|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5878 |
27.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11718 – ADRILL / ADH / TUBACEX / NTS MIDDLE EAST)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5878)
1.
Fit-18 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ADNOC Drilling Company P.J.S.C. (“ADRILL”, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Alpha Dhabi Holding (“ADH”, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Tubacex S.A. (“Tubacex”, Spanja), u |
|
— |
NTS Middle East FZCO (“NTS Middle East”, l-Emirati Għarab Magħquda), ikkontrollata b’mod konġunt minn ADH u Tubacex. |
ADRIL, ADH u Tubacex se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ NTS Middle East.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
ADRILL hija attiva f’attivitajiet ta’ tħaffir fuq l-art u lil hinn mill-kosta, u l-forniment ta’ servizzi anċillari relatati mat-tħaffir, |
|
— |
ADH hija kumpanija tal-investiment iffukata fost l-oħrajn fuq assi relatati mal-kapital klimatiku, il-proprjetà immobbli, il-kura tas-saħħa, il-kostruzzjoni, l-ospitalità, u l-enerġija, |
|
— |
Tubacex hija attiva fil-manifattura ta’ prodotti b’azzar inossidabbli avvanzat u ligi speċjali għas-setturi tal-enerġija u tal-mobbiltà. |
3.
NTS Middle East hija attiva fil-forniment ta’ servizzi speċjalizzati ta’ xogħol bil-magni lis-settur taż-żejt u l-gass (inklużi servizzi ta’ manifattura ta’ preċiżjoni, tiswija u kiri ta’ għodda).
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11718 – ADRILL / ADH / TUBACEX / NTS MIDDLE EAST
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5878/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)