|
6.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 32/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Jannar 2008
li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi ta’ l-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi tal-bovini u mill-bruċellosi tal-bovini u li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huwa uffiċjalment ħielsa mill-lewkosi enżootika tal-bovini
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 324)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/97/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-komunitarju fl-annimali bovini u l-majjali (1), u b’mod partikolari l-Anness A (I) (4), l-Anness A (II) (7) u l-Anness D (I) (E) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-komunitarju ta’ annimali ovini u kaprini (2), u b'mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu I ta’ l-Anness A tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992 li tirreġistra l-konformità minn ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-ħtiġijiet relatati mal-bruċellosi (B. melitensis) u li takkordalhom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun li huwa uffiċjalment ħieles mill-marda (3), telenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) skond id-Direttiva 91/68/KEE. |
|
(2) |
L-Italja bagħtet lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima II(1)(b) tal-Kapitolu 1 ta’ l-Anness A tad-Direttiva 91/68/KEE fir-rigward tal-provinċji ta’ Latina u Ruma fir-Reġjun tal-Lazio u r-Reġjun tal-Veneto. Dawn il-provinċji u dan ir-reġjun għandhom għalhekk ikunu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis). |
|
(3) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li l-Istati Membri jew partijiet jew reġjuni tagħhom jistgħu jiġu ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi, mill-bruċellosi u mill-lewkosi bovina enżootika fir-rigward ta’ merħliet bovini sakemm ikun hemm konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. |
|
(4) |
Il-listi tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri ddikjarati bħala ħielsa mit-tuberkolosi tal-bovini, il-bruċellosi tal-bovini u l-lewkosi enzootika bovina huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi status uffiċjalment ħieles mit-tuberkolosi, il-bruċellosi, u l-lewkosi enżootika ta’ ċerti Stati Membri u reġjuni ta’ Stati Membri fir-rigward ta’ mrieħel bovini (4). |
|
(5) |
L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċja ta’ Verċelli fir-Reġjun tal-Piemonte u l-provinċji ta’ Pisa u Pistoia fir-Reġjun tat-Toscana sabiex dawn il-provinċji jkunu jistgħu jitħabbru reġjuni ta’ l-Italja uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi. |
|
(6) |
L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċja ta’ Brindisi fir-Reġjun tal-Puglia u r-Reġjun tat-Toscana sabiex din il-provinċja u dan ir-reġjun ikunu jistgħu jitħabbru reġjuni ta’ l-Italja uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi. |
|
(7) |
Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mibgħuta mill-Italja, il-provinċji u r-reġjun ikkonċernati għandhom għalhekk jitħabbru reġjuni ta’ l-Italja uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi u l-bruċellosi rispettivament fir-rigward ta’ annimali bovini. |
|
(8) |
Il-Polonja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni fejn uriet il-konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward li ċerti powiaty jistgħu jiġu kkunsidrati bħala reġjuni tal-Polonja uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi enżootika bovina. |
|
(9) |
Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mill-Polonja, dawn il-powiaty fil-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni li huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi enżootika bovina ta’ dan l-Istat Membru. |
|
(10) |
Id-Deċiżjonijiet 93/52/KEE u 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat skond l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Annessi I, II, u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skond l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Jannar 2008.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26)
(2) ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(3) ĠU L 13, tat-21.1.1993, p. 14. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/399/KE (ĠU L 150, 12.6.2007, p. 11).
(4) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/559/KE (ĠU L 212, 14.8.2007, p. 20).
ANNESS I
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, it-tieni paragrafu li jirrigwarda l-Italja huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Fl-Italja:
|
— |
Ir-Reġjun ta’ l-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara. |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia. |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Lazio: Il-Provinċji ta’ Latina, Ruma |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Liguria: Il-Provinċja ta’ Savona |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese. |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċji ta’ Ancona, Ascoli Piceno, Macerata, Pesaro, Urbino. |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Molise: Il-Provinċja ta’ Isernia. |
|
— |
Reġjun tal-Piemonte: Il-Provinċji ta’ Alessandria, Asti, Biella, Cuneo, Novara, Torino, Verbania, Vercelli. |
|
— |
Ir-Reġjun ta’ Sardinia: Il-Provinċji ta’ Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari. |
|
— |
Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Aldige: Il-Provinċji ta’ Bolzano, Trento. |
|
— |
Ir-Reġjun tat-Toscana: Il-Provinċji ta’ Arezzo, Firenze, Grossetto, Livorno, Lucca, Massa-Carrara, Pisa, Pistoia, Prato, Siena |
|
— |
Ir-Reġjun ta’ l-Umbria: Il-Provinċji ta’ Perugia, Terni. |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Veneto” |
ANNESS II
L-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, il-Kapitolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “KAPITOLU 2 Reġjuni ta’ l-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi Fl-Italja:
|
|
(2) |
Fl-Anness II, il-Kapitolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “KAPITOLU 2 Ir-reġjuni ta’ l-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi Fl-Italja:
|
|
(3) |
Fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness III, it-tieni paragrafu li jikkonċerna l-Polonja jinbidel b'dan li ġej: “Fil-Polonja:
|