|
24.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/17 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.10453 — Blackstone/Francisco/Dynamo)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 387/04)
1.
Fil-15 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Blackstone, Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerka) |
|
— |
Francisco Partners Management, L.P. (“Francisco Partners”, l-Istati Uniti tal-Amerka) |
|
— |
Dynamo Software Group (“Dynamo”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Blackstone u Francisco Partners jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Dynamo.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Blackstone: l-immaniġġjar ta’ assi f’firxa wiesgħa ta’ klassijiet ta’ assi inklużi l-ekwità privata, il-proprjetà immobbli, id-dejn pubbliku, l-ekwità, l-ekwità tat-tkabbir, il-kreditu opportunistiku ta’ kategorija spekulattiva, l-assi reali u l-fondi sekondarji, |
|
— |
għal Francisco Partners: investimenti ta’ ekwità privata ffukati esklussivament fuq negozji teknoloġiċi u negozji abilitati mit-teknoloġija, |
|
— |
għal Dynamo: software għal kumpaniji tal-immaniġġjar alternattiv tal-assi u l-forniment ta’ soluzzjoni bbażata fuq il-cloud li tgħin lill-investituri u lill-kumpaniji tal-immaniġġjar alternattiv tal-assi biex ikollhom relazzjonijiet tal-investituri permezz ta’ sottomissjonijiet ta’ dokumenti ta’ konformità, ta’ mmappjar ta’ partijiet interessati u ta’ rendikonti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10453 — Blackstone/Francisco/Dynamo
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Fax +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).