02016R0921 — MT — 04.03.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/921

tal-10 ta' Ġunju 2016

li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix

(ĠU L 154 11.6.2016, p. 3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/376 tat-3 ta' Marzu 2017

  L 58

8

4.3.2017




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/921

tal-10 ta' Ġunju 2016

li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (“l-assistenza finanzjarja”) għal miżuri ta' appoġġ temporanji li jridu jingħataw lil organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix rikonoxxuti skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u lil produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet ta' dan it-tip.

Dawn il-miżuri ta' appoġġ temporanji għandhom ikopru l-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq, tan-nuqqas ta' ħsad u tal-ħsad bikri.

2.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata fir-rigward tal-prodotti li ġejjin tas-settur tal-frott u l-ħaxix maħsuba għall-konsum frisk:

(a) tadam tal-kodiċi NM 0702 00 00 ;

(b) karrotti tal-kodiċi NM 0706 10 00 ;

(c) kaboċċi tal-kodiċi NM 0704 90 10 ;

(d) bżar ħelu tal-kodiċi NM 0709 60 10 ;

(e) pastard u brokkli bir-ras tal-kodiċi NM 0704 10 00 ;

(f) ħjar tal-kodiċi NM 0707 00 05 ;

(g) gherkins tal-kodiċi NM 0707 00 90 ;

(h) faqqiegħ tal-ġens Agaricus tal-kodiċi NM 0709 51 00 ;

(i) tuffieħ tal-kodiċi NM 0808 10 ;

(j) lanġas tal-kodiċi NM 0808 30 ;

(k) għanbaqar tal-kodiċi NM 0809 40 05 ;

(l) frott artab tal-kodiċijiet NM 0810 20 , 0810 30 u 0810 40 ;

(m) għeneb tal-mejda tal-kodiċi NM 0806 10 10 ;

(n) ribes Ċiniż (frott tal-kiwi) tal-kodiċi NM 0810 50 00 ;

(o) larinġ ħelu tal-kodiċi NM 0805 10 20 ;

(p) klementina tal-kodiċi NM 0805 20 10 ;

(q) mandolin (inkluż iċ-ċitru ta' Tanġier u s-satsumas), il-wilking u ibridi taċ-ċitru simili tal-kodiċijiet NM 0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 u 0805 20 90 .

(r) lumi tal-kodiċi NM 0805 50 10 ;

(s) ħawħ inkluż nuċiprisk tal-kodiċi NM 0809 30 ;

(t) ċirasa ħelwa tal-kodiċi NM 0809 29 00 ;

(u) kaki tal-kodiċi NM 0810 70 00 ;

3.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri l-attivitajiet imwettqa fil-perjodu mill-1 ta' Lulju 2016 jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, liema minnhom tiġi l-aħħar, sad-data li fiha jkunu ġew eżawriti f'kull Stat Membru kkonċernat il-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) jew it-30 ta' Ġunju 2017, liema minnhom tiġi l-ewwel.

4.  Jekk is-sitwazzjoni tal-importazzjoni ta' ċerti prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja tinbidel qabel it-30 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni tista' temenda jew tħassar dan ir-Regolament kif xieraq.

Artikolu 2

Allokazzjoni ta' kwantitajiet massimi lill-Istati Membri

1.   ►M1  L-assistenza finanzjarja għall-miżuri ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri għall-kwantitajiet ta' prodotti stipulati fl-Annessi I u V. ◄

L-assistenza finanzjarja għandha tkun disponibbli wkoll għall-Istati Membri kollha għal operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq, ta' ħsad bikri jew ta' nuqqas ta' ħsad, fir-rigward ta' prodott wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2) kif stabbilit mill-Istat Membru, sakemm il-kwantità addizzjonali involuta ma taqbiżx it-3 000 tunnellata għal kull Stat Membru.

