IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 20.9.2019
COM(2019) 424 final
ANNESS
tal-
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini stabbilit bil-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini (WTO-GATT tal-1994), anness mal-att finali ffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994
It-titjib tat-Trasparenza fir-Regoli Mhux preferenzjali tal-Oriġini
_______________
ll-Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ,
Billi jixtiequ jiżguraw li r-regoli tal-oriġini nfushom ma joħolqux effetti li jirrestrinġu, ixekklu jew ifixklu l-kummerċ internazzjonali;
Billi jixtiequ jiżguraw li r-regoli tal-oriġini jitħejjew u jiġu applikati b’mod imparzjali, trasparenti, prevedibbli, konsistenti u newtrali;
Billi jirrikonoxxu li regoli tal-oriġini ċari u prevedibbli u l-applikazzjoni tagħhom jiffaċilitaw il-fluss tal-kummerċ internazzjonali;
Billi jirrikonoxxu li huwa mixtieq li tiġi pprovvduta t-trasparenza fil-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki fir-rigward tar-regoli tal-oriġini;
Billi jixtiequ li jikkomplementaw l-obbligi ta’ notifika tal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini;
Billi jaffermaw li t-titjib fit-trasparenza tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki fir-rigward tar-regoli tal-oriġini jikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-kostijiet ta’ konformità tal-operaturi ekonomiċi li jixtiequ jintegraw il-katini tal-valur globali, l-aktar l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju;
Jiddeċiedu, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, kif ġej:
1.Li huwa mixtieq li jinżamm u jiġi promoss livell għoli ta’ trasparenza u fehim reċiproku dwar ir-regoli tal-oriġini eżistenti u r-rekwiżiti dokumentarji relatati użati mill-Membri tad-WTO. Ir-regoli tal-oriġini huma mifhuma bħala dawk li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini.
2.Sabiex tiżdied it-trasparenza u jiġi promoss fehim aħjar tar-regoli tal-oriġini, il-Membri għandhom jinnotifikaw lis-Segretarjat tad-WTO, skont l-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni, ir-regoli tal-oriġini li jużaw fl-applikazzjoni tat-trattament tal-aktar nazzjon iffavorit skont l-Artikoli I, II, III, XI u XIII tal-GATT tal-1994.
3.Il-Membri huma mħeġġa jimlew il-mudell ta’ notifika fl-Anness 1 meta jinnotifikaw lis-Segretarjat tad-WTO dwar kwalunkwe regola oħra tal-oriġini li jużaw għall-applikazzjoni ta’ strumenti oħra ta’ politika kummerċjali mhux preferenzjali kif previst fl-Artikolu 1.2 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini.
4.Barra minn hekk, il-Membri għandhom jiddeskrivu, skont l-Anness 2, il-prattiki tagħhom fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini u provi tal-oriġini dokumentarji obbligatorji oħra għal finijiet mhux preferenzjali li jkunu ġew innotifikati skont l-Anness 1. Il-Membri li jirrapportaw li ma jimplimentawx ir-regoli tal-oriġini skont l-Anness 1 għandhom, madankollu, jimlew l-Anness 2.
5.In-notifiki skont il-paragrafi 2 u 4 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppreżentati sa mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
6.L-informazzjoni nnotifikata skont din id-Deċiżjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku mis-Segretarjat tad-WTO.
7.Kull Membru għandu, skont ir-riżorsi disponibbli tiegħu, jistabbilixxi jew iżomm punt ta' informazzjoni wieħed jew aktar sabiex iwieġeb għall-mistoqsijiet iġġustifikati tal-gvernijiet, tan-negozjanti u ta’ partijiet interessati oħra dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-regoli tal-oriġini u rekwiżiti dokumentarji relatati kif ukoll biex jipprovdu l-formoli u d-dokumenti meħtieġa. Il-Membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta' kuntatt tal-punti ta' informazzjoni rispettivi tagħhom lis-Segretarjat tad-WTO skont l-Anness 1. Il-membri tal-pajjiżi l-anqas żviluppati għandu jkollhom sentejn biex jikkomunikaw din l-informazzjoni lis-Segretarjat tad-WTO.
