<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑210/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015TJ0210</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:224">EU:T:2017:224</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20170328">28.3.2017</DATE> – KAWŻA T-210/15</P><P>DEUTSCHE TELEKOM vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE><NOTE TYPE="ENDNOTE" NUMBERING="roman" NOTE.ID="E0002"><P>Fil-punti 67 u 114 ta’ dan it-test saret modifika ta’ natura lingwistika, wara li li kien tqiegħed online għal-ewwel darba.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Aċċess għal dokumenti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terza persuna</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika</KEYWORD><KEYWORD>Interess pubbliku superjuri</KEYWORD><KEYWORD>Konsultazzjoni tat-terzi</KEYWORD><KEYWORD>Trasparenza</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ tweġiba għal applikazzjoni konfermatorja fit-termini</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-210/15,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Deutsche Telekom AG</HT>, stabbilita f’Bonn (il-Ġermanja), irrappreżentata minn A. Rosenfeld u O. Corzilius, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn J. Vondung u A. Buchet, sussegwentement minn F. Erlbacher, P. Van Nuffel u A. Dawes, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-<DATE ISO="20150217">17 ta’ Frar 2015</DATE> li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċedura għal abbuż minn pożizzjoni dominanti bir-referenza COMP/AT.40089 – Deutsche Telekom,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn S. Frimodt Nielsen, President, A. M. Collins u V. Valančius (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Bukšek Tomac, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130625">25 ta’ Ġunju 2013</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea ordnat li ssir spezzjoni fil-bini tar-rikorrenti, Deutsche Telekom AG, konformement mal-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont il-kliem ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kellha informazzjoni li r-rikorrenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>[setgħet] kellha pożizzjoni dominanti fuq suq jew numru ta’ swieq rilevanti għal dak li [kien] jirrigwarda l-provvista ta’ servizzi ta’ konnessjoni għall-internet<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>[setgħet] implementat prattiki li [kienu] jillimitaw u/jew jiddegradaw il-kwalità tas-servizzi ta’ konnessjoni għall-internet fiż-ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> bil-konsegwenza li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>fornituri indipendenti ta’ kontenut u/jew ta’ applikazzjonijiet fuq l-internet kienu jinsabu f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ kompetittiv<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Mid-9 sal-<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-Kummissjoni pproċediet bil-perkwiżizzjonijiet fil-bini tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz ta’ stqarrija għall-istampa tat-<DATE ISO="20141003">3 ta’ Ottubru 2014</DATE>, il-Kummissjoni kkomunikat id-deċiżjoni tagħha li ttemm l-investigazzjoni tagħha dwar il-prattiki ta’ ċerti operaturi Ewropej ta’ telekomunikazzjonijiet fis-swieq tas-servizzi ta’ konnessjoni għall-internet u indikat li kienet ser tkompli tissorvelja s-settur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20141007">7 ta’ Ottubru 2014</DATE>, ir-rikorrenti ressqet talba ta’ aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl tal-Kummissjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20141014">14 ta’ Ottubru 2014</DATE> u permezz ta’ posta elettronika tat-<DATE ISO="20141023">23 ta’ Ottubru 2014</DATE> indirizzati lill-Kummissjoni, ir-rikorrenti ppreċiżat li t-talba ta’ aċċess kienet tirrigwarda d-dokumenti kollha li jinsabu fil-fajl tal-proċedura ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti bir-referenza COMP/AT.40089 – Deutsche Telekom. Barra minn hekk, fl-imsemmija posta elettronika, ir-rikorrenti ppreċiżat li t-talba tagħha setgħet tiġi analizzata bħala talba ta’ aċċess għal dokumenti bbażata fuq ir-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba inizjali tar-rikorrenti. F’dan ir-rigward hija għamlet distinzjoni bejn żewġ kategoriji ta’ dokumenti: minn naħa, id-dokumenti interni tal-Kummissjoni, li għalihom hija rrifjutat l-aċċess fuq il-bażi tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali, u tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-istess regolament, dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika speċifika, u, min-naħa l-oħra, id-dokumenti skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet interessati, li għalihom hija rrifjutat l-aċċess fuq il-bażi tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat applikazzjoni konfermatorja fis-sens tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20141217">17 ta’ Diċembru 2014</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li hija kellha bżonn ta’ proroga tat-terminu ta’ tweġiba sad-<DATE ISO="20150119">19 ta’ Jannar 2015</DATE>. Fid-<DATE ISO="20150119">19 ta’ Jannar 2015</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li hija ma kinitx f’pożizzjoni li tiddeċiedi dwar it-talba fit-termini ddikjarati u li kienet ser tirċievi risposta mill-iktar fis possibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150217">17 ta’ Frar 2015</DATE> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>id-deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), il-Kummissjoni ċaħdet l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti, iżda, insostenn ta’ din id-deċiżjoni, hija madankollu invokat bażi legali differenti minn dik li hija kienet invokat fit-tweġiba tagħha għat-talba inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Qabel kollox, fir-rigward tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali, il-Kummissjoni indikat li din ma kinitx iktar rilevanti, ġaladarba hija kienet ħadet deċiżjoni finali fit-<DATE ISO="20141003">3 ta’ Ottubru 2014</DATE> fil-proċedura dwar abbuż minn pożizzjoni dominanti COMP/AT.40089.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni, essenzjalment, invokat l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali u, fuq din il-bażi, hija rrifjutat li tagħti aċċess, minn naħa, għad-dokumenti interni tagħha u, min-naħa l-oħra, għad-dokumenti skambjati mat-terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Kif ammettew il-partijiet waqt is-seduta, din id-distinzjoni bejn dokumenti interni u dokumenti skambjati mat-terzi, minkejja li ma ffaċilitatx l-ipproċessar tal-kawża mill-Qorti Ġenerali, hija madankollu mingħajr effett f’dan il-każ, ġaladarba huwa paċifiku li l-Kummissjoni applikat il-preżunzjoni għad-dokumenti kollha tal-fajl tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, u fuq il-bażi tal-istess preżunzjoni ġenerali, il-Kummissjoni invokat l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni prevista mit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 għad-dokumenti kollha msemmija fit-talba, madankollu din id-darba mingħajr ma tagħmel distinzjoni bejn id-dokumenti interni tagħha u d-dokumenti skambjati mat-terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija sostniet li, b’analoġija mal-ġurisprudenza fil-qasam tal-akkordji, kienet teżisti preżunzjoni ġenerali li skontha l-iżvelar ta’ tali dokumenti, bħala regola, ikun jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni u li konsegwentement hija kellha d-dritt li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv stabbilit fir-rigward