2.  Fir-rigward tal-kwantitajiet għal kull Stat Membru li ġew imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu għal kull prodott imsemmi fl-Artikolu 1(2):

(a) il-kwantitajiet irtirati mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn;

(b) il-kwantitajiet irtirati mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn;

(c) iż-żona ekwivalenti għall-ħsad bikri jew għan-nuqqas ta' ħsad;

3.  Meta l-kwantitajiet effettivament irtirati fi Stat Membru bejn it-8 ta' Awwissu 2015 u t-30 ta' Ġunju 2016 skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 għal kategorija ta' prodotti kif definit fl-Anness Ib ta' dak ir-Regolament ikunu inqas minn 5 % tal-kwantitajiet totali allokati lil dak l-Istat Membru għal dik il-kategorija ta' prodotti, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma jużax il-kwantità allokata lilu f'konformità mal-Anness I. F'dak il-każ, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sal-31 ta' Ottubru 2016. Mill-mument tan-notifika, l-operazzjonijiet ta' irtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri li jsiru għal dik il-kategorija ta' prodotti f'dak l-Istat Membru ma għandhomx ikunu eliġibbli għal assistenza finanzjarja.

4.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jużawx il-kwantità ta' 3 000 tunnellata msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, jew parti minnha, sal-31 ta' Ottubru 2016. Sal-istess data, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwantità li ma tkunx intużat. Mill-mument tan-notifika, l-operazzjonijiet ta' irtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri li jsiru għal dik il-kategorija ta' prodotti f'dak l-Istat Membru ma għandhomx ikunu eliġibbli għal assistenza finanzjarja, skont dan ir-Regolament.

▼M1

5.  Wara n-notifiki msemmija fil-paragrafu 4, il-kwantitajiet mhux użati nnotifikati għandhom jiġu riallokati fost l-Istati Membri kif stipulat fl-Anness V.

Dawn il-kwantitajiet riallokati stipulati fl-Anness V għandhom ikunu addizzjonali għall-kwantitajiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

▼B

Artikolu 3

Allokazzjoni tal-kwantitajiet lill-produtturi

▼M1

L-Istati Membri għandhom jallokaw il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) u (5) bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi skont is-sistema li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

▼B

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu sistema differenti għall-allokazzjoni ta' kwantitajiet, sakemm is-sistema stabbilita tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jqisu kemm huma kbar l-effetti tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjonijiet fuq il-produtturi inkwistjoni.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet komuni għall-miżuri ta' rtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.  L-appoġġ għall-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri mgħoti skont dan ir-Regolament minn organizzazzjonijiet ta' produtturi għandu jingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi anki jekk il-programmi operazzjonali tagħhom u l-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri ma jipprevedux dawn l-operazzjonijiet.

L-appoġġ imsemmi fil-ewwel subparagrafu ma għandux jitqies għall-iskop tal-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 55(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw għall-assistenza finanzjarja f'dan ir-Regolament.

2.  Il-limitu ta' terz tan-nefqa msemmi fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-limitu massimu ta' 25 % għaż-żieda tal-fond operazzjonali msemmi fl-Artikolu 66(3)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw għan-nefqa mġarrba għall-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsar u ta' ħsad bikri skont dan ir-Regolament.

3.  In-nefqa mġarrba skont l-Artikoli 5 u 7 għandha tifforma parti mill-fond operazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

4.  Meta r-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkun ġie sospiż skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-membri ta' dik l-organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jitqiesu bħala produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-finijiet tal-Artikoli 6 u 8.

Artikolu 5

Assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.  Il-limitu ta' 5 % msemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 79(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandux japplika għall-operazzjonijiet f'dan ir-Regolament.

2.  L-ammonti massimi tal-assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq li jingħataw lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II.

3.  B'deroga mill-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn għandha tkun 75 % tal-ammonti massimi tal-appoġġ għal destinazzjonijiet oħra msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq lill-produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.  L-ammonti massimi ta' assistenza finanzjarja mogħtija lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II.

L-ammonti massimi tal-assistenza finanzjarja mogħtija lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn għandhom ikunu 50 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness II.

2.  Il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom jikkonkludu kuntratt ma' organizzazzjoni bħal din għall-kwantità kollha ta' prodotti li jridu jitwasslu. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jaċċettaw it-talbiet raġonevoli kollha minn produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Il-kwantitajiet li jitwasslu minn produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti u mas-superfiċe reġjonali kkonċernati.

