12006M021

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu V - Disposizzjonijiet dwar politika barranija u ta' sigurtà komuni - Artikolu 21

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0019 - 0019
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0017 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0160 - Consolidated version
Official Journal C 191 , 29/07/1992 P. 0060


Artikolu 21

Il-Presidenza għandha tikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet fondamentali tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni u għandha tiżgura illi l-veduti tal-Parlament Ewropew jittieħdu in kunsiderazzjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat regolarment mill-Presidenza u mill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tal-politika barranija u ta' sigurtà ta' l-Unjoni.

Il-Parlament Ewropew jista' jagħmel mistoqsijiet lill-Kunsill jew jagħmillu rakkommandazzjonijiet. Għandu jkollu dibattitu annwali dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta' siġurtà komuni.

--------------------------------------------------