|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6570 |
12.11.2024 |
P9_TA(2024)0137
L-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-midja fis-suq intern (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja) u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (COM(2022)0457 – C9-0309/2022 – 2022/0277(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2024/6570)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0457), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0309/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Daniż, il-Bundesrat Ġermaniż, is-Senat Franċiż u l-Parlament Ungeriż, li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2022 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta’ Marzu 2023 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim provviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tad-19 ta' Jannar 2024 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tal- it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A9-0264/2023), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 100, 16.3.2023, p. 111.
(2) ĠU C 188, 30.5.2023, p. 79.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-3 ta' Ottubru 2023 (Testi adottati, P9_TA(2023)0336).
P9_TC1-COD(2022)0277
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-13 ta' Marzu 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1083.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6570/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)