<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-378/16 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0378</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:575">EU:C:2020:575</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20200716">16.7.2020</DATE> – Kawża C‑378/16 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola ta’ arbitraġġ</KEYWORD><KEYWORD>Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) kif ukoll tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007-2013)</KEYWORD><KEYWORD>Proġetti MARE, Senior u ECRN</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑378/16 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fis-<DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Inclusion Alliance for Europe GEIE</HT>, stabbilita f’Bukarest (ir-Rumanija), inizjalment irrappreżentata minn S. Famiani u A. D’Amico, sussegwentement minn A. D’Amico, avvocati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn F. Moro, S. Delaude u L. Di Paolo, sussegwentement minn F. Moro u S. Delaude, bħala aġenti, assistiti minn D. Gullo, avvocato,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, L. S. Rossi, J. Malenovský, F. Biltgen (Relatur), u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Inclusion Alliance for Europe GEIE (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>IAE<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) titlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni (T‑539/13, mhux ippubblikat, iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>digriet appellat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:235">EU:T:2016:235</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tiegħu din ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4693 final tas-<DATE ISO="20130717">17 ta’ Lulju 2013</DATE> dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 212 411.89, li tikkorrispondi għal parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija lil IAE b’eżekuzzjoni ta’ tliet ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-proġetti MARE, Senior u ECRN (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Finanzjarju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 169 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Talbiet, aggravji u argumenti tal-appell<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>It-talbiet tal-appell għandhom ikunu intiżi għall-annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali kif din tkun tinsab fid-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Talbiet fil-każ li jintlaqa’ l-appell<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Jekk l-appell jiġi ddikjarat fondat, it-talbiet tiegħu għandhom ikunu intiżi sabiex jintlaqgħu, kompletament jew parzjalment, it-talbiet imressqa fl-ewwel istanza, bl-esklużjoni ta’ kull talba ġdida. L-appell ma jistax ibiddel is-suġġett tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża huma indikati fil-punti 1 sa 61 tad-digriet appellat. Għall-finijiet ta’ din il-proċedura, dawn jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>IAE hija kumpannija stabbilita fir-Rumanija li teżerċita l-attività tagħha fis-settur tas-saħħa u tal-integrazzjoni soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20071219">19 ta’ Diċembru 2007</DATE> u fit-<DATE ISO="20080902">2 ta’ Settembru 2008</DATE>, wara d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007‑2013) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="412" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 412, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Seba’ Programm Kwadru<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ikkonkludiet ma’ IAE rispettivament ftehim ta’ sussidju intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Senior – Social Ethical and Privacy Needs in KIT for Older People: a dialogue roadmap<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kuntratt Senior<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) u ftehim ta’ sussidju intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Market Requirements, Barriers and Cost-Benefits Aspects of Assistive Technologies<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kuntratt MARE<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20081006">6 ta’ Ottubru 2008</DATE>, fil-kuntest ta’ wieħed mit-tliet programmi speċifiċi tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP), adottat bid-Deċiżjoni 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20061024">24 ta’ Ottubru 2006</DATE> li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u<?PAGE NO="3"?> l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="310" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 310, p. 15</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Programm Kwadru KI<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), il-Kummissjoni kkonkludiet ma’ IAE t-tielet ftehim ta’ sussidju, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>European Civil Registry Network<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kuntratt ECRN<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>IAE u l-parteċipanti l-oħra kkonċernati pparteċipaw fil-proġetti ta’ riċerka inkwistjoni fil-kuntest ta’ konsorzji u kull ftehim ta’ sussidju kien jinkludi, b’mod partikolari, anness II bil-kundizzjonijiet ġenerali kuntrattwali (iktar ’il quddiem, fir-rigward tal-kuntratti Senior u MARE, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Kundizzjonijiet Ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, u, fir-rigward tal-kuntratt ECRN, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Programm Kwadru KI<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-Programm Kwadru KI jipprevedu l-finanzjament, mill-Kummissjoni, sa ammont determinat, ta’ spejjeż eliġibbli sostnuti mill-parteċipanti f’dawn il-programmi kwadru għall-eżekuzzjoni tal-proġetti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu II.22 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru u tal-Artikolu II.28 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Programm Kwadru KI, il-Kummissjoni kellha s-setgħa li twettaq, permezz ta’ reviżuri tal-kontabbiltà esterni jew tad-dipartimenti tagħha stess, awditu kontabbli li jikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>aspetti finanzjarji, sistematiċi