32000D0205



Official Journal L 070 , 18/03/2000 P. 0205 - 0205


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' Frar 2000

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti emendi għall-Annessi 2,3,4 u 6 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-istati membri, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, minn naħa l-oħra

(2000/205/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod speċjali l-Artikolu 133(3) flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fid-dawl taż-żmien li għadda u l-bidliet li saru minn meta ġie ffirmat il-ftehim Euro-Mediterranju li stabbilixxa assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, minn naħa l-oħra, fis-26 ta' Frar 1996, iridu jsiru numru ta' emendi żgħar lil uħud mill-Annesi tal-ftehim.

(2) L-effett ta' l-emendi hu li jilliberalizza t-tariffi imposti mill-Marokk dwar l-importazzjoni ta' prodotti industrijali li ġejjin mill-Komunità Ewropea.

(3) Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri li ġie nnegozjat bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jikkonċerna ċerti emendi għal Annessi 2,3,4 u 6 għall-Ftehim Euro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, minn naħa l-oħra qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunità.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina persuna bil-poter li tiffirma ftehim li jorbot lill-Komunità.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Frar 2000.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. Pina Moura

--------------------------------------------------