|
21.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1415
tal-20 ta' Awwissu 2015
dwar l-awtorizzazzjoni tal-astaksantin bħala addittiv tal-għalf għall-ħut, il-krustaċji u l-ħut ornamentali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprovdi għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
L-astaksantin kienet ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien b'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għas-salamun, it-troti u l-ħut ornamentali. Imbagħad dan il-prodott iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, b'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, u flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu żewġ applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-astaksantin u tal-preparazzjonijiet tagħha għas-salmun, it-troti u l-ħut ornamentali, u b'konformità mal-Artikolu 7 tal-imsemmi Regolament, għal użu ġdid għall-krustaċji u għall-ħut l-ieħor li mhuwiex salamun u troti. L-applikant talab li dan l-addittiv jitniżżel fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-20 ta' Mejju 2014 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li bil-kundizzjonijiet proposti għall-użu fl-għalf, l-astaksantin ma tħallix effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-astaksantin hija effikaċi għal-lewn tal-laħam tal-ħut, tal-epidermide tal-krustaċji u tal-qoxra tal-ħut ornamentali. Filwaqt li kkonkludiet ukoll li ma għandux ikun hemm tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. L-Awtorità jidhrilha li ma hemmx bżonn rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf, li ressaq il-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-astaksantin turi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta' din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Għandhom jiġu stabbiliti l-kontenuti massimi għall-astaksantin. |
|
(6) |
Billi għal raġunijiet ta' sikurezza ma hemmx bżonn li jiġu applikati minnufih il-modifiki fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li ġġib magħha l-awtorizzazzjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “koloranti”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
1. Is-sustanza speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dik is-sustanza, li jiġu prodotti u tikkettati qabel l-10 ta' Marzu 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel l-10 ta' Settembru 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness u li jiġu prodotti u tikkettati qabel l-10 ta' Settembru 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel l-10 ta' Settembru 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-ħut.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness u li jiġu prodotti u tikkettati qabel l-10 ta' Settembru 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel l-10 ta' Settembru 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-ħut ornamentali.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2014; 12(6):3724 u EFSA Journal 2014; 12(6):3725.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
mg/kg ta' sustanza attiva ta' għalf sħiħ bi 12 % kontenut umdu |
|||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta' addittivi sensorji. Grupp funzjonali: a. koloranti (ii) sustanzi li meta jingħalfu lill-annimali jżidu l-lewn tal-ikel li jkun ġej mill-annimali |
|||||||||||||||||||||||||
|
2a161j |
— |
L-astaksantin |
Kompożizzjoni tal-addittiv L-astaksantin Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg Diklorometan ≤ 600 mg/kg Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-astaksantin C40H52O4 Nru CAS: 7542-45-2 L-astaksantin, f'forma solida, prodotta permezz ta' sinteżi kimika Kriterji tal-purità:
Metodu tal-Analiżi (1)
|
Il-ħut |
— |
— |
100 |
|
l-10 ta' Settembru 2025 |
||||||||||||||||
|
Il-krustaċji |
— |
— |
100 |
||||||||||||||||||||||
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
mg/kg ta' sustanza attiva ta' għalf sħiħ bi 12 % kontenut umdu |
|||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta' addittivi sensorji. Grupp funzjonali: a. koloranti (iii) sustanzi li jaffettwaw tajjeb il-lewn tal-ħut ornamentali jew tal-għasafar |
|||||||||||||||||||||||||
|
2a161j |
— |
L-astaksantin |
Kompożizzjoni tal-addittiv L-astaksantin Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg Diklorometan ≤ 600 mg/kg Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-astaksantin C40H52O4 Nru CAS: 7542-45-2 L-astaksantin, f'forma solida, prodotta permezz ta' sinteżi kimika Kriterji tal-purezza:
Metodu tal-Analiżi (2)
|
Il-ħut ornamentali |
— |
— |
100 |
|
l-10 ta' Settembru 2025 |
||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi tal-analiżi jinsabu fis-sit web tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi tal-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Id-dettalji dwar il-metodi tal-analiżi jinsabu fis-sit web tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi tal-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports