|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2446 |
1.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2446
tat-18 ta’ Lulju 2025
li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ir-reviżjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikoli 91 u 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (1) (“TKT”) ġie ffirmat f’isem l-Unjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1937 (2). Fl-4 ta’ Marzu 2019, dan ġie approvat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/392 (3). Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2019. |
|
(2) |
It-TKT imexxi ’l quddiem l-iżvilupp tan-network tat-trasport bejn l-Unjoni, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, il-Kosovo (*1), il-Montenegro u r-Repubblika tas-Serbja (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Partijiet tax-Xlokk tal-Ewropa”), min-naħa l-oħra, fil-qasam tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni u marittimu. Il-Komunità tat-Trasport stabbilita bit-TKT hija bbażata fuq l-integrazzjoni progressiva tas-swieq tat-trasport tal-Partijiet tax-Xlokk tal-Ewropa fis-suq tat-trasport tal-Unjoni abbażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis tal-Unjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 42 tat-TKT jipprevedi li t-TKT għandu jiġi rieżaminat fuq talba ta’ kwalunkwe parti kontraenti u fi kwalunkwe każ 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(4) |
F’Jannar 2024, twaqqaf grupp ta’ ħidma biex jorganizza taħditiet esploratorji dwar rieżami tat-TKT. Il-grupp ta’ ħidma kien magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri, tal-Partijiet tax-Xlokk tal-Ewropa u tal-parteċipanti osservaturi attwali. Huwa kkonkluda d-diskussjonijiet tiegħu dwar ir-rieżami u identifika l-ħtieġa li t-TKT jiġi aġġornat. |
|
(5) |
Inkiseb progress konsiderevoli fl-involviment aktar mill-qrib bejn il-Komunità tat-Trasport u tnejn mill-parteċipanti osservaturi, jiġifieri l-Ukrajna u r-Repubblika tal-Moldova. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Unjoni tipparteċipa fin-negozjati dwar l-emendar tat-TKT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata twettaq negozjati, f’isem l-Unjoni, dwar ftehim internazzjonali dwar ir-reviżjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport.
Artikolu 2
In-negozjati għandhom jitwettqu abbażi tad-direttivi ta’ negozjar tal-Kunsill li huma stabbiliti fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
In-negozjati għandhom jitwettqu b’konsultazzjoni mal-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport - Kwistjonijiet Intermodali u Networks, li huwa b’dan maħtur bħala l-kumitat speċjali previst fl-Artikolu 218(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU L 278, 27.10.2017, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/1937/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1937 tal-11 ta’ Lulju 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (ĠU L 278, 27.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1937/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/392 tal-4 ta’ Marzu 2019 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (ĠU L 71, 13.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/392/oj).
(*1) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
DIRETTIVI GĦAN-NEGOZJAR TA’ FTEHIM INTERNAZZJONALI
DWAR IR-REVIŻJONI TAT-TRATTAT DWAR IL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-FTEHIM PREVIST
It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (TCT) imexxi ‘l quddiem l-iżvilupp tan-network tat-trasport bejn l-UE u r-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, il-Kosovo (*1), il-Montenegro u r-Repubblika tas-Serbja (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Partijiet tax-Xlokk tal-Ewropa) fil-qasam tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni u dak marittimu, u huwa bbażat fuq l-integrazzjoni progressiva tas-swieq tat-trasport tal-Partijiet tax-Xlokk tal-Ewropa fis-suq tat-trasport tal-UE abbażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis tal-UE. L-objettiv ġenerali tal-emendi previsti huwa li jappoġġaw u jsaħħu l-allinjament leġiżlattiv tal-Partijiet tax-Xlokk tal-Ewropa, iżda wkoll li jtejbu u jiċċaraw ċerti aspetti operazzjonali li ġew identifikati fl-applikazzjoni tiegħu.
L-emendi jeħtieġ li jippermettu wkoll is-sħubija sħiħa tal-Ukrajna u tar-Repubblika tal-Moldova fit-TCT. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni sħiħa tagħhom fit-TCT, il-Kummissjoni jeħtieġ li tinnegozja annessi dwar arranġamenti tranżizzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 40 tat-TCT, li għandhom ikunu applikabbli għal dawn iż-żewġ pajjiżi mal-adeżjoni tagħhom.
