22003D0169



Official Journal L 088 , 25/03/2004 P. 0039 - 0040


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 169/2003

tal-5 ta' Diċembru 2003

li temenda l-Anness I (Materji veterinari u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/307/KE tat-2 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għat-tqegħid fis-suq temporanju ta' ċerta żerriegħa ta' l-ispeċi Lupinus angustifolius u Linum usitatissimum li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tad-Direttivi tal-Kunsil 66/401/KEE u 2002/57/KE rispettivament [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 24 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/244/KE) fil-Parti 2 tal-Kapitolu III ta' l-Anness I mal-Ftehim:

"25. 32003 D 0307: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/307/KE tat-2 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għat-tqegħid fis-suq ta' ċerta żerriegħa ta' l-ispeċi Lupinus angustifolius u Linum usitatissimum li ma tissodsfax ir-rekwiżiti tad-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 2002/57/KE rispettivament (ĠU L 113, tas-7.5.2003, p. 5)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2003/307/KE fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Diċembru 2003, sakem in- notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru (ntbagħtu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ipppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 331, tat-8.12.2003, p. 12.

[2] ĠU L 113, tas-7.5.2003, p. 5.

[3] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.

--------------------------------------------------