Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0032 - 0037
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 tad-29 ta' April 2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/487/CFSP tad-29 ta' April 2004 li tirrigwarda l-konġelament tal-fondi ta' dak li qabel kien il-President Liberjan Chales Taylor u ta' dawk il-persuni u entitajiet assoċjati miegħu [1], Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Fil-10 ta' Frar 2004, wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ta' l-UNSCR 1521 (2003), li tiddikjara l-miżuri rriveduti li jirrigardaw il-Liberja għalbiex iqisu l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fil-Liberja u b'mod partikolari t-tluq ta' dak li qabel kien il-President Charles Taylor, u l-adozzjoni tal-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/137/CFSP tal-10 ta' Frar 2004 li tirrigwarda miżuri restrittivi kontra l-Liberja [2], il-Kunsill adotta r-Regolament 234/2004 li jimponi miżuri restrittivi rigward il-Liberja [3]. (2) L-UNSCR 1532 (2004) tat-12 ta' Marzu 2004 tipprovdi illi l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ppossjeduti jew ikkontrollati minn dak li qabel kien il-President Liberjan Charles Taylor, minn Jewell Howard Taylor u minn Charles Taylor, Jr, membri immedjati oħra tal-familjha, l-uffdiċjali anzjani tiegħu ta' qabel u alleati oħra mill-qrib u assoċjati kif innominati mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbiliti skond il-paragrafu 21 ta' l-UNSCR 1251 (2003) għandhom jiġu kkonġelati. (3) L-azzjonijiet u l-politiki ta' dak li qabel kien il-President Liberjan Charles Taylor, u persuni oħra, b'mod partikolari t-tbattil tagħhom tar-riżorsi Liberjani u t-twarrib tagħhom mil-Liberja u t-tnixxija tal-fondi u tal-proprjetà Liberjani minn dan il-pajjiż, imminaw it-transizjoni tal-Liberja lejn id-demokrazija u l-iżvilupp bl-ordni ta' l-istituzzjonijiet u r-riżorsi politiċi, amministrattivi u ekonomiċi tagħha. (4) Minħabba l-impatt negattiv fuq il-Liberja bit-trasferiment 'il barra mill-pajjiż ta' fondi u attivi miżapproprjati, u l-użu ta' dawn il-fondi miżapproprjati minn Charles Taylor u l-assoċjati tiegħu għalbiex jimminaw il-paċi u l-istabbiltà fil-Liberja u fir-reġjun, huwa meħtieġ il-konġelament ta' dawn il-fondi ta' Charles Taylor u ta' l-assoċjati tiegħu. (5) Il-Posizzjoni Komuni 2004/487/CFSP tipprovdi li jiġi implimentat il-konġelament tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ta' dak li qabel kien il-President Liberjan Cħarles Taylor u tal-membri immedjati tal-familja tiegħu, ta' l-uffiċjali anzjani ta' qabel u alleati u assoċjati oħra mill-qrib. (6) Il-miżuri jidħlu fl-iskop tat-Trattat u, għalhekk, għalbiex jiġi evitat kull tagħwiġ tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa leġislazzjoni Komunitarja għalbiex timplimentahom safejn u sakemm jinteressaw lill-Komunità. Għall-għan ta' dan ir-Regolament, it-territoriju tal-Komunità għandu jitqies li jiġbor fih it-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan nit-Trattat. (7) Il-Posizzjoni Komuni 2004/387/CFSP tipprovdi wkoll illi jistgħu jiġu konċessi ċerti eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-konġelament għal għanijiet umanitarji jew is-sodisfazzjon tar-rahnijiet jew is-sentenzi tal-qorti midħula għalihom qabel id-data ta' l-UNSCR 1532 (2004). (8) Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU esprima l-intenzjoni tiegħu li jikkunsidra jekk iridx jagħmel disponibbli lill-gvern tal-Liberja l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kkonġelati skond il-UNSCR 1532 (2004), ġaladarba dan il-Gvern stabbilixxa mekkaniżmu trasparenti tal-kontabbiltà u tal-verifika għalbiex jiżgura l-użu responsabbli tad-dħul tal-gvern għall-benefiċċju dirett tal-poplu tal-Liberja. (9) Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet: 1. "Kumitat tas-Sanzjonijiet" ifisser: il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit skond il-paragrafu 21 ta' l-UNSCR 1521 (2003); 2. "fondi" ifissru l-attivi u l-benefiċċji finanzjarji ta' kull kwalità, inklużi imma mhux limitati għal: (a) il-flus fil-pront, iċ-ċekkijiet, il-pretensjonijiet fuq il-flus, il-ġbid tal-flus, il-money orders u strumenri oħra tal-ħlas; (d) id-depożiti għand instituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, il-bilanċi akkont, id-djun u l-obbligi fuq id-djun; (ċ) it-titoli ta' sigurtà u l-istrumenti tad-dejn nnegozjati b'mod pubbliku jew privat, inklużi l-istocks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli tas-sigurtà, kambjali, noti, mandati, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi; (d) imgħax, dividendi jew dħul ieħor jew il-valur li jakkumula jew iġġenerati mill-attivi; (e) il-kreditu, id-dritt għall-kumpens, il-garanziji, il-kambjali tat-twettiq tax-xogħol jew impenji finanzjarji oħra; (f) l-ittri ta' kreditu, il-poloz tat-tagħbija, il-kontijiet tal-bejgħ; (g) dokumenti li jixhdu interess fil-fondi jew fir-riżorsi finanzjarji; (h) kull strument ieħor tal-finanzjament ta' l-esportazzjonijiet; 3. "il-konġelament tal-fondi" ifisser il-prevenzjoni ta' kull ċaqliq, trasferiment, bidla, użu tal-fondi, aċċess għalihom jew negozju fihom b'kull mod li jista' jirriżulta f;kull bidla fil-volum, l-ammont, il-post, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni jew kull bidla oħra tagħhom li tista' tgħin li jintużaw il-fondi, inkluża l-ġestjoni tal-portafolli; 4. "riżorsi ekonomiċi" ifissru l-attivi ta' kull kwalità, sewwa jekk tanġibbli u sewwa jekk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi imma jistgħu jintużaw għalbiex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi; 5. "konġelament tar-riżorsi ekonomiċi" tfisser li jiġi pprevenut l-użu tagħhom għalbiex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi f'kull mod, inklużi, imma mhux limitati għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipoteki tagħhom. Artikolu 2 1. Għandhom jiġu kkonġelati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha possessi jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn dak li qabel kien il-President Liberjan Charles Taylor, minn Jewell Howard Taylor u minn Charles Taylor Jr u mill-persuni u l-entitajiet li ġejjin, kif innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u elenkati fl-Anness I: (a) il-membri immedjati l-oħra tal-familja ta' dak li qabel kien il-President Liberjan Charles Taylor; (b) l-uffiċjali anzjani ta' dak li qabel kien ir-reġim ta' Taylor, u alleati u assoċjati oħra mill-qrib; (ċ) il-persuni legali, il-korpi jew l-entitajiet ippossjeduti jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, mill-persuni rifeiti hawn fuq; (d) kull persuna naturali jew legali li taġixxi f'isem jew fuq id-direzzjoni tal-persuni msemija hawn fuq. 2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jintgħamlu disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni naturali jew legali, lill-entitajiet jew lill-korpi elenkati fl-Anness jew għall-benefiċċju tagħhom. 3. Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, għalbiex jaħarbu mill-miżuri riferiti fil-paragrafi 1 u 2. Artikolu 3 1. Bħala deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtrorizzaw il-ħelsien ta' ċerti fondi jew riżorsi finanzjarji kkonġelati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet illi l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi interessati jkunu: tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi kkonġelati; (a) l-ħlasijiet għall-oġġetti ta' l-ikel, il-kiri u l-ipoteki, il-mediċini u t-trattamenti mediċi, it-taxxi, il-premiums ta' l-assigurazzjonijiet, u l-imposti fuq utilitajiet pubbliċi; (b) maħsuba b'mod esklussiv għall-ħlas tal-piżijiet professjonali raġjonevoli u r-rifużjoni ta' l-ispejjeż miġrura assoċjati mal-provvediment tas-servizzi legali; (ċ) maħsuba b'mod esklussiv għall-ħlas tal-piżijiet jew ta' l-imposti fuq is-servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni tar-rutina ifikaw l-intenzjoni li jawtorizzaw l-aċċess għal dawn il-fondi u riżorsi ekonomiċi lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u ma jkunux irċevew deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien jumejn tax-xogħol minn din in-notifka. basta tkun magħrufa l-intenzjoni li jiġi awtorizzat tali aċċess għal-fondi u r-riżorsi eknomiċi lill-Kumitat tas-Sanzjonijet u li ma jkunx irċieva tweġiba negattiva mill-Kumitat fi żmien jumejn tat-tali notifika. 2. Bħala deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtrorizzaw il-ħelsien ta' ċerti fondi jew riżorsi finanzjarji kkonġelati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet illi l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi interessati jkunu meħtieġa għal spejjeż straordinarji, u sakemm din l-awtorità kompetenti tkun innotifikat din id-determinazzjoni lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u li d-determinazzjoni kienet approvata minn dan il-Kumitat. Artikolu 4 Bħala deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw il-ħelsien ta' ċerti forndi jew riżorsi ekonomiċi kkonġelati, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma bla ħsara għal rahan ġudizzjali, amministrattiv jew arbitrali stabbiliti qabel it-12 ta' Marzu 2004 jew ta' sentenza tal-qorti, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel din id-data; (b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jridu jiġu wżati b'mod esklussiv għalbiex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b'dan il-għan jew ikkonoxxuti bħala validi f'din is-sentenza, ġewwa l-limiti ffissati bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet; (ċ) ir-rahan jew is-sentenza tal-qorti ma jkunux għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u msemmija fl-Anness I; (d) jikkonoxxu illi r-rahan jew is-sentenza tal-qorti ma jkunux kuntrarju għall-politika pubblika fl-Istat Membru interessat. (e) l-awtorità kompetenti tkun inotifikat ir-rahan jew is-sentenza tal-qorti lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. Artikolu 5 L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummisjoni dwar kull awtorizzazzjoni konċessa skond l-Artikoli 3 u 4. Artikolu 6 L-Artikolu 2 ma għandux japplika maż-żieda mal-kontijiet ikkonġelati ta': (a) l-imgħax jew qligħ ieħor fuq dawn il-kontijiet; jew (b) il-ħlasijiet mistħoqqa skond kuntratti, ftehimijiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawn il-kontijiet saru bla ħsara għal dan ir-Regolament, sakemm kull imgħax minn dan jew qligħ ieħor jew ħlasijiet ikunu kkonġelati skond l-Artikolu 2(1). Artikolu 7 L-Artikolu 2(2) ma għandux jipprevjieni li jiġu akkreditati l-kontijiet ikkonġelati mill-istituazzjonijiet finanzjarji li jirċievu l-fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont tal-persuna jew ta' l-entità elenkati, sakemm kull żieda minn dawn tiġi kkonġelata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti dwar dawn it-transazzjonijiet mingħajr dewmien. Artikolu 8 1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli li jirrigwardaw ir-rappurtaġġ, il-kunfidenzalità u s-segretezza professjonali u għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 284 tat-Trattat, il-persuni naturali u legali, l-entitajiet u l-korpi għandhom: (a) ifornu minnufih kull tagħrif li jiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolamnt, bħalma huma l-kontijiet u l-ammonti kkonġelati skond l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri elenkati fl-Anness II fejn ikunu residentri jew lokati, u għandhom jittrasmettu dan it-tagħrif, dirett jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni; (b) jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness II f'kull verifika ta' dan it-tagħrif. 2. Kull tagħrif addizzjonali rċevut b'mod dirett mill-Kummissjoni għandu jintgħamel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri interessati. 3. Kull tagħrif ipprovvdut jew irċevut skond dan l-Artikolu għandu jiġi wżat biss għall-għanijiet li għalih ikun ġie pprovvdut jew irċevut. Artikolu 9 Il-konġelament tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jintgħamlu disponibbli. imwettqa f'fidi tajba fuq il-bażi li dawn l-azzjonijiet huma skond dan ir-Regolament, ma għandhom joħolqu l-lijabbiltà ta' l-ebda kwalità min-naħa tal-persuna naturali jew legali jew ta' l-entità li timplimentahom, jew tad-diretturi jew l-impjegati tagħhom, għajr jekk jiġi ppruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kienu ġew ikkonġelati minħabba n-negliġenza. Artikolu 10 Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin bil-miżuri meħuda skond dan ir-Regolament u għandhom ifornu lil xulxin kull tagħrif ieħor rilevanti għad-disposizzjoni tagħhom f'konnessjoni ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari t-tagħrif rigward problemi ta' vjolazzjoni u infurzar u s-sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali. Artikolu 11 Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li: (a) temenda l-Anness I fuq il-bażi tad-determinazzjonijiet magħmula jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; u (b) temenda l-Anness II fuq il-bażi tat-tagħrif fornit mil-Istati Membri. Artikolu 12 L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet li japplikaw għall-ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet ipprovvduti jridu jkunu effettivi, ipproporzjonati u disswasivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn ir-regoli lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul is-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sossegwenti. Artikolu 13 Dan ir-Regolament għandu japplika: (a) ġewwa t-trritorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta' l-ajru tagħha; (b) abbord kull vettura ta' l-ajru jew kull bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru; (ċ) kull persuna ġewwa jew barra mit-territorju tal-Komunità li huwa ċittadin ta' Stat Membru; (d) kull persuna legali, grupp jew entità li jkunu inkorporati jew ikkostitwiti skond il-liġijiet ta' Stat Membru; (e) kull persuna legali, grupp jew entità li jagħmlu n-negozju fil-Komunità. Artikolu 14 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004. Għall-Kunsill Il-President M. McDowell [1] Ara l-paġna 116 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [2] ĠU L 40, tat-12.2.2004, p. 35. [3] ĠU L 40, tat-12.2.2004, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I Il-Lista tal-persuni naturali u legali, il-korpi jew l-entitajiet riferiti fl-Artikolu 2 L-Isem | Id-Data tat-Twelid | Il-Post tat-Twelid | Oħrajn | Charles Ghankay Taylor, Senior, dak li qabel kien il-President tal-Liberja | ta' l-1.9.1947 | Il-Liberja | | Jewell Howard Taylor, mart dak li qabel kien il-President Taylor | tas- 17.1.1963 | Il-Liberja | | Charles Taylor Junior, Bin dak li qabel kien il-President Taylor | | Il-Liberja | | -------------------------------------------------- L-ANNESS II Il-Lista ta' l-awtoritajiet kompetenti riferiti fl-Artikoli 3, 4, 5, 7 u 10 IL-BELĠJU Is-Service Public Fédéral des Finances Administration de la Trésorerie 30 Avenue des Arts B-1040 Bruxelles B-1040 Brussel (Bruxelles)Fax 00 32 2233 74 65 E-mail: Quesfinvragen.tf@minfin.fed.be ID-DANIMARKA L-Erhvervs-og Boligstyrelsen Dahlerups Pakhus Langelinie Allé 17 DK - 2100 Copenhagen (København) Ø Tel. (45) 35 46 60 00 Fax (45) 35 46 60 01 IL-ĠERMANJA Fejn jirrigwarda l-konġelament tal-fondi: Id-Deutsche Bundesbank Servicezentrum Finanzsanktionen Postfach D - 80281 Monaco (München) Tel. (49-89) 28893800 Fax (45-89) 3501633800 Fejn jidħlu l-oġġetti Il-Bundesamt für Wirtschafts-und Ausfuhrkontrolle (BAFA) Frankfurter Strasse, 29-35 D-65760 ESCHBORN Tel. (49-61) 969 08-0 Fax (49-61) 969 08-800 IL-GREĊJA A. Il-Konġelament ta' l-Attivi (Il-Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi (Id-Direttorat Ġenerali tal-Politika Ekonomika) Address: 5 Nikis Str., 101 80 Indirizz: 5 Nikis Str., 101 80 (5, Triq Nikis, 101 80) (Ateni). - Il-Greċja Tel. + 30210 3332786 Fax: + 30210 3332810 A. Α. ΔΕΣΜΕΥΣΗ ΚΕΦΑΛΑΙΩΝ Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών Γενική Δ/νση Οικονομικής Πολιτικής Δ/νση: Νίκης 5, ΑΘΗΝΑ 101 80 Τηλ.: + 30210 3332786 Φαξ: + 30210 3332810 B. Restrizzjonijiet fuq l-Importazzjoni/l-Esportazzjonoi (Il-Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi) (Id-Direttorat Ġenerali tal-Pjanifikazzjoni u l-Ġestjoni tal-Politika) Indirizz: (Triq Kornaroy, 105 63 Ateni) Tel. + 30210 3286401-3 Fax: + 30210 3286404 B. ΠΕΡΙΟΡΙΣΜΟΙ ΕΙΣΑΓΩΓΩΝ — ΕΞΑΓΩΓΩΝ Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών Γενική Δ/νση Σχεδιασμού και Διαχείρισης Πολιτικής Δ/νση: Κορνάρου 1, Τ.Κ. 105 63 Αθήνα — Ελλάς Τηλ.: + 30210 3286401-3 Φαξ: + 30210 3286404 SPANJA Id-Dirección General del Tesoro y Política Financiera Subdirección General de Inspección y Control de Movimientos de Capitales Ministerio de Economía Paseo del Prado, 6 E- 28014 Madrid Tel. (00-34) 912 09 95 11 Fax 00 -34 912 96 56 FRANZA Il-Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie Direction générale des douanes et des droits indirects Cellule embargo - Bureau E2 Tel. (33) 1 44 74 48 93 Télécopie: (33) 1 44 74 48 97 Il-Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie Direction du Trésor Service des affaires européennes et internationales Sous-direction E 139, rue du Bercy 75572 Paris (Pariġi) Cedex 12 Tel. (33) 1 44 87 72 85 Télécopie: (33) 1 53 18 96 37 Il-Ministère des Affaires étrangères Direction de la coopération européenne Sous-direction des relations extérieures de la Communauté Tel. (33) 1 43 17 44 52 Télécopie: (33) 1 43 17 56 95 Id-Direction générale des affaires politiques et de sécurité Service de la Politique Etrangère et de Sécurité Commune Tel. (33) 1 43 17 45 16 Télécopie: (33) 1 43 17 45 84 L-IRLANDA Is-Central Bank of Ireland (Il-Bank Ċentrali ta' l-Irlanda) Financial Markets Department (Id-Dipartiment: tas-Swieq Finanzjarji) Kaxxa Postali 559) Dame Street Dublin 2 Tel. (353-1) 671 66 66 Id-Department of Foreign Affairs (Id-Dipartiment ta' l-Affarijiet Barranin) Bilateral Economic Relations Division (Id-Diviżjoni tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Bilaterali) 80 St. Stephen's Green Dublin 2 Tel: (353-1) 408 2153 Fax: (353-1) 408 2003 L-ITALJA Il-Ministero degli Affari Esteri Piazzale della Farnesina, 1 – 00194 Roma (Ruma) D.G.A.S. - Ufficio II Tel. (39) 06 36917334 Fax: (39) 06 36915446 Il-Ministero degli Affari Esteri Piazzale della Farnesina, 1 - 00194 Roma D.G.A.O. - Ufficio II Tel. (39) 06 36913820 Fax: (39) 06 36915161 Il-U.A.M.A. Tel. (39) 06 36913605 Fax: (39) 06 36918815 Il-Ministero dell'Economia e delle finanze Dipartimento del Tesoro Comitato di Sicurezza Finanziaria Via XX Settembre 97, I-00187 Roma (Ruma) Tel. (39) 06 47613942 Fax: (39) 06 47613032 Il-Ministero della attività produttive Direzione Generale Politica Commerciale Viale Boston, 35 – 00144 Roma (Ruma) Tel. (39) 06 59931 Fax: (39) 06 59647531 Firma e funzione: Ferdinando Nelli Feroci, Direttore Generale per l'Integrazione Europea IL-LUSSEMBURGU Il-Ministère des Affaires étrangères Direction des Relations internationales 6, rue de la Congrégation L-1352 LUXEMBOURG (Il-Lussemburgu) Tel. (352) 478 23 46 Fax (352) 22 20 48 Il-Ministère des Finances 3, rue de la Congrégation L - 1352 Lussemburgu (Il-Lussemburgu) Tel. (352) 478 27 12 Fax (352) 47 52 41 L-OLANDA Il-Ministerie van Financiën Directie Financiële Markten, afdeling Integriteit Postbus 20201 2500 EE Den Haag (L-Aja) Tel 070-342 8997 Fax: 070-342 7984 L-AWSTRIJA L-Oesterreichische Nationalbank Otto Wagner Platz 3 A-1090 Wien (Vjenna) Tel. (01-4042043 1) 404 20-0 Fax (431) 404 20 – 73 99. IL-PORTUGALL Il-Ministério das Finanças Direcção Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais Avenida Infante D. Henrique, n.o 1, C 2.o P- 1100 Lisboa (Lisbona) Tel. (351) 218 82 32 40/47 Fax (351) 218 82 32 49. IL-FINLANDJA L-Ulkoasiainministeriö/Utrikesministeriet PL/PB 176 00161 Helsinki/Helsingfors (Helsinki) Tel. (358) 9 16 05 59 00 Fax (358) 9 16 05 57 07 L-IŻVEZJA Il-Finansinspektionen Box 6750. SE- 113 85 Stockholm (Stokkolma) L-Isvezja Tel. 46 +(0)8-787 80 00 Fax 46 +(0)8-24 13 35 Ir-Riksförsäkringsverket SE-103 51 Stockholm (Stokkolma) L-Isvezja Tel. 46 +(0)8-786 90 00 Fax 46 +(0)8-411 27 89 IR-RENJU UNIT HM Treasury (It-Teżorerija tal-Maestà Tagħha) Financial Systems and International Standards (Is-Sistemi Finanzjarji u l-Istandards Internazzjonali) 1, Horse Guards Road London (Londra) SW1A 2HQ Ir-Renju Unit Tel. (44-207) 270 5977 Fax (44-207) 270 5430 Il-Bank of England (Il-Bank ta' l-Ingilterra) Financial Sanctions Unit (L-Unità tas-Sanzjonijiet Finanzjarji) Threadneedle Street London (Londra) EC2R 8AH Ir-Renju Unit Tel. (44-207) 601 4607 Fax (44207) 601 4309 --------------------------------------------------