jew oħrajn (bħall-prinċipji ta’ ġestjoni u ta’ kontabbiltà) relatati mal-eżekuzzjoni tajba tal-ftehim ta’ sussidju [kkonċernat]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-proċedura ta’ awditu kienet iddelineata mill-Kundizzjonijiet Ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru u mill-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Programm Kwadru KI. B’mod partikolari, kien previst li, fi tmiem din il-proċedura ta’ awditu, jitfassal rapport provviżorju u jintbagħat lill-persuna kkonċernata sabiex din tal-aħħar tkun f’pożizzjoni li tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha qabel l-adozzjoni ta’ rapport finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu II.21 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru u l-Artikolu II.30 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Programm Kwadru KI kienu jikkonċernaw l-irkupru, mill-Kummissjoni, tas-somom imħallsa indebitament lil kull benefiċjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kuntratti Senior, MARE u ECRN kien stipulat li dawn kienu rregolati mill-klawżoli ta’ dawn il-kuntratti, mill-atti tal-Unjoni li jirrigwardaw is-Seba’ Programm Kwadru jew il-Programm Kwadru KI, mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-<DATE ISO="20020625">25 ta’ Ġunju 2002</DATE> rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1525/2007 tas-<DATE ISO="20071217">17 ta’ Diċembru 2007</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 343, p. 9</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Regolament finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-<DATE ISO="20021223">23 ta’ Diċembru 2002</DATE> li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1605/2002 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145), mir-regoli l-oħra tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll, sussidjarjament, mid-dritt Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(2) tal-kuntratt Senior, l-Artikolu 9 tal-kuntratt MARE u l-Artikolu 10 tal-kuntratt ECRN kienu jipprevedu s-setgħa għall-Kummissjoni li tadotta deċiżjonijiet li jikkostitwixxu titoli eżekuttivi sabiex jiġu eżegwiti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>obbligi pekunjarji<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 256 KE (li sar l-Artikolu 299 TFUE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Din is-setgħa kienet ukoll prevista fl-Artikolu II.21 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru u fl-Artikolu II.30 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Programm Kwadru KI.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kuntratti Senior u MARE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara li ħallset kontribuzzjonijiet finanzjarji differenti fil-kuntest tal-kuntratti Senior u MARE, il-Kummissjoni xoljiet, b’mod antiċipat, il-kuntratt MARE u informat lil IAE bl-intenzjoni tagħha li tissokta b’awaditu kontabbli sabiex tivverifika l-eżekuzzjoni korretta ta’ dawn il-kuntratti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Din l-awditu żvela diffikultajiet fil-ġestjoni finanzjarja tal-proġetti inkwistjoni, peress li l-kundizzjonijiet stipulati fl-imsemmija kuntratti u fil-Kundizzjonijiet Ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru ma ġewx osservati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20101221">21 ta’ Diċembru 2010</DATE>, peress li qieset li l-osservazzjonijiet magħmula minn IAE fuq ir-rapport ta’ awditu provviżorju ma kien jipprovdi ebda element ġdid, il-Kummissjoni informat lill-persuna kkonċernata bl-għeluq tal-awditu billi bagħtitilha r-rapport ta’ awditu finali, li kien jipprovdi li kellhom jiġu rkuprati EUR <FT TYPE="NUMBER">49677</FT>, fir-rigward tal-kuntratt Senior, u EUR <FT TYPE="NUMBER">72890</FT>, fir-rigward tal-kuntratt MARE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lil IAE tevalwa sa fejn id-diffikultajiet sistematiċi kkonstatati f’dan ir-rapport setgħu kellhom konsegwenzi fuq il-kontijiet finanzjarji marbuta mal-perijodi li kienu għadhom ma kinux is-suġġett ta’ awditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ messaġġ elettroniku tal-<DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, li informa lill-Kummissjoni dwar it-tressiq, fix-xahar ta’ Jannar tal-istess sena, ta’ lment quddiem l-Ombudsman Ewropew, IAE talbitha sabiex tkun tista’ tibbenefika minn estensjoni tat-terminu sabiex tirrispondi għal din l-aħħar talba. Fl-istess jum, il-Kummissjoni rrifjutat li tilqa’ t-talba għal estensjoni tat-terminu ppreżentata minn IAE, konformement mal-Artikolu 2(6) tad-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-<DATE ISO="19940309">9 ta’ Marzu 1994</DATE> dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi ta’ l-Ombudsman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 283).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20111017">17 ta’ Ottubru 2011</DATE>, wara skambji differenti bejn IAE u l-Kummissjoni, din tal-aħħar ħarġet in-nota ta’ debitu Nru 3241111004,, fil-kuntest tal-proġett MARE, ta’ ammont ta’ EUR 72 889.57, filwaqt li rriżervat id-dritt, fl-assenza ta’ ħlas, li tadotta att li jikkostitwixxi titolu eżekuttiv, fis-sens tal-Artikolu 299 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE>, il-Kummissjoni informat lil IAE bl-intenzjoni tagħha li tirkupra s-somom dovuti fil-kuntest tal-proġett Senior. Peress li qieset li l-osservazzjonijiet ifformulati minn IAE dwar ir-rapport ta’ awditu finali f’dan ir-rigward ma kienu jipprovdu ebda element ġdid, il-Kummissjoni ħarġet in-nota ta’ debitu Nru 3241203475, ta’ ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">49677</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120502">2 ta’ Mejju 2012</DATE>, adottata fi tmiem il-proċedura ta’ lment ippreżentat minn IAE, l-Ombudsman ikkonkluda li dan l-ilment ma kienx juri każ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>amministrazzjoni ħażina<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> imputabbli lill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-4 ta’ April u fl-<DATE ISO="20120720">20 ta’ Lulju 2012</DATE>, peress li IAE ma kienet irrimborsat ebda waħda mis-somom dovuti fil-kuntest tal-proġetti MARE u Senior, il-Kummissjoni bagħtitilha ittra ta’ intimazzjoni, fejn talbitha, għal kull wieħed minn dawn il-proġetti