European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3947

21.7.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12496 – NASPERS / EMAG)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/3947)

1.   

Fl-14 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Naspers Limited (“Naspers”, l-Afrika t’Isfel), il-kumpanija omm ta’ Prosus N.V. (“Prosus”, in-Netherlands) u s-sussidjarja tagħha li hija proprjetà indiretta tagħha MIH B2C Holdings B.V. (“MIH”, in-Netherlands),

—

Dante International S.A. (“eMAG”, ir-Rumanija), attwalment ikkontrollata mis-Sur Iulian Gabriel Stanciu (is-“Sur Stanciu”, ir-Rumanija) u Naspers, permezz ta’ Prosus u MIH.

Naspers, permezz ta’ Prosus u MIH, se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ eMAG kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Naspers hija grupp globali tal-internet għall-konsumaturi u kumpanija azzjonarja multinazzjonali. Is-sussidjarja tagħha, Prosus, hija grupp tal-internet tal-konsumaturi u investitur fit-teknoloġija, li l-kumpaniji fil-portafoll tagħha huma attivi fis-servizzi tal-konsenja tal-ikel, fil-kummerċ elettroniku, fit-teknoloġija finanzjarja, fir-reklami klassifikati u fit-teknoloġija edukattiva madwar iż-ŻEE u madwar id-dinja,

—

eMAG hija bejjiegħ bl-imnut u taġixxi wkoll ta’ intermedjarju fil-bejgħ ta’ prodotti elettroniċi, kożmetiċi, prodotti għall-ħwienet tal-annimali tad-dar, u prodotti oħra fir-Rumanija u b’operazzjonijiet oħra fil-Bulgarija u fl-Ungerija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12496 — NASPERS / EMAG

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3947/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)