tal-abbuż minn pożizzjoni dominanti mingħajr ma wettqet eżami individwali ta’ kull wieħed mid-dokumenti miġbura fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Finalment, hija qieset li ebda wieħed mill-argumenti mressqa mir-rikorrenti ma kien jistabbilixxi l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti u, konsegwentement, hija ċaħdet l-applikazzjoni konfermatorja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20150424">24 ta’ April 2015</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, seba’ motivi bbażati, l-ewwel wieħed, fuq il-ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, it-tieni wieħed, fuq il-ksur tal-ewwel u tat-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, it-tielet wieħed, fuq il-ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, ir-raba’ wieħed, fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-ħames wieħed, fuq il-ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, is-sitt wieħed, fuq il-ksur tal-Artikolu 41(2)(b) u tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq l-obbligu ta’ trasparenza previst fl-Artikolu 15(3) TFUE u, is-seba’ wieħed, fuq il-ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi evalwat jekk hemmx lok li tiġi rrikonoxxuta l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali fir-rigward ta’ talba ta’ aċċess relatata mad-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv dwar abbuż minn pożizzjoni dominanti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali fir-rigward ta’ talba ta’ aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv dwar abbuż minn pożizzjoni dominanti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15(3) TFUE u l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru għandhom dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni, bla ħsara għall-prinċipji u għall-kundizzjonijiet stabbiliti konformement mal-Artikolu 15(3) TFUE. B’mod partikolari, skont it-tieni subparagrafu ta’ dan l-artikolu, l-imsemmija prinċipji u kundizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ regolamenti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jiddeċiedu konformement mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fuq din il-bażi, ir-Regolament Nru 1049/2001 huwa intiż li jagħti lill-pubbliku dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jkun l-usa’ possibbli, filwaqt li dan id-dritt ikun suġġett, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mis-sensiela ta’ eċċezzjonijiet prevista mill-Artikolu 4 tiegħu, għal ċerti limiti bbażati fuq raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’mod partikolari, mill-ewwel u mit-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 jirriżulta li l-istituzzjonijiet jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ fejn l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika speċifika, kif ukoll il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, investigazzjoni u verifika, bil-kundizzjoni li interess pubbliku superjuri jiġġustifika tali żvelar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Din is-sensiela ta’ eċċezzjonijiet hija bbażata fuq l-ibbilanċjar tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk li huma ffavorizzati mill-iżvelar tad-dokument jew tad-dokumenti mitluba u dawk li dan l-iżvelar jhedded (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il-Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Peress li l-eċċezzjonijiet previsti mir-Regolament Nru 1049/2001 jidderogaw mill-prinċipju tal-usa’ aċċess possibbli tal-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, huma għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod restrittiv (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill vs in ’t Veld</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2039">EU:C:2014:2039</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex jiġi ġġustifikat ir-rifjut ta’ aċċess għal dokument li l-iżvelar tiegħu huwa mitlub, bħala prinċipju ma huwiex suffiċjenti li d-dokument mitlub jaqa’ taħt attività msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Ulterjorment, bħala regola, hija l-istituzzjoni destinatarja tat-talba li għandha tipprovdi spjegazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjoni dwar kif l-aċċess għal dan id-dokument jista’ konkretament u effettivament jippreġudika l-interess protett mill-eċċezzjoni jew mill-eċċezzjonijiet li hija tinvoka (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/05 P u C‑52/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:374">EU:C:2008:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, ir-riskju ta’ tali preġudizzju għandu jkun raġjonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/05 P u C‑52/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:374">EU:C:2008:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, huwa possibbli li l-istituzzjoni kkonċernata tibbaża lilha nnifisha fuq preżunzjonijiet ġenerali li japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti, peress li kunsiderazzjonijiet simili jistgħu japplikaw għal talbiet li jirrigwardaw dokumenti tal-istess natura (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’hekk, fil-każ ta’ talba intiża għal numru ta’ dokumenti ta’ natura speċifika, huwa konċepibbli li l-istituzzjoni kkonċernata tibbaża lilha nnifisha fuq preżunzjoni ġenerali li, bħala regola, l-iżvelar tagħhom ikun jippreġudika l-protezzjoni ta’ interess jew ieħor minn dawk elenkati mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, mezz li jippermettilha li titratta talba globali b’mod korrispondenti (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fil-każ ta’ talba intiża għal numru ta’ dokumenti li jinsabu fil-fajl ta’ proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-qorti tal-Unjoni qieset, qabel kollox, li l-Kummissjoni kellha d-dritt li tassumi, mingħajr ma twettaq eżami individwali u konkret ta’ kull wieħed minn dawn id-dokumenti, li l-iżvelar tagħhom, bħala regola, jippreġudika kemm il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni u ta’ investigazzjoni kif ukoll il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi partijiet fil-proċedura, li huma strettament marbuta f’tali kuntest (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150707">7 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Axa Versicherung vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑677/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:473">EU:T:2015:473</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi kkunsidrat li din il-ġurisprudenza, żviluppata fil-qasam tal-aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv stabbilit fil-kuntest ta’ proċedura relatata ma’ akkordju, għandha tapplika b’analoġija u għal raġunijiet identiċi għall-aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv stabbilit fil-kuntest ta’ proċedura relatata ma’ abbuż minn pożizzjoni dominanti, u dan kemm fir-rigward tad-dokumenti li l-Kummissjoni skambjat mal-partijiet fil-kawża jew ma’ terzi kif ukoll dokumenti interni li l-Kummissjoni stabbilixxiet biex tinforza l-proċedura inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Preżunzjoni ġenerali bħal din tista’ fil-fatt tirriżulta, fir-rigward tal-proċeduri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE, mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1/2003 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-<DATE ISO="20040407">7 ta’ April 2004</DATE>, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-[Artikoli 101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81), li jirregolaw speċifikament id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajls tal-Kummissjoni li jirrigwardaw dawn il-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat li r-Regolamenti Nru 1/2003 u Nru 773/2004 għandhom għanijiet differenti minn dawk segwiti mir-Regolament Nru 1049/2001, inkwantu għandhom l-intenzjoni li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża li minnhom jibbenefikaw il-partijiet ikkonċernati u l-ipproċessar diliġenti tal-ilmenti, filwaqt li jiżguraw ir-rispett tas-sigriet professjonali fil-proċeduri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE, filwaqt li r-Regolament Nru 1049/2001 huwa intiż li jiffaċilita kemm jista’ jkun l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kif ukoll li jippromwovi l-prattiki amministrattivi tajbin billi jiżgura l-ikbar trasparenza possibbli tal-proċess deċiżjonali tal-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll informazzjoni li jservu bħala bażi għad-deċiżjonijiet<?PAGE NO="6"?