8.Il-Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu referenzi legali, siti web, dokumenti ta' spjegazzjoni, jew kwalunkwe dokument ieħor, f’lingwa uffiċjali tad-WTO.
9.Il-Membri li jintroduċu bidliet sostantivi fir-regoli tal-oriġini tagħhom u rekwiżiti dokumentarji relatati li jkunu ġew innotifikati skont din id-Deċiżjoni, għandhom jinnotifikaw minnufih tali bidliet lis-Segretarjat tad-WTO skont din id-Deċiżjoni.
10.Il-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini (CRO) għandu jeżamina r-regoli tal-oriġini eżistenti u r-rekwiżiti dokumentarji relatati abbażi tal-informazzjoni nnotifikata skont din id-Deċiżjoni, bil-għan li jiġu identifikati prattiki li jiffaċilitaw il-kummerċ u li tiġi promossa d-diffużjoni internazzjonali tagħhom.
11.L-għajnuna mis-Segretarjat tad-WTO għandha tingħata fuq talba biex tgħin lill-Membri tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk li huma l-anqas żviluppati jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni.
12.Xejn f’din id-Deċiżjoni ma għandu jiġi interpretat li jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Membri li jinsabu fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini jew fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni tal-Kummerċ.
13.Din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari l-paragrafi 2 u 3, għandha tiġi riveduta tliet snin wara l-adozzjoni tagħha, u wara dan kull meta jkun meħtieġ, bil-għan li tittejjeb aktar it-trasparenza dwar regoli mhux preferenzjali tal-oriġini kif xieraq.
ANNESS 1
MUDELL TA’ NOTIFIKA GĦAL REGOLI MHUX PREFERENZJALI TAL-ORIĠINI
L-Anness 1 jista’ jiġi dduplikat kemm-il darba l-membri jqisu li dan ikun meħtieġ
I.
INFORMAZZJONI BAŻIKA
|
1)
|
Membru notifikatur
|
|
|
2)
|
Punt ta' informazzjoni
(Jekk possibbli, ipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin: Isem, tel., posta elettronika, sit web)
|
|
|
3)
|
Hemm Regoli Mhux Preferenzjali tal-Oriġini fis-seħħ?
|
□
|
Iva
|
□
|
Le*
|
|
|
|
* Jekk it-tweġiba tiegħek hija "Le", mhuwiex meħtieġ li jimtlew il-mistoqsijiet sussegwenti ta’ dan l-Anness
|
|
4)
|
Jekk jogħġbok indika liema strumenti tal-politika kummerċjali jużaw dawn ir-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini (irreferi għall-Artikolu 1.2 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini).
|
|
|
5)
|
Data tad-dħul fis-seħħ jew kwalunkwe modifika sostantiva tiegħu:
|
|
|
6)
|
Data tal-iskadenza, jekk applikabbli:
|
|
|
7)
|
Awtoritajiet governattivi jew mhux governattivi inkarigati mill-amministrazzjoni:
|
|
|
8)
|
Link tal-Internet għal-leġiżlazzjoni u kull dokument ieħor ta’ spjegazzjoni, jekk applikabbli:
|
|
|
9)
|
Kummenti, jekk applikabbli
|
|
II.
APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI MHUX PREFERENZJALI TAL-ORIĠINI
|
10)
|
Japplikaw regoli mhux preferenzjali tal-oriġini għall-importazzjonijiet
|
□
|
Iva
|
□
|
Le
|
|
11)
|
Japplikaw regoli mhux preferenzjali tal-oriġini għall-esportazzjonijiet
|
□
|
Iva
|
□
|
Le
|
|
12)
|
Regola de minimis għall-applikazzjoni ta’ regoli mhux preferenzjali tal-oriġini
|
□
|
Iva
|
□
|
Le
|
|
|
Jekk Iva, jekk jogħġbok speċifika l-limitu de minimis u pprovdi r-referenzi legali rilevanti applikabbli għall-mistoqsijiet 10 sa 12.
|
|
III.
