|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1946 |
30.3.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12368 - MACQUARIE GROUP / LA CAISSE / MAPLE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/1946)
1.
Fl-20 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
MAIF 4 Investments India 2 Pte. Ltd. (“MAIF 4”, Singapore), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Macquarie Group Limited (“Macquarie Group”, l-Awstralja), |
|
— |
CDPQ Asia III (“CDPQ Asia”, il-Kanada), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Caisse de dépôt et de placement du Québec (“La Caisse”, il-Kanada), |
|
— |
Mamaple Infrastructure Trust, Maple Infra invit Investment Manager Private Limited, u Maple Highway Project Management Private Limited (flimkien “Maple”, l-Indja), ikkontrollati minn La Caisse. |
Macquarie Group u La Caisse se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Maple.
Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ titoli.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
MAIF4 ma għandha l-ebda operazzjoni, assi jew dħul. Macquarie Group huwa grupp diversifikat ta’ servizzi finanzjarji, |
|
— |
CDPQ Asia III hija ffukata fuq l-investimenti fl-Asja. La Caisse hija investitur istituzzjonali fit-tul. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Maple huma dawn li ġejjin: sjieda u operazzjoni tal-konċessjonijiet tat-toroq fl-Indja permezz ta’ veikoli bi skop speċjali. Maple ma għandha l-ebda attività fiż-ŻEE.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12368 — MACQUARIE GROUP / LA CAISSE / MAPLE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea/European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1946/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)