> tagħhom (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130913">13 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑380/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:480">EU:T:2013:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, huwa paċifiku li, f’dan il-każ, ir-rikorrenti ressqet talba ta’ aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv inkwistjoni taħt ir-Regolament Nru 1049/2001, hekk kif barra minn hekk ikkonfermat fil-posta elettronika tagħha tat-<DATE ISO="20141023">23 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-kontradizzjoni bejn ir-Regolament Nru 1049/2001 u regola oħra tad-dritt tal-Unjoni, għandu jitfakkar li r-Regolamenti Nru 1049/2001 u Nru 1/2003 ma għandhomx dispożizzjonijiet li jipprevedu espressament is-supremazija ta’ wieħed fuq l-ieħor. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi żgurata applikazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn ir-regolamenti li tkun kompatibbli ma’ dik tal-oħra u li b’hekk tippermetti applikazzjoni koerenti (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130913">13 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑380/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:480">EU:T:2013:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, għalkemm ir-Regolament Nru 1049/2001 huwa intiż li jikkonferixxi fuq il-pubbliku dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet li jkun l-iktar wiesa’ possibbli, dan id-dritt huwa suġġett għal ċerti limiti bbażati fuq raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 1/2003 kif ukoll l-Artikoli 6, 8, 15 u 16 tar-Regolament Nru 773/2004 jirregolaw b’mod restrittiv l-użu tad-dokumenti li jinsabu fil-fajl relatat ma’ proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE, billi jillimitaw l-aċċess għall-fajl lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>partijiet ikkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>dawk li jagħmlu ilment<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> li fir-rigward tagħhom il‑Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tiċħad l-ilment, billi jagħmluh suġġett għan-nuqqas ta’ żvelar tas-sigrieti kummerċjali u għal informazzjoni oħra kunfidenzjali tal-impriżi kif ukoll tad-dokumenti interni tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet ta’ kompetizzjoni tal-Istati Membri u sa fejn id-dokumenti magħmula aċċessibbli jintużaw biss għall-finijiet ta’ proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi li għandhom bħala għan l-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130913">13 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑380/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:480">EU:T:2013:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, mhux biss il-partijiet fi proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE ma għandhomx dritt ta’ aċċess illimitat għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl tal-Kummissjoni, iżda li, barra minn hekk, it-terzi, bl-eċċezzjoni tal-lanjanti, ma għandhomx, fil-kuntest ta’ tali proċedura, dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-fajl tal-Kummissjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-ewwel u tat-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Fil-fatt, jekk persuni differenti minn dawk li għandhom dritt ta’ aċċess għall-fajl skont ir-Regolamenti Nru 1/2003 u Nru 773/2004 jew dawk li, minkejja li bħala regola għandhom tali dritt, ma użawhx jew ġew irrifjutati tali dritt, kienu f’pożizzjoni li jiksbu l-aċċess għal dokumenti abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001, is-sistema ta’ aċċess għal fajl stabbilita mir-Regolamenti Nru 1/2003 u Nru 773/2004 tkun imqiegħda inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130913">13 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑380/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:480">EU:T:2013:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Ċertament, id-dritt ta’ konsultazzjoni tal-fajl amministrattiv fil-kuntest ta’ proċedura intiża għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE u d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, skont ir-Regolament Nru 1049/2001, huma ġuridikament distinti, iżda xorta jibqa’ l-fatt li jwasslu għal sitwazzjoni paragunabbli minn perspettiva funzjonali. Fil-fatt, indipendentement mill-bażi legali li fuqha jingħata, l-aċċess għall-fajl jippermetti lill-partijiet ikkonċernati jiksbu l-osservazzjonijiet u d-dokumenti<?PAGE NO="7"?> ppreżentati lill-Kummissjoni mill-impriża kkonċernata u t-terzi (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130913">13 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑380/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:480">EU:T:2013:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jitqies li aċċess ġeneralizzat, abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001, għad-dokumenti skambjati, fil-kuntest ta’ proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE, bejn il-Kummissjoni u l-partijiet ikkonċernati minn din il-proċedura jew it-terzi, huwa ta’ natura li jipperikola l-bilanċ li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jiżgura fir-Regolamenti Nru 1/2003 u Nru 773/2004, bejn l-obbligu għall-impriżi kkonċernati li jikkomunikaw lill‑Kummissjoni informazzjoni kummerċjali eventwalment sensittiva u l-garanzija ta’ protezzjoni msaħħa relatata, abbażi tas-sigriet professjonali u tas-sigriet tan-negozju, mal-informazzjoni hekk mgħoddija lill-Kummissjoni (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130913">13 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑380/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:480">EU:T:2013:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-attività amministrattiva tal-Kummissjoni ma tirrikjedix l-istess portata tal-aċċess għal dokumenti bħal dik rikjesta mill-attività leġiżlattiva ta’ istituzzjoni tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/07 P, C‑528/07 P u C‑532/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:541">EU:C:2010:541</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja vs MyTravel u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑506/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:496">EU:C:2011:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fir-rigward tal-proċeduri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE, preżunzjoni ġenerali tista’ tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nru 1/2003 u Nru 773/2004, li jirregolaw speċifikament id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajls tal-Kummissjoni li jirrigwardaw dawn il-proċeduri (ara, b’analoġija, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:393">EU:C:2012:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0117">117</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Agrofert Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:394">EU:C:2012:394</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), mingħajr ma jkun hemm lok, f’dan ir-rigward, li ssir distinzjoni bejn dokumenti interni u dokumenti skambjati mat-terzi, fejn din id-distinzjoni hija fil-fatt nieqsa minn rilevanza ġaladarba l-preżunzjoni ġenerali tapplika għall-fajl kollu tal-proċedura amministrattiva (ara l-punt 31 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni bbażat lilha nnifisha, ġustament, fuq preżunzjoni ġenerali bbażata fuq l-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, sabiex tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti fil-proċedura inkwistjoni billi qieset li l-iżvelar ta’ dawn id-dokumenti jista’, bħala regola, jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi involuti f’tali proċedura kif ukoll il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni relatati magħha (ara, b’analoġija, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:393">EU:C:2012:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Agrofert Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:394">EU:C:2012:394</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura tal-interessi protetti, hemm lok li jitqies li l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali hija dovuta indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk it-talba ta’ aċċess tirrigwardax proċedura ta’ investigazzjoni diġà magħluqa jew proċedura pendenti. Fil-fatt, il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni sensittiva dwar l-attivitajiet ekonomiċi tal-impriżi involuti tista’ tippreġudika l-interessi kummerċjali tagħhom, irrispettivament mill-eżistenza ta’ proċedura ta’ investigazzjoni pendenti. Barra minn hekk, il-perspettiva ta’ tali pubblikazzjoni wara t-tmiem tal-proċedura ta’ investigazzjoni jista’ jkollha effetti negattivi fuq id-disponibbiltà ta’ impriżi sabiex<?PAGE NO="8"?> jikkollaboraw waqt li tali proċedura tkun pendenti (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:393">EU:C:2012:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Agrofert Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:394">EU:C:2012:394</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-possibbiltà mogħtija lill-Kummissjoni li tirrikorri għal preżunzjoni ġenerali li tkopri numru ta’ dokumenti tfisser li d-dokumenti inkwistjoni huma esklużi minn kull obbligu ta’ żvelar, sħiħ jew anki parzjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0134">134</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Huwa fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li jeħtieġ li jiġu eżaminati suċċessivament il-motivi bbażati fuq il-ksur tal-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, tal-ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament, tal-ksur tal-Artikolu 4(3) tal-istess regolament u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-ksur tal-Artikolu 4(4) tal-imsemmi regolament, tal-ksur tal-Artikolu 4(6) ta’ dan l-istess regolament, tal-ksur tal-Artikoli 41 u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-obbligu ta’ trasparenza previst fl-Artikolu 15(3) TFUE u, fl-aħħar nett, tal-ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Hija ssostni li l-Kummissjoni jmissha wettqet evalwazzjoni konkreta u individwali tad-dokumenti u spjegat kif l-iżvelar tagħhom seta’ jippreġudika konkretament u effettivament l-interess protett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni ma werietx li l-iżvelar kemm tad-dokumenti interni kif ukoll tad-dokumenti skambjati bejn din tal-aħħar u t-terzi, jiġifieri t-talbiet għal informazzjoni, il-korrispoendenza u l-annessi rċevuti mill-partijiet u l-informazzjoni trażmessa mit-terzi, jippreġudika konkretament u effettivament l-interess protett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni bbażat lilha nnifisha, b’mod żbaljat, fuq preżunzjoni ġenerali li tidher li tapplika biss għall-proċeduri fil-qasam tal-akkordji u ma hijiex trasponibbli għall-proċeduri għal abbuż minn pożizzjoni dominanti u li l-Kummissjoni jmissha eżaminat, għal kull dokument, jekk dan kienx jinkludi informazzjoni relatata mad-deċiżjoni tagħha ta’ spezzjoni, informazzjoni kummerċjali sensittiva ta’ terzi u jekk kienx possibbli, jekk ikun il-każ, li tipproteġihom billi tħassar siltiet mill-imsemmija dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tallega li r-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti minħabba l-protezzjoni tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni japplika biss sakemm iddum l-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li l-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni li l-ispezzjoni setgħet tinfetaħ mill-ġdid ulterjorment ma tistax tiġġustifika r-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti u li l-Kummissjoni ma tistax tibbaża lilha nnifisha fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 773/2004 sabiex tirrifjutalu l-aċċess għad-dokumenti, u lanqas ma tista’ ssostni li l-perspettiva ta’ żvelar tad-dokumenti tkun tnaqqas ir-rieda ta’ kooperazzjoni ta’ impriża matul il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 22 sa 44 iktar ’il fuq, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni bbażat lilha nnifisha, ġustament, fuq preżunzjoni ġenerali bbażata fuq l-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, sabiex tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti fil-proċedura inkwistjoni billi qieset li l-iżvelar ta’ dawn<?PAGE NO="9"?> id-dokumenti seta’, bħala regola, jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi involuti f’tali proċedura kif ukoll il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni relatati magħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikonoxximent ta’ preżunzjoni ġenerali skont liema l-iżvelar ta’ dokumenti ta’ ċerta natura jippreġudika, bħala regola, il-protezzjoni ta’ wieħed mill-interessi elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 jippermetti lill-istituzzjoni kkonċernata li tipproċessa talba globali u li twieġeb għaliha bil-mod korrispondenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għalhekk preżunzjoni ġenerali tfisser li d-dokumenti koperti minnha jevitaw l-obbligu ta’ żvelar, sħiħ jew parzjali, tal-kontenut tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:393">EU:C:2012:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0133">133</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Konsegwentement il-Kummissjoni ma kellhiex obbligu li twettaq eżami individwali ta’ kull dokument mill-fajl amministrattiv u lanqas li teżamina jekk, minn tal-inqas, setax jingħata aċċess parzjali għall-imsemmija dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-argument magħmul mir-rikorrenti f’dan ir-rigward għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li, minn naħa, ir-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti minħabba l-protezzjoni tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni ma jistax japplika għal dokumenti li jirriżultaw minn proċedura ta’ investigazzjoni magħluqa u, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma tistax issostni li l-perspettiva ta’ żvelar tad-dokumenti tkun tnaqqas ir-rieda ta’ kooperazzjoni tal-impriżi matul il‑proċedura, għandu jiġi kkonstatat li dan ma jistax jintlaqa’ għar-raġunijiet esposti fil-punt 45 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li jeżisti interess pubbliku superjuri li l-pubbliku jkun f’pożizzjoni li jsir jaf ċerti elementi essenzjali tal-azzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni u, b’mod partikolari, il-modalitajiet ta’ implementazzjoni tar-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li jeżisti wkoll interess pubbliku superjuri għall-iżvelar tad-dokumenti fil-proċedura inkwistjoni għal numru ta’ raġunijiet marbuta mal-promozzjoni tal-prattiki amministrattivi tajbin tal-Kummisjoni, mat-titjib tal-miżuri ta’ tqegħid f’konformità mill-kumpanniji, mal-kumpens għad-dannu mġarrba li jirriżulta b’mod partikolari mill-ispezzjoni u mal-ħtieġa ta’ stħarriġ ġudizzjarju tal-azzjoni tal-amministrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali ma teskludix il-possibbiltà li jintwera li dokument speċifiku, li tiegħu ntalab l-iżvelar, ma huwiex kopert mill-imsemmija preżunzjoni jew li jeżisti, taħt l-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokument ikkonċernat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Madankollu, hija l-parti li titlob l-iżvelar li għandha tinvoka b’mod konkret ċirkustanzi li juru li jeżisti interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri, hemm lok li jitfakkar li l-pubbliku għandu jkun f’pożizzjoni li jkun jaf l-azzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu żgurati, minn naħa, identifikazzjoni suffiċjentement preċiża tal-aġir li jista’ jesponi lill-operaturi ekonomiċi għal sanzjonijiet u, min-naħa l-oħra, il-ftehim tal-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni, peress li din għandha importanza essenzjali fuq il-funzjonament tas-suq intern, li jirrigwarda ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni sew bħala operaturi ekonomiċi, kif ukoll bħala konsumaturi (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141007">7 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Schenker vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑534/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:854">EU:T:2014:854</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għaldaqstant jeżisti interess pubbliku superjuri sabiex il-pubbliku jkun jista’ jsir jaf b’ċerti elementi essenzjali tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal‑kompetizzjoni. Madankollu, kuntrarjament għal dak li r-rikorrenti ssostni essenzjalment, l-eżistenza ta’ dan l-interess pubbliku ma tobbligax lill-Kummissjoni tagħti aċċess ġeneralizzat, fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1049/2001, għall-informazzjoni kollha miġbura fil-kuntest ta’ proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141007">7 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Schenker vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑534/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:854">EU:T:2014:854</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-fatt, jeħtieġ li jitfakkar li tali aċċess ġeneralizzat ikun jista’ jqiegħed fil-perikolu l-ekwilibriju li l-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq jiżgura, fir-Regolament Nru 1/2003, bejn l-obbligu għall-impriża jew għall-impriżi kkonċernati li jikkomunikaw informazzjoni kummerċjali eventwalment sensittiva lill-Kummissjoni u l-garanzija ta’ protezzjoni msaħħa marbuta, taħt is-sigriet professjonali u s-sigriet kummerċjali, mal-informazzjoni hekk trażmessa lill-Kummissjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141007">7 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Schenker vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑534/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:854">EU:T:2014:854</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi osservat li mill-premessa 6 tar-Regolament Nru 1049/2001 jirriżulta li l-interess tal-pubbliku li jikseb il-komunikazzjoni ta’ dokument taħt il-prinċipju ta’ trasparenza ma għandux l-istess piż skont jekk jirrigwardax dokument li jirriżulta minn proċedura amministrattiva jew dokument relatat ma’ proċedura li fil-kuntest tagħha l-istituzzjoni tal-Unjoni tintervjeni fil-kapaċità tagħha bħala leġiżlatur (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141007">7 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Schenker vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑534/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:854">EU:T:2014:854</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta’ aċċess għad-dokumenti stabbilit fl-Artikolu 15 TFUE u fil-premessi 1 u 2 tar-Regolament Nru 1049/2001, interess pubbliku superjuri għandu jkun ta’ natura oġġettiva u ġenerali u ma jistax jiġi konfuż ma’ interessi partikolari jew privati (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140320">20 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Reagens vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑181/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:139">EU:T:2014:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0142">142</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, minbarra l-promozzjoni ta’ amministrazzjoni tajba u t-titjib tal-miżuri ta’ konformità mill-kumpanniji li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti tieħu ħsieb tagħmel allegazzjonijiet vagi, l-interessi invokati essenzjalment mir-rikorrenti jirrigwardaw biss lilha u ma jippreżentawx in-natura ġenerali u oġġettiva rikjesta mill-ġurisprudenza. Għalhekk, interessi bħal dawn għandhom jiġu analizzati bħala interessi partikolari jew privati u ma jistgħux jitqiesu li jikkostitwixxu interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-argument tar-rikorrenti li r-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti jċaħħad minn kull effettività d-dritt għal rimedju effettiv ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fuq dan il-punt, hemm lok li jitfakkar, minn naħa, li jeżistu rimedji ġudizzjarji kontra d-deċiżjoni ta’ spezzjoni u li r-rikorrenti – li, f’dan il-każ, ma eżerċitathomx kontra din id-deċiżjoni – ma tistabbilixxix li hija ġiet miċħuda jew prekluża milli teżerċitahom fiż-żmien. Min-naħa l-oħra, l-eżerċizzju, jekk ikun il-każ, mir-rikorrenti ta’ dawn ir-rimedji ġudizzjarji bil-għan li tinvoka d-drittijiet tagħha wkoll huwa ta’ natura suġġettiva u għalhekk ma jistax jitqies bħala interess pubbliku superjuri fis-sens tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għal dak li jikkonċerna l-argument tar-rikorrenti dwar l-interess fir-rigward tal-kumpens għad-dannu mġarrab li jirriżulta b’mod partikolari mill-ispezzjoni, li jikkostitwixxi manifestament interess privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ilment ibbażat fuq l-allegat ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tielet motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni essenzjalment li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi ma bbażatx lilha nnifisha, fid-deċiżjoni kkontestata, fuq l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-proċess deċiżjonali li jkun qed jiżvolġi, li hija madankollu kienet invokat fit-tweġiba tagħha għat-talba inizzjali. Skont hi, peress li l-proċess deċiżjonali kien wasal fi tmiemu, din is-sitwazzjoni l-ġdida jmissha wasslitha tbiddel il-pożizzjoni tagħha u, konsegwentement, tagħti aċċess għall-fajl. Issa, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni, sabiex tirrifjuta t-talba tagħha ta’ aċċess għad-dokumenti, invokat id-dispożizzjonijiet tal-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, li huma inqas stretti mid-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Għalhekk ir-rikorrenti tikkontesta ċ-ċirkustanzi li fihom il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001. Hija tqis li l-Kummissjoni għandha, fil-każ ta’ rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti, tispjega kif