|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1717 |
23.7.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1717
tal-20 ta’ Lulju 2026
dwar l-istandards armonizzati għall-ħiters tal-ilma tal-gass abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 814/2013 u għar-Regolament Delegat (UE) Nru 812/2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-ħiters tal-ilma tal-gass li jikkonformaw mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti kollha tal-miżura ta’ implimentazzjoni applikabbli li magħha huma relatati dawn l-istandards. |
|
(2) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 2625 (3), il-Kummissjoni talbet li l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) jabbozza standards armonizzati b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 814/2013 (4) li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 (5) f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 2625, is-CEN ippubblika standards adattati (6), b’mod partikolari l-istandard EN 13203-1:2025 rigward il-ħiters tal-ilma. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dan l-istandard EN 13203-1:2025 abbozzat mis-CEN jikkonformax mat-talba M/534 tat-28 ta’ April 2015. |
|
(5) |
Is-sejbiet ta’ din il-valutazzjoni huma li l-istandard jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri, stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 814/2013 u fir-Regolament Delegat (UE) Nru 812/2013. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dan l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard inkwistjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-ħiters tal-ilma abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 814/2013 u r-Regolament Delegat (UE) Nru 812/2013 elenkati fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-20 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/125/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2015 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fir-rigward ta’ ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari b’appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 814/2013 u r-Regolament Delegat (UE) Nru 812/2013 [C(2015) 2625].
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 814/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 162, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/814/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2013/812/oj).
(6) B’mod partikolari għall-ħiters tal-ilma tal-gass, il-Kummissjoni talbet lis-CEN jadatta l-istandards EN26:1997, EN 89:1999, EN 13203-2:2006, EN 15036-1:2006 u kwalunkwe standard rilevanti ieħor.
ANNESS I
|
Nru |
Standards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) Nru 812/2013 |
|
1. |
EN 13203-1:2025 Apparat domestiku li jaħdem bil-gass li jipproduċi l-misħun – Parti 1: Valutazzjoni tal-prestazzjoni tat-twassil tal-misħun |
ANNESS II
|
Nru |
Standards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 814/2013 |
|
1. |
EN 13203-1:2025 Apparat domestiku li jaħdem bil-gass li jipproduċi l-misħun – Parti 1: Valutazzjoni tal-prestazzjoni tat-twassil tal-misħun |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1717/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)