2013R0768 — MT — 10.08.2013 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 768/2013

►C1  tad-9 ta’ Awwissu 2013 ◄

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 dwar miżuri li jtejbu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-apikoltura

(ĠU L 214, 9.8.2013, p.7)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 217, 13.8.2013, p. 40  (768/2013)

►C2

Rettifika, ĠU L 268, 10.10.2013, p. 17  (768/2013)




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 768/2013

►C1  tad-9 ta’ Awwissu 2013 ◄

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 dwar miżuri li jtejbu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-apikoltura



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikulari l-Artikolu 110 tiegħu ( 1 ), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 917/2004 ( 2 ) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tal-apikoltura stipulate fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Skont l-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 917/2004, il-miżuri tal-programm tal-apikoltura stipulati għal kull sena tal-perjodu ta’ tliet snin, għandhom jitwettqu qabel il-31 ta’ Awwissu tas-sena li jkunu relatati magħha u l-pagamenti għandhom isiru matul l-eżerċizzju annwali stabbilit mis-16 ta’ Ottubru tal-istess sena sal-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara. Għalhekk, l-Istati Membri ma jistgħux jimplimentaw miżuri tal-apikoltura bejn l-1 ta’ Settembru tas-sena tal-programm tal-apikoltura u l-15 ta’ Ottubru tal-istess sena.

(2)

Sabiex tiġi evitata l-lakuna bejn l-implimentazzjoni u l-finanzjament ta’ miżuri tal-apikoltura, id-dati rilevanti jeħtieġ li jinbidlu sabiex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu implimentati matul is-sena kollha.

(3)

Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-programmi nazzjonali tal-apikoltura huwa bbażat fuq iċ-ċensiment tan-naħal/in-numru ta’ doqqajs f’kull Stat Membru kif elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 917/2004.

(4)

Skont l-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri ressqu l-programmi tal-apikoltura nazzjonali tagħhom u aġġornaw in-numru ta’ doqqajs kif previst fl-Artikolu 1 (a) tar-Regolament (KE) Nru 917/2004. In-numru aġġornat ta’ doqqajs għandu jkun rifless fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 917/2004.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

L-emendi stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 2, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:

“2.  Kull sena tal-programm tal-apikoltura (‘sena tal-apikoltura’) għandha titħaddem għal 12-il xahar konsekuttiv mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Awwissu.

3.  Il-miżuri tal-programm tal-apikoltura stipulati għal kull sena tal-apikoltura għandhom ikunu eżegwiti b’mod sħiħ fi ħdan is-sena tal-apikoltura kkonċernata.

Il-pagamenti relatati ma’ miżuri implimentati matul kull sena tal-apikoltura għandhom isiru fi żmien il-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fis-16 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena tal-apikoltura u jintemm fil-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara.”

(2) L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika b’effett mis-sena tal-apikoltura 2014 li tibda fl-1 ta’ Settembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS




“ANNESS I



Stat Membru

Ċensiment tan-naħal

Numru ta’ doqqajs

BE

107 800

BG

526 014

CZ

540 705

DK

150 000

DE

711 299

EE

41 400

IE

15 710

EL

1 584 206

ES

2 459 292

FR

1 636 000

▼C2

HR

491 981

▼B

IT

1 316 774

CY

44 953

LV

83 801

LT

144 969

LU

7 804

HU

1 088 590

MT

3 142

NL

80 000

AT

376 485

PL

1 280 693

PT

566 793

RO

1 550 000

SI

167 000

SK

254 859

FI

50 000

SE

150 000

Ir-Renju Unit

274 000

UE 28

15 704 270”



( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

( 2 ) ĠU L 163, 30.4.2004, p. 83.