dan l-aċċess jista’ konkretament u effettivament jippreġudika l-interess protett, fejn ir-riskju ta’ tali preġudizzju għandu jkun raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tenfasizza, fir-rigward tad-dokumenti interni, li sempliċi preġudizzju għall-proċess deċiżjonali ma huwiex suffiċjenti u li, skont il-ġurisprudenza, huwa meħtieġ preġudizzju gravi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis barra minn hekk li billi ma tispjegax għalfejn hija ma bbażatx lilha nnifisha iżjed fuq it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kummissjoni wettqet ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u li jmissha pproċediet, bis-saħħa tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, għal eżami mill-ġdid komplet tad-deċiżjoni inizjali u indikat, fid-deċiżjoni konfermatorja, ir-raġunijiet għalfejn l-eċċezzjoni prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma għandhomx japplikaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-allegat ksur tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, ċertament, sabiex tirrifjuta t-talba ta’ aċċess għal dokumenti magħmula mir-rikorrenti, il-Kummissjoni qabel kollox ibbażat lilha nnifisha, fit-tweġiba tagħha għat-talba inizjali, fuq l-eċċezzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni dwar ir-riskju li jiġi ppreġudikat il-proċess deċiżjonali għal dak li jikkonċerna d-dokumenti interni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Madankollu, hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001, it-tweġiba għat-talba inizjali tikkostitwixxi biss adozzjoni ta’ pożizzjoni inizjali, li tagħti lill-persuna li tressaq it-talba l-possibbiltà li jitlob lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni jerġa’ jeżamina l-pożizzjoni inkwistjoni (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>NLG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑109/05 u T‑444/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:235">EU:T:2011:235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Konsegwentement, hija biss il-miżura adottata mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, li jkollha n-natura ta’ deċiżjoni u li tissostitwixxi kompletament il-pożizzjoni adottata preċedentement, li tista’ toħloq effetti legali ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tal-persuna li titlob id-dokumenti, u għalhekk, li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>NLG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑109/05 u T‑444/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:235">EU:T:2011:235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, istituzzjoni tal-Unjoni, għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ talba ta’ aċċess għal dokumenti fil-pussess tagħha, tista’ tieħu inkunsiderazzjoni numru ta’ raġunijiet għal rifjut imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:393">EU:C:2012:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Agrofert Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:394">EU:C:2012:394</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni li adottat bi tweġiba għall-applikazzjoni konfermatorja, ma hi konsegwementement b’ebda mod marbuta żżomm il-bażi ġuridika meħuda inkunsiderazzjoni insostenn tat-tweġiba tagħha għat-talba inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm l-istituzzjoni għandha d-dritt li tieħu inkunsiderazzjoni numru ta’ raġunijiet għal rifjut imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, xejn ma jobbligaha taċċetta r-raġunijiet kollha li jistgħu japplikaw, u lanqas ma għandha tesprimi lilha nnifisha fuq dawn ir-raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni kkontestata biss fuq l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u ma għamlitx iżjed użu mill-Artikolu 4(3) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq l-allegat ksur tad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandu jiġi eskluż, fi kwalunkwe każ, bħala ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-allegat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni jeħtieġ li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni mitluba mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtriċi tal-att, b’mod li tippermetti lill-partijiet interessati jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura adottata u lill-qorti kompetenti teżerċita l-istħarriġ tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni spjegat ir-raġunijiet għalfejn hija ma kinitx qed tibbaża ruħha iżjed fuq l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 biex tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha ta’ rifjut li tagħti aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv, jiġifieri l-għeluq tal-investigazzjoni permezz ta’ deċiżjoni finali tat-<DATE ISO="20141003">3 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk kienx jeżisti interess pubbliku superjuri għall-iżvelar tad-dokumenti mitluba u kkonkludiet li l-imsemmija dokumenti kienu koperti bl-eċċezzjoniijet previsti fl-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Għaldaqstant, ir-rikorrenti tqiegħdet f’pożizzjoni li ssir taf ir-raġunijiet għalfejn il-Kummissjoni rrifjutat it-talba tagħha għal aċċess għal dokumenti fil-proċedura kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>It-tielet lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li l-Kummissjoni jmissha wettqet, bis-saħħa tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni inizjali u indikat ir-raġunijiet għalfejn l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma għandhiex tapplika, hemm lok li jitfakkar li l-Artikolu 7(2), fir-rigward tal-ipproċessar tat-talbiet<?PAGE NO="13"?> inizjali, jipprevedi li, fil-każ ta’ rifjut totali jew parzjali, il-persuna li tressaq it-talb tista’ tressaq, f’terminu ta’ ħmistax-il ġurnata minn meta tirċievi t-tweġiba mill-istituzzjoni, applikazzjoni konfermatorja intiża sabiex l-istituzzjoni tirrevedi l-pożizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Issa, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ressqet applikazzjoni konfermatorja lill-Kummissjoni u li hija weġbitha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>L-ewwel taqsima tat-tielet parti tal-motiv għaldaqstant hija fattwalment żbaljata u t-tieni taqsima tintilef fl-argumentazzjoni magħmula insostenn tat-tieni parti, li għandha tiġi miċħuda għar-raġunijiet esposti fil-punti 87 u 88 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan il-motiv għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi li l-istituzzjoni għandha tikkonsulta t-terzi, f’dan il-każ l-impriżi l-oħra ta’ telekomunikazzjonijiet li kienu suġġetti għall-proċedura inkwistjoni, sabiex jiġi ddeterminat jekk eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1) jew (2) imisshiex ġiet applikata u jekk huwiex possibbli li toqgħod lura minn din il-konsultazzjoni jekk ikun ċar li d-dokument għandu jew ma għandux jiġi żvelat, liema fatt ma ġiex stabbilit f’dan il-każ. Hija tikkonstata li ma saret ebda konsultazzjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001, fil-każ ta’ dokumenti ta’ terzi, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta lit-terzi sabiex tiddetermina jekk għandhiex tapplika eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1) jew (2), sakemm ma jkunx ċar li d-dokument għandu jew ma għandux jiġi żvelat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jimponix lill-istituzzjonijiet li jikkonsultaw lit-terzi fiċ-ċirkustanzi kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni rrifjutat it-talba ta’ aċċess għal dokumenti tar-rikorrenti billi bbażat lilha nnifisha fuq preżunzjoni ġenerali bbażata fuq l-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u li hija qieset li d-dokumenti kollha fil-proċedura inkwistjoni ma kellhiex tiġi żvelata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ebda konsultazzjoni tat-terzi, f’dan il-każ impriżi oħra ta’ telekomunikazzjonijiet li kienu suġġetti għal investigazzjoni fil-kuntest tal-proċedura inkwistjoni, ma kellha ssir b’mod obbligatorju mill-Kummissjoni, kuntrarjament għal dak li ssotni r-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ilment ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-raba’ motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, inkwantu rrifjutat li tagħtiha minn tal-inqas dritt ta’ aċċess parzjali għad-dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Hija tqis li l-Kummissjoni jmissha evalwat il-possibbiltà li tagħti aċċess parzjali għal ċerti dokumenti billi tħassar ċerti siltiet jew billi tirrediġi verżjoni mhux kunfidenzjali, fin-nuqqas ta’ liema d-dritt ta’ aċċess parzjali għal dokumenti jkun nieqes minn kull effettività.