Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiż sabiex B. Gal-Or jiġi kkundannat jirrimborsa s-somma ta’ EUR 205 611, li l-Kummissjoni ħallsitlu fil-kuntest tal-kuntratt IN/0042/97, flimkien mal-interessi moratorji, kif ukoll l-interessi moratorji fuq is-somma ta’ EUR 9 231.25, li tirrappreżenta l-ispejjeż ta’ proċedura mibdija minn B. Gal-Or kontra l-Kummissjoni quddiem il-qrati Olandiżi.
Dispożittiv
1) Benjamin Gal-Or huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali dovuta ta’ EUR 205 611, flimkien mal-interessi bir-rata ta’:
– 2.75 % mit-2 ta’ Marzu 2003;
– 2.50 % mis-7 ta’ Marzu 2003;
– 2.00 % mis-6 ta’ Ġunju 2003;
– 2.25 % mis-6 ta’ Diċembru 2005;
– 2.50 % mit-8 ta’ Marzu 2006;
– 2.75 % mill-15 ta’ Ġunju 2006;
– 3.00 % mid-9 ta’ Awwissu 2006;
– 3.25 % mill-11 ta’ Ottubru 2006;
– 3.50 % mit-13 ta’ Diċembru 2006;
– 3.75 % mill-14 ta’ Marzu 2007;
– 4.00 % mit-13 ta’ Ġunju 2007;
– 4.25 % md- 9 ta’ Lulju 2008;
– 3.75 % mill-15 ta’ Ottubru 2008;
– 3.25 % mit-12 ta’ Novembru 2008;
– 2.50 % mill-10 ta’ Diċembru 2008;
– 2.00 % mill-21 ta’ Jannar 2009;
– 1.50 % mill-11 ta’ Marzu 2009;
– 1.25 % mit-8 ta’ April 2009;
– 1.00 % mit-13 ta’ Mejju 2009.
2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3) B. Gal-Or huwa kkundannat għall-ispejjeż.