|
13.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 321/21 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1469
tal-10 ta’ Settembru 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 fir-rigward taż-żieda ta’ mudell ġdid ta’ ċertifikat għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali li joriġinaw fl-Unjoni, li jiġu mċaqalqa lejn pajjiż jew territorju terz u li jiġu mċaqalqa lura lejn l-Unjoni wara li jinħattu, jinħażnu u jitgħabbew mill-ġdid f’dak il-pajjiż jew territorju terz, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li joriġinaw fl-Unjoni jew li jirritornaw lejha minn pajjiż terz jew territorju, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni u jirritornaw lejha minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u partikolarment l-Artikoli 230(1), 238(3) u 239(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (e), u l-Artikoli 126(3) u 127(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli dwar il-mard tal-annimali li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali tas-saħħa tal-annimali għal diversi movimenti ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali inklużi r-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni. Dawk ir-rekwiżiti relatati mad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ħajjin, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali huma speċifikati aktar fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (3). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tiegħu, fost l-oħrajn, regoli dwar is-sikurezza tal-ikel fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, u r-rekwiżiti tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u l-prodotti sekondarji tal-annimali. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (4) jistabbilixxi mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali, ta’ prodotti komposti, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, ta’ nebbieta għall-konsum mill-bniedem u ta’ żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ nebbieta għall-konsum mill-bniedem |
|
(4) |
Madankollu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 ma jinkludi l-ebda mudell ta’ ċertifikat biex ikopri d-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-prodotti u l-oġġetti li joriġinaw fl-Unjoni u li jiġu mċaqalqa lejn pajjiż jew territorju terz, u mbagħad jiġu mċaqalqa lura lejn l-Unjoni minn dak il-pajjiż terz jew territorju wara li jinħattu, jinħażnu u jitgħabbew mill-ġdid. Huwa għalhekk meħtieġ li dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiġi emendat biex jipprevedi t-tali tip ta’ mudell ta’ ċertifikat u jevita interruzzjonijiet kummerċjali mhux dovuti f’każijiet bħal dawn. |
|
(5) |
L-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li l-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fl-Unjoni jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati skont l-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ ta’ annimali tal-akkwakultura. Il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li kunsinni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jistgħu jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati għall-ispeċijiet partikolari ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati f’dak ir-Regolament Delegat. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (5) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, jew kompartimenti tagħhom fil-każ ta’ annimali tal-akkwakultura, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali u ta’ dawk il-kategoriji ta’ prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(8) |
L-Anness XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jipprevedi l-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali jew ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li joriġinaw fl-Unjoni u li jirritornaw lejha wara li jkunu ġew ittrasportati minn pajjiż terz jew minn territorju. Jenħtieġ li dak l-Anness jiġi emendat biex jelenka l-pajjiżi jew it-territorji terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li joriġinaw fl-Unjoni li, wara l-ħżin f’dawk il-pajjiżi jew territorji terzi, jiġu mċaqalqa lura lejn l-Unjoni u jassenja l-kundizzjonijiet speċifiċi li jeħtieġ li jiġu ssodisfati f’każijiet bħal dawn. |
|
(9) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi wkoll li l-kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti għandhom jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li jidher fuq lista mħejjija mill-Kummissjoni għal dak l-iskop. |
|
(10) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (6) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward ta’ kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom biex jiġi żgurat li dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew mar-rekwiżiti rikonoxxuti li huma tal-inqas ekwivalenti. |
|
(11) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (7) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ċerti oġġetti, li jissupplimentaw il-listi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Sabiex jippermetti d-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat biex jelenka l-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ dawn il-prodotti li joriġinaw mill-annimali u ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni li, wara l-ħżin f’dawk il-pajjiżi jew reġjuni terzi, tiġi ttrasportata lura lejn l-Unjoni u tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2019/625. |
|
(12) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, (UE) 2021/404 u (UE) 2021/405 jiġu emendati skont dan. |
|
(13) |
Fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 30a li ġej jiddaħħal bejn l-Artikoli 30 u 31: “Artikolu 30a Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa uffiċjali/tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ċerti oġġetti li joriġinaw fl-Unjoni, jiġu mċaqalqa lejn pajjiż jew territorju terz u jiġu mċaqalqa lura lejn l-Unjoni wara li jinħattu, jinħażnu u jitgħabbew mill-ġdid f’dak il-pajjiż jew territorju terz Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 1(3), li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li joriġinaw fl-Unjoni, jiġu mċaqalqa lejn pajjiż jew territorju terz u jiġu mċaqalqa lura lejn l-Unjoni wara li jinħattu, jinħażnu u jitgħabbew mill-ġdid f’dak il-pajjiż jew territorju terz, għandu jikkorrispondi mal-mudell STORAĠE-TC-PAO mfassal skont il-mudell stabbilit fil-Kapitolu 53 tal-Anness III.”; |
|
2. |
L-Anness III hu emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-Anness XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-Artikolu 26a li ġej jiddaħħal bejn l-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405
“Artikolu 26a
Lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni, jiġu mċaqalqa lejn pajjiż terz jew reġjun tiegħu u jiġu mċaqalqa lura lejn l-Unjoni wara li jinħattu, jinħażnu u jitgħabbew mill-ġdid f’dak il-pajjiż terz jew ir-reġjun tiegħu
Il-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni, li jiġu mċaqalqa lejn pajjiż terz jew reġjun tiegħu u jiġu mċaqalqa lura lejn l-Unjoni wara li jinħattu, jinħażnu u jitgħabbew mill-ġdid f’dak il-pajjiż terz jew ir-reġjun tiegħu, għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni skont l-Anness XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u elenkati fid-Deċiżjoni 2011/163/UE.”.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).
ANNESS I
L-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fil-lista taċ-ċertifikati tiżdied kategorija ġdida wara l-entrata ta’ “TRANSIT-COMP”, bit-titolu “tranżitu mill-Unjoni lejn pajjiż jew territorju terz, sew jekk ikun tranżitu immedjat sew jekk ikun tranżitu wara li l-prodotti komposti jkunu nħażnu fl-Unjoni”:
|
||||
|
2. |
Jiddaħħal il-Kapitolu 53 li ġej wara l-Kapitolu 52: “Kapitolu 53 MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT tas-saħħa tal-annimali/taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li JORIĠINAW MILL-ANNIMALI U TA’ ĊERTI PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-UNJONI, JINĠARRU LEJN PAJJIŻ JEW TERRITORJU TERZ, U JERĠGĦU JINĠARRU LURA LEJN L-UNJONI wara l-ħatt, il-ħżin u t-tagħbija mill-ġdid f’Dak Il-Pajjiż Jew Territorju Terz (MUDELL STORAGE-TC-PAO)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS II
L-Anness XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fil-Parti 1, l-entrati tar-Renju Unit, ta’ Guernsey, tal-Isle of Man u ta’ Jersey huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
2. |
Fil-Parti 3 tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata tal-kundizzjoni speċifika “Minn Stat Membru lejn Stati Membri oħra minn ġor-Renju Unit jew mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu” u qabel l-entrata “Aqua - Mir-Russja lejn ir-Russja”:
|