KRITERJI BIEX TIĠI DDETERMINATA T-TRASFORMAZZJONI SOSTANZJALI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-ORIĠINI TAL-OĠĠETT
|
13)
|
Kriterji ġenerali, jekk applikabbli għall-prodotti kollha:
|
|
|
14)
|
Regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott fejn applikabbli:
|
|
|
15)
|
Definizzjoni ta’ materjal mhux oriġinarju u ta’ materjal oriġinarju, jekk applikabbli:
|
|
|
16)
|
Lista ta’ operazzjonijiet minimi li ma jagħtux l-oriġini, jekk applikabbli:
|
|
|
17)
|
Regoli residwi, jekk applikabbli:
|
|
|
18)
|
Kull informazzjoni oħra li l-membru jqis li hija meħtieġa (ipprovdi link tal-Internet, jekk xieraq)
|
|
IV.
DEĊIŻJONIJIET BIL-QUDDIEM
|
Jinħarġu deċiżjonijiet bil-quddiem dwar l-oriġini ta’ oġġett?
|
|
|
Awtorità inkarigata mill-ħruġ ta’ deċiżjonijiet bil-quddiem (dwar l-oriġini)
|
|
|
Struzzjonijiet dwar l-applikazzjoni għal deċiżjoni bil-quddiem
|
|
|
Link tal-Internet għal-leġiżlazzjoni u kwalunkwe referenza legali oħra rilevanti:
|
|
ANNESS 2
MUDELL TA’ NOTIFIKA GĦAL REKWIŻITI DOKUMENTARJI RELATATI MA’
REGOLI MHUX PREFERENZJALI TAL-ORIĠINI
|
1)
|
Rekwiżiti obbligatorji għaċ-ċertifikat u/jew kwalunkwe prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra għall-importazzjonijiet?
|
□
|
Iva
|
□
|
Le**
|
|
2)
|
Rekwiżiti obbligatorji għaċ-ċertifikat u/jew kwalunkwe prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra għall-esportazzjonijiet?
|
□
|
Iva
|
□
|
Le**
|
|
|
|
|
|
3)
|
Hemm format standardizzat jew preskritt u/jew kontenut taċ-Ċertifikat u/jew kwalunkwe prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra?
Jekk Iva, jekk jogħġbok ehmeż kopja jew ipprovdi d-dettalji rilevanti fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness
|
Iva
Le
** Jekk it-tweġibiet għall-mistoqsijiet 1 u 2 huma “Le”, mhuwiex meħtieġ li jimtlew il-mistoqsijiet sussegwenti ta’ dan l-Anness
|
|
4)
|
Jekk jintalab biss f’ċirkostanzi speċifiċi, jekk jogħġbok iddeskrivi l-każijiet li għalihom jintalab ċertifikat (jew provi tal-oriġini dokumentarji obbligatorji oħra) u l-format rispettiv (il-forma preskritta jew oħrajn).
|
|
|
5)
|
Jekk ir-rekwiżiti obbligatorji għaċ-ċertifikat u/jew kwalunkwe prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra huma limitati għal ċerti prodotti, jekk jogħġbok speċifika għal liema Kapitoli tas-SA u l-format rispettiv (fil-forma preskritta jew oħrajn).
|
|
|
6)
|
Eżenzjonijiet għar-rekwiżiti obbligatorji ta’ preżentazzjoni ta’ ċertifikat u/jew ta’ kwalunkwe prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra (eż. kunsinni b’valur baxx, kunsinni postali, …)
|
|
|
7)
|
Awtoritajiet governattivi jew mhux governattivi maħtura għall-ħruġ ta’ ċertifikat u/jew kwalunkwe prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra, jekk applikabbli
|
|
|
8)
|
Jekk jogħġbok ipprovdi r-referenzi legali rilevanti applikabbli għall-Mistoqsijiet 1 sa 7
|
|
ANNESS 2 – APPENDIĊI
Jekk jogħġbok ehmeż il-formola preskritta u/jew il-link tal-Internet mal-formola preskritta taċ-Ċertifikat tal-oriġini (jew prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra), jekk applikabbli
__________