172</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 124).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt li jiġu stabbiliti limiti fir-rigward tad-distanza mill-post ta’ residenza tal-ħaddiema u tal-limitu tal-eżenzjoni mogħtija, billi jittieħed bħala punt tat-tluq, rispettivament, il-fruntiera Olandiża u l-bażi taxxabbli, anki jekk, kif innotat mill-qorti tar-rinviju, dan neċessarjament kien ta’ natura approssimattiva, ma jistax fih innifsu jikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta jew ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema. Dan huwa <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> minnu peress li, bħal f’dan il-każ, l-iskema b’rata fissa tapplika favur il-ħaddiema li jibbenefikaw minnha, fis-sens li tnaqqas b’mod sinjifikattiv il-proċeduri amministrattivi li dawn il-ħaddiema għandhom jieħdu sabiex jiksbu eżenzjoni mill-allowance għall-ispejjeż extraterritorjali.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, dan jista’ jkun differenti jekk dawn il-limiti kienu ġew stabbiliti b’tali mod li l-iskema b’rata fissa sistematikament tagħti lok għal kumpens żejjed fir-rigward tal-ispejjeż extraterritorjali realment sostnuti, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha Stat Membru jipprovdi, favur ħaddiema li kienu jirrisjedu fi Stat Membru ieħor qabel ma bdew impjieg fit-territorju tiegħu, l-għoti ta’ vantaġġ fiskali li jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa b’rata fissa ta’ allowance għal spejjeż extraterritorjali sa 30 % tal-bażi taxxabbli, bil-kundizzjoni li dawn il-ħaddiema jkunu rrisjedew f’distanza ta’ iktar minn 150 kilometru mill-fruntiera tiegħu, sakemm dawn il-limiti ma kinux ġew stabbiliti b’tali mod li din l-eżenzjoni sistematikament tagħti lok għal kumpens żejjed fir-rigward tal-ispejjeż extraterritorjali effettivament sostnuti, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha Stat Membru jipprovdi, favur ħaddiema li kienu jirrisjedu fi Stat Membru ieħor qabel ma bdew impjieg fit-territorju tiegħu,<?PAGE NO="7"?> l-għoti ta’ vantaġġ fiskali li jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa b’rata fissa ta’ allowance għal spejjeż extraterritorjali sa 30 % tal-bażi taxxabbli, bil-kundizzjoni li dawn il-ħaddiema jkunu rrisjedew f’distanza ta’ iktar minn 150 kilometru mill-fruntiera tiegħu, sakemm dawn il-limiti ma kinux ġew stabbiliti b’tali mod li din l-eżenzjoni sistematikament tagħti lok għal kumpens żejjed fir-rigward tal-ispejjeż extraterritorjali effettivament sostnuti, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>