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, jekk parti biss tad-dokument mitlub tirrigwarda waħda jew iktar mill-eċċezzjonijiet, il-partijiet l-oħra tad-dokument għandhom jiġu żvelati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar li l-preżunzjoni ġenerali invokata mill-Kummissjoni ma teskludix il-possibbiltà li jintwera li dokument speċifiku, li tiegħu jintalab l-iżvelar, ma huwiex kopert minn din il-preżunzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit li jiġi vverifikat jekk il-preżunzjoni ġenerali inkwistjoni tapplikax realment ma tistax tiġi interpretata fis-sens li l-Kummissjoni għandha teżamina individwalment id-dokumenti kollha mitluba f’dan il-każ. Tali rekwiżit ikun ineħħi din il-preżunzjoni ġenerali mill-effettività tagħha, jiġifieri li tippermetti lill-Kummissjoni twieġeb għal talba ta’ aċċess globali b’mod globali wkoll (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jeħtieġ sempliċement li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ċaħdet it-talba ta’ aċċess għal dokumenti li jinsabu fil-fajl tal-proċedura inkwistjoni billi bbażat lilha nnifisha fuq preżunzjoni ġenerali bbażata fuq l-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li d-dokumenti mitluba huma koperti bil-preżunzjoni ġenerali ċċitata, huma jevitaw, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-obbligu ta’ żvelar sħiħ jew parzjali tal-kontenut tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:393">EU:C:2012:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0133">133</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0134">134</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ilment ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ħames motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 41 u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-obbligu ta’ trasparenza previst fl-Artikolu 15(3) TFUE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan il-motiv, ippreżentat sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni essenzjalment li, fil-każ li ma kellhomx jintlaqgħu l-argumenti tagħha bbażati fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1049/2001, ikun hemm lok li jiġi kkonstatat il-ksur tad-dritt fundamentali tagħha ta’ aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl amministrattiv tal-Kummissjoni ggarantit mill-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tad-dritt tagħha għal aċċess għall-imsemmi fajl iggarantit mill-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-prinċipju ta’ trasparenza stabbilit mill-Artikolu 15(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li, jekk il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità kif ukoll tas-sigriet professjonali u kummerċjali hija għan ta’ interess ġenerali rikonoxxut fl-Artikolu 339 TFUE u ddefinit iktar preċiżament fid-dispożizzjonijiet ta’ dritt derivat, ir-restrizzjoni tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti bil-għan li jiġu protetti dawn l-interessi jew l-attivitajiet ta’ investigazzjoni hija sproporzjonata f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-kawża preżenti tirrigwarda talba ta’ aċċess għal dokumenti li jinsabu fil-fajl tal-proċedura amministrattiva fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1049/2001, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-posta elettronika tar-rikorrenti tat-<DATE ISO="20141023">23 ta’ Ottubru 2014</DATE>, u mhux fuq talba ta’ aċċess għall-fajl ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolamenti Nru 1/2003 u Nru 773/2004, intiżi li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża li minnhom igawdu l-partijiet ikkonċernati minn proċedura ta’ ksur tar-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-allegat ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, relatat mad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti, u tal-Artikolu 15(3) TFUE, jeħtieġ li jitfakkar li, skont din l-aħħar dispożizzjoni, id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti huwa ggarantit suġġett għall-prinċipji u kundizzjonijiet iffissati permezz ta’ regolamenti mill-Parlament u mill-Kunsill konformement mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. B’hekk, ir-Regolament Nru 1049/2001, adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 255 KE, li l-kontenut tiegħu ġie stabbilit fl-Artikolu 15(3) TFUE, jiffissa l-prinċipji ġenerali u l-limiti fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti fil-pussess tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 52(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, id-drittijiet rikonoxxuti minnha li huma suġġetti għal dispożizzjonijiet fit-Trattati għandhom jiġu eżerċitati skont il-kundizzjonijiet u fil-limiti ddefiniti minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Għalhekk, l-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali għandu jirrigwarda l-legalità tad-deċiżjoni ta’ rifjut fid-dawl tar-Regolament Nru 1049/2001 biss, u mhux fuq il-legalità ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, fid-dawl tal-fatt li ebda eċċezzjoni ta’ illegalità ma tqajmet f’dan il-każ. Issa, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-eżami tat-tieni motiv, il-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess għad-dokumenti mitluba konformement mar-Regolament Nru 1049/2001 (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140902">2 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Verein Natura Havel u Vierhaus vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑538/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:738">EU:T:2014:738</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-allegat ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, li jinkludi b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess ta’ kull persuna għall-fajl li jirrigwardaha, irrikonoxxut fl-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jeħtieġ sempliċement li jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata kienet tirrigwarda talba ta’ aċċess għal dokumenti u mhux talba ta’ aċċess għall-fajl. Fil-fatt, mill-posta elettronika tat-<DATE ISO="20141023">23 ta’ Ottubru 2014</DATE> jirriżulta li r-rikorrenti indikat espliċitament lill-Kummissjoni li t-talba tagħha setgħet tiġi analizzata bħala talba ta’ aċċess għal dokumenti fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1049/2001, liema fatt huwa kkonfermat b’interpretazzjoni b’mod globali tal-applikazzjoni konfermatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi osservat li d-dritt ta’ aċċess għall-fajl rikonoxxut mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huwa previst mir-Regolamenti Nru 1/2003 u Nru 773/2004 fir-rigward tal-investigazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 101 u 102 TFUE. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma qajmet ebda eċċezzjoni ta’ illegalità tar-Regolamenti Nru 1/2003 u Nru 773/2004 bbażata fuq il-ksur tal-Karta. Barra minn hekk, mill-kliem tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 773/2004 jirriżulta li d-dritt ta’ aċċess għal fajl jingħata lill-partijiet li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni tkun indirizzat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Issa, huwa paċifiku li l-Kummissjoni ma bagħtitx dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet lir-rikorrenti. Għaldaqstant, f’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrenti ma tistax tinvoka l-ksur ta’ dritt ta’ aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni ta’ kompetizzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Konsegwentement jeħtieġ li jiġu miċħuda l-ilmenti bbażati fuq l-allegat ksur tal-Artikoli 41 u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-obbligu ta’ trasparenza previst fl-Artikolu 15(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti dwar ir-restrizzjonijiet li jkunu jistgħu jsiru fuq id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti biss jekk dawn ikunu jissodisfaw effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali u ma jkunux jikkostitwixxu, fir-rigward tal-għan segwit, intervent sproporzjonat u intollerabbli, jekk jitqies li r-rikorrenti kellha l-intenzjoni tinvoka l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jeħtieġ li jitfakkar li dan il-prinċipju jirrikjedi li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jeċċedux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju għat-twettiq tal-għanijiet leġittimi segwiti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, fejn, meta jkun hemm għażla bejn numru ta’ miżuri xierqa, jeħtieġ li tiġi adottata l-inqas waħda oneruża, u li l-inkonvenjent ikkawżat ma jkunx sproporzjonat meta mqabbel mal-għanijiet imfittxija (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Schaible</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:661">EU:C:2013:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’hekk, fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti, il-ġurisprudenza stabbilixxiet li l-prinċipju ta’ proporzjonalità jirrikjedi li d-derogi ma jeċċedux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jinkiseb l-għan imfittex (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160920">20 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>PAN Europe vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑51/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:519">EU:T:2016:519</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li jiġi osservat li l-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1409/2001 u invokati mill-Kummissjoni sabiex tiġġustifika d-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess għal dokumenti fil-konfront tar-rikorrenti huma intiżi, minn naħa, għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u, min-naħa l-oħra, għal dik tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, u li l-għanijiet jissodisfaw kunsiderazzjonijiet ta’ interess ġenerali, li ma jidhrux, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, sproporzjonati fir-rigward tal-għanijiet segwiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li s-sitt motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8 ta-Regolament Nru 1049/2001</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament Nru 1049/2001 sa fejn hija ma pproċessatx l-applikazzjoni konfermatorja ta’ aċċess għall-fajl fit-termini previsti minn dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tenfasizza li, għalkemm il-Kummissjoni effettivament informatha, fil-ġurnata tal-iskadenza tat-terminu applikabbli, bl-estensjoni ta’ ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol ta’ dan it-terminu, madankollu hija ma pprovdiet ebda motivazzjoni ddettaljata f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li l-fatt li l-Kummissjoni estendiet għat-tieni darba t-terminu ta’ tweġiba, filwaqt li l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jipprevedix din il-possibbiltà, jikkostitwixxi wkoll ksur ta’ din id-dispożizzjoni. Hija tosserva li l-Kummissjoni lanqas ma pprovdiet motivazzjoni ddettaljata għal din it-tieni estensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar li, fi proċedura amministrattiva quddiem il-Kummissjoni, din tal-aħħar għandha l-obbligu li tosserva l-garanziji proċedurali previsti mid-dritt tal-Unjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980514">14 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Enso Española vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑348/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:102">EU:T:1998:102</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080618">18 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Hoechst vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑410/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:211">EU:T:2008:211</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0128">128</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, it-terminu ta’ ħmistax-il ġurnata tax-xogħol li jista’ jiġi estiż, li fih l-istituzzjoni għandha twieġeb l-applikazzjoni konfermatorja, previst fl-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament Nru 1049/2001, huwa imperattiv. Madankollu, l-iskadenza ta’ dan it-terminu ma għandux bħala effett li jneħħi lill-istituzzjoni s-setgħa li tadotta deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti, il-leġiżlatur ippreveda l-konsegwenzi ta’ qbiż tat-terminu previst fl-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament Nru 1049/2001, billi pprovda, fl-Artikolu 8(3) tal-imsemmi regolament, li l-ksur ta’ din id-dispożizzjoni mill-istituzzjoni jagħti d-dritt għall-preżentata ta’ rikors ġudizzjarju (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100119">19 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Co‑Frutta vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑355/04 u T‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:15">EU:T:2010:15</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li jiġi osservat li l-Kummissjoni wieġbet it-talba ta’ aċċess qabel ma r-rikorrenti siltet xi konsegwenzi mill-assenza ta’ tweġiba fit-termini, konformement mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, billi ppreżentat rikors ġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, minkejja li l-qbiż tat-termini għandu jkun ta’ dispjaċir, dan il-qbiż, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma huwiex tali li jivvizzja d-deċiżjoni kkontestata b’illegalità li tiġġustifika l-annullament tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100628">28 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Agrofert Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:394">EU:C:2012:394</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ilment ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li s-seba’ motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li ebda wieħed mill-motivi mqajma mir-rikorrenti ma huwa fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Deutsche Telekom AG hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Frimodt Nielsen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Collins</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Valančius</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>