L-assistenza finanzjarja għandha tingħata lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta mill-organizzazzjoni tal-produtturi li magħha jkunu ffirmaw tali kuntratt.

Dik l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha żżomm l-ammonti li jikkorrispondu għall-ispejjeż reali li tkun ġarrbet biex tirtira l-prodotti rispettivi mis-suq. L-evidenza ta' dawk l-ispejjeż għandha tintwera permezz ta' fatturi.

3.  Għal raġunijiet iġġustifikati kif suppost, bħal-livell limitat ta' organizzazzjoni tal-produtturi fl-Istat Membru inkwistjoni, u b'mod mhux diskriminatorju, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li produttur li ma jkunx membru ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta jkun jista' jagħmel notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-kwantità li trid titwassal, minflok ma jiffirma l-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 2. Għal notifika bħal din, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 78 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Il-kwantitajiet li jitwasslu minn produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti u mas-superfiċe reġjonali kkonċernati.

F'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tagħti l-assistenza finanzjarja direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.

4.  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, kif ukoll l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u għal ħsad bikri lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.  B'deroga mill-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammonti tal-appoġġ, li jinkludu kemm l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri, għal kull ettaru u f'livell li jkopri mhux aktar minn 90 % tal-ammonti ffissati għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr għad-distribuzzjoni b'xejn kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. L-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li effettivament jinħasdu kmieni.

B'deroga mill-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri għandha tkun 75 % tal-ammonti stabbiliti mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu.

2.  B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-miżuri tan-nuqqas ta' ħsad imsemmija fl-Artikolu 84(1)(b) ta' dak ir-Regolament jistgħu jittieħdu anke meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu normali tal-produzzjoni. F'każijiet bħal dawn, l-ammonti ta' appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitnaqqsu b'mod proporzjonali, filwaqt li titqies il-produzzjoni diġà maħsuda, kif stabbilit abbażi ta' rekords tal-istokkijiet u l-kontijiet finanzjarji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi inkwistjoni.

Artikolu 8

Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u għal ħsad bikri lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.  B'deroga mill-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandu japplika dan li ġej:

(a) l-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li effettivament inħasdu kmieni u li għalihom ma jkunx beda l-ħsad normali;

(b) il-miżuri ta' nuqqas ta' ħsad ma għandhomx jittieħdu meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali;

(c) il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad fl-ebda ċirkustanza ma għandhom ikunu applikati t-tnejn għall-istess prodott u fl-istess żona partikolari.

2.  L-ammonti tal-assistenza finanzjarja għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għandhom ikunu 50 % tal-ammonti ffissati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(1).

3.  Il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi rikonoxxuta għandhom jagħmlu notifika xierqa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet dettaljati adottati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

4.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tagħti l-assistenza finanzjarja direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.

5.  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Kontrolli matul l-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq, tan-nuqqas ta' ħsad u tal-ħsad bikri

1.  L-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq imsemmija fl-Artikoli 5 u 6 għandhom ikunu soġġetti għal:

(a) kontrolli tal-ewwel livell skont l-Artikolu 108 tar-Regolament (UE) Nru 543/2011. Madankollu, dawk il-kontrolli għandhom ikopru minn tal-inqas 10 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati mis-suq u minn tal-inqas 10 % tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

Madankollu, għall-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq imsemmija fl-Artikolu 6(3), il-kontrolli tal-ewwel livell għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati.

(b) kontrolli tat-tieni livell skont l-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 543/2011. Madankollu, il-kontrolli fuq il-post għandhom ikopru minn tal-inqas 40 % tal-entitajiet soġġetti għall-kontrolli tal-ewwel livell, u minn tal-inqas 5 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati.

2.  L-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikoli 7 u 8 għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli u għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 110 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ħlief fir-rigward tar-rekwiżit li ma jkun sar l-ebda ħsad parzjali meta tiġi applikata d-deroga stipulata fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament. Il-kontrolli għandhom ikopru minn tal-inqas 25 % taż-żoni tal-produzzjoni kkonċernati.

Għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikolu 8, il-kontrolli għandhom ikopru 100 % taż-żoni tal-produzzjoni inkwistjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa ta' kontroll biex jiżguraw li l-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għat-tadam ikopru biss il-varjetajiet maħsuba għall-konsum frisk.

Artikolu 10

Applikazzjoni għall-assistenza finanzjarja u l-ħlas tagħha

1.  L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikoli 5 u 7 sal-31 ta' Lulju 2017.

2.  Sal-31 ta' Lulju 2017, il-produtturi li ma jkunux membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta u li ma ffirmawx kuntratt ma' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom japplikaw huma stess għand l-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikoli 6 u 8.

3.  L-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn li jiġġustifikaw l-ammont tal-assistenza finanzjarja kkonċernata u għandu jkun fihom garanzija bil-miktub li l-applikant ma rċeviex, u mhux se jirċievi darbtejn xi fondi jew kumpens nazzjonali jew mingħand l-Unjoni b'polza tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-assistenza finanzjarja mogħtija skont dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Notifiki

1.  Fl-ewwel jum ta' kull xahar sal-1 ta' Ottubru 2017, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott:

(a) il-kwantitajiet irtirati mis-suq għal distribuzzjoni b'xejn;

(b) il-kwantitajiet irtirati mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn;

(c) iż-żona ekwivalenti għall-ħsad bikri jew għan-nuqqas ta' ħsad;

(d) l-ispiża totali mġarrba għall-kwantitajiet u għaż-żoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c).

L-operazzjonijiet implimentati biss għandhom jiġu inklużi fin-notifiki.

Għal dawk in-notifiki, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness III.

2.  Meta ssir l-ewwel notifika, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti ta' appoġġ stabbiliti minnhom skont l-Artikolu 79(1) jew 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u skont l-Artikoli 5 sa 8 ta' dan ir-Regolament, billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 12

Ħlas tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

In-nefqa tal-Istati Membri fir-rigward ta' dawk il-ħlasijiet skont dan ir-Regolament għandha tkun eliġibbli biss għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni jekk tkun tħallset sat-30 ta' Settembru 2017.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2016 jew mill-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont liema minnhom jiġi l-aħħar.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Kwantitajiet massimi ta' prodotti allokati għal kull Stat Membru Kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)



(tunnellati)

 

Tuffieħ u lanġas

Għanbaqar, għeneb tal-mejda u frott tal-kiwi

Tadam, karotti, bżar ħelu, ħjar u gherkins

Larinġ, klementin, mandolin u lumi

Ħawħ u nuċiprisk

Il-Bulgarija

 

 

 

 

300

Il-Belġju

25 700

 

5 000

 

 

Il-Ġermanja

1 900

 

 

 

 

Il-Greċja

800

4 900

400

2 400

6 300

Spanja

2 300

1 500

6 900

16 600

11 500

Franza

3 600

 

1 000

 

100

Il-Kroazja

600

 

 

1 000

 

L-Italja

5 300

4 600

200

1 000

2 800

Ċipru

 

 

 

3 600

 

Il-Latvja

200

 

400

 

 

Il-Litwanja

 

 

900

 

 

L-Ungerija

 

100

 

 

 

In-Netherlands

6 900

 

6 800

 

 

L-Awstrija

600

 

 

 

 

Il-Polonja

88 900

500

9 400

 

600

Il-Portugall

1 100

 

 

 

 




ANNESS II

Ammonti massimi ta' appoġġ għal irtirar mis-suq Kif imsemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7



(f'EUR/100 kg)

Prodott

Appoġġ massimu

Distribuzzjoni b'xejn

Destinazzjonijiet oħra

Pastard

15,69

10,52

Tadam

27,45

18,30

Tuffieħ

16,98

13,22

Għeneb frisk tal-mejda

39,16

26,11

Nuċiprisk

26,90

26,90

Ħawħ

26,90

26,90

Lanġas

23,85

15,90

Larinġ

21,00

21,00

Mandolin

19,50

19,50

Klementin

22,16

19,50

Satsumas

19,50

19,50

Lumi

23,99

19,50

Karrotti

12,81

8,54

Kaboċċi

5,81

3,88

Bżar ħelu

44,40

30,00

Brokkoli bir-ras

15,69

10,52

Ħjar u gherkins

24,00

16,00

Faqqiegħ

43,99

29,33

Għanbaqar

34,00

20,40

Frott artab

12,76

8,50

Frott tal-kiwi

29,69

19,79

Kaki

21,02

14,01

Ċirasa

48,14

32,09




ANNESS III

Mudelli għan-notifiki kif imsemmi fl-Artikolu 11(1)

NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR MIS-SUQ — DISTRIBUZZJONI B'XEJN



Stat Membru: …

Perjodu kopert: …

Data: …



Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali

(t)

Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

Kwantitajie

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR)

irtirar missuq

trasport

tqassim u ppakkjar

TOTAL

irtirar missuq

trasport

tqassim u ppakkjar

TOTAL

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (b) + (c) + (d)

(f)

(g)

(h)

(i)

(j) = (g) + (h) + (i)

(k) = (a) + (f)

(l) = (e) + (j)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Karrotti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħjar u gherkins

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħawħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nuċiprisk

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli birras

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ċirasa

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kaki

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nota: Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.

NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR MIS-SUQ — DESTINAZZJONIJIET OĦRA



Stat Membru: …

Perjodu kopert: …

Data: …



Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali

(t)

Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (a) + (c)

(f) = (b) + (d)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

Karrotti

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

Ħjar u gherkins

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

Ħawħ

 

 

 

 

 

 

Nuċiprisk

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli birras

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

 

 

Ċirasa

 

 

 

 

 

 

Kaki

 

 

 

 

 

 

Total ta' Oħrajn

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

Nota: Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.

NOTIFIKA DWAR IN-NUQQAS TA' ĦSAD U L-ĦSAD BIKRI



Stat Membru: …

Perjodu kopert: …

Data: …



Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali

(t)

Total tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Żona

(ha)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

Żona

(ha)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni (EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)

(g) = (b) + (e)

(h) = (c) + (f)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

 

 

Karrotti

 

 

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħjar u gherkins

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħawħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Nuċiprisk

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk

 

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli birras

 

 

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

 

 

 

 

Ċirasa

 

 

 

 

 

 

 

 

Kaki

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

 

Nota: Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.




ANNESS IV

Mudelli li għandhom jintbagħtu mal-ewwel notifika kif imsemmi fl-Artikolu 11(2)

IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament



Stat Membru: …

Data: …



Prodott

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(f'EUR/100 kg)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(f'EUR/100 kg)

Tuffieħ

 

 

Lanġas

 

 

Tadam

 

 

Karrotti

 

 

Kaboċċi

 

 

Bżar ħelu

 

 

Pastard u brokkoli birras

 

 

Ħjar u gherkins

 

 

Faqqiegħ

 

 

Għanbaqar

 

 

Frott artab

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

Larinġ

 

 

Klementin

 

 

Mandolin

 

 

Lumi

 

 

Ħawħ

 

 

Nuċiprisk

 

 

Ċirasa

 

 

Kaki

 

 

NUQQAS TA' ĦSAD U ĦSAD BIKRI

Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament



Stat Membru: …

Data: …



Prodott

Fil-miftuħ

Serra

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/ha)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR/ha)

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/ha)

Assistenza finanzjarja tal-Unjoni

(EUR/ha)

Tuffieħ

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

Karrotti

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

Pastard u brokkoli birras

 

 

 

 

Ħjar u gherkins

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

Frott tal-kiwi

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

Ħawħ

 

 

 

 

Nuċiprisk

 

 

 

 

Ċirasa

 

 

 

 

Kaki

 

 

 

 

▼M1




ANNESS V

Kwantitajiet riallokati ta' prodotti allokati għal kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 2



Stati Membri

Kwantitajiet riallokati

(tunnellati)

Il-Polonja

7 720

Spanja

3 015

Il-Belġju

2 385

Il-Greċja

1 150

L-Italja

1 080

In-Netherlands

1 065

Franza

365

Ċipru

300

Il-Kroazja

300

Il-Portugall

300