7.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9880 — Permira/Warburg/Tilney/Smith & Williamson)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 223/05)

1.   

Fis-26 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Permira Holdings Limited (“Permira”, Guernsey),

—

Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Tilney Group Limited (“Tilney”, ir-Renju Unit), li fl-aħħar nett hija kkontrollata minn Permira Holdings Limited (“Permira”, Guernsey) u

—

Smith & Williamson Holdings Limited (“Smith & Williamson”, ir-Renju Unit).

Permira u Warburg Pincus jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3 (1) (b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Smith & Williamson u Tilney kollha kemm huma. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Permira hija negozju ta’ ekwità privata involuta fil-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment lil numru ta’ fondi tal-investiment.

—

Warburg Pincus hija ditta dinjija ta’ ekwità privata bil-kwartieri ġenerali fi New York. Il-kumpaniji ta’ portafoll ta’ Warburg Pincus huma attivi f’varjetà ta’ setturi, fosthom l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, is-servizzi industrijali u tan-negozju, it-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjonijiet.

—

Tilney hija ditta indipendenti ta’ ġestjoni tal-ġid, bil-kwartieri ġenerali f’Londra, b’uffiċċji madwar ir-Renju Unit. Hija primarjament attiva fil-provvediment ta’ ppjanar finanzjarju, ta’ ġestjoni ta’ investiment, u ta’ servizzi ta’ konsulenza għal klijenti privati.

—

Smith & Williamson hija ditta tas-servizzi finanzjarji u professjonali indipendenti bil-kwartieri ġenerali f’Londra, b’uffiċċji madwar ir-Renju Unit u l-Irlanda. Smith & Williamson toffri servizzi ta’ ġestjoni professjonali, finanzjarji u ta’ investiment lill-individwi u lin-negozji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9880 — Permira/Warburg/Tilney/Smith & Williamson

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.