1. OBJETTIVI TAN-NEGOZJATI
Matul in-negozjati, il-Kummissjoni jeħtieġ li timmira li tilħaq l-objettivi stabbiliti fid-dettall hawn taħt.
|
(1) |
L-objettiv ġenerali tal-emendi għandu jkun li jappoġġaw u jsaħħu l-allinjament leġiżlattiv tal-partijiet kontraenti kollha mal-acquis rilevanti tal-UE, fid-dawl tal-perspettivi Ewropej rispettivi tagħhom, u wkoll li jagħtu spinta lill-integrazzjoni progressiva tas-swieq tat-trasport tagħhom fis-suq tat-trasport tal-UE. |
|
(2) |
L-emendi jeħtieġ li jippermettu wkoll is-sħubija sħiħa tal-parteċipanti osservaturi mill-Ukrajna u mir-Repubblika tal-Moldova fit-Trattat dwar il-Komunità tat-Trasport. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni sħiħa tagħhom fit-TCT, il-Kummissjoni jeħtieġ li tinnegozja annessi dwar arranġamenti tranżizzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 40 tat-TCT, li għandhom ikunu applikabbli għal dawn iż-żewġ pajjiżi mal-adeżjoni tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jeħtieġ li tkun tista’ tindirizza t-talbiet potenzjali fir-rigward tas-sustanza tat-TCT mill-Ukrajna u mir-Repubblika tal-Moldova. |
|
(3) |
F’dan ir-rigward, l-emendi jistgħu jinkludu wkoll rieżami tad-dispożizzjonijiet li jirreferu speċifikament għall-Balkani tal-Punent, sabiex dawn id-dispożizzjonijiet jirreferu wkoll, fejn rilevanti, għall-pajjiżi msemmija hawn fuq, kif ukoll rieżami tal-formula tal-kondiviżjoni tal-piżijiet baġitarji stabbilita fl-Anness V tat-Trattat biex jitqies in-numru estiż ta’ partijiet kontraenti u tiġi żgurata distribuzzjoni ekwa kontinwata tal-kontribuzzjonijiet. |
|
(4) |
L-emendi li l-għan tagħhom huwa li jagħtu spinta lill-allinjament leġiżlattiv jeħtieġ li jinkludu l-aspetti addizzjonali li ġejjin:
|
|
(5) |
L-emendi jeħtieġ li jiżguraw li l-Anness I tat-TCT jiġi aġġornat, b’mod partikolari biex jiżdied l-acquis tal-UE ta’ qabel l-iffirmar tat-TCT u biex jitqiesu l-iżviluppi tal-politika rilevanti. Jekk ikun xieraq, dan jista’ jinvolvi l-inklużjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida fil-qasam tat-trasport jew f’oqsma assoċjati msemmija f’dak l-Anness. |
|
(6) |
L-emendi jeħtieġ li jaġġornaw, fejn meħtieġ, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 9 dwar l-iżvilupp tal-estensjoni indikattiva tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) għall-Partijiet tax-Xlokk tal-Ewropa u l-pjan ta’ ħidma kontinwu ta’ ħames snin korrispondenti, sabiex jitqiesu l-iżviluppi tal-politika fil-qafas leġiżlattiv tat-TEN-T. |
|
(7) |
L-emendi jeħtieġ li jiżguraw mod inqas ikkumplikat ta’ kif l-esperti mill-Partijiet tax-Xlokk tal-Ewropa jiġu kkonsultati dwar l-obbligi li bħalissa huma stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness II tat-TCT. |
|
(8) |
L-emendi jeħtieġ li jirriflettu l-ftehimiet diġà milħuqa dwar id-denominazzjoni uffiċjali tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni għandha tesplora wkoll il-ħtieġa li tadatta l-protokolli bilaterali eżistenti bħalissa, fejn rilevanti, pereżempju fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika tal-partijiet mingħajr kosta u d-dispożizzjonijiet attwali dwar it-trasport marittimu. |
|
(10) |
L-emendi jeħtieġ li jirrevedu r-regoli dwar l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari biex ikopru wkoll il-ġurisprudenza mogħtija wara d-data tal-iffirmar tat-TCT. |
|
(11) |
L-emendi jaf jinkludu wkoll kwistjonijiet tekniċi minuri li ma kinux inklużi f’xi waħda mid-direttivi dwar in-negozjar preċedenti (eż. żbalji tipografiċi eżistenti, ċerti referenzi skorretti jew skaduti). |
2. TMEXXIJA TAN-NEGOZJATI
Il-Kummissjoni ser tmexxi n-negozjati skont dawn id-direttivi u ser tiżgura koordinazzjoni xierqa man-negozjati li għaddejjin u dawk futuri f’oqsma rilevanti oħrajn.
(*1) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ (Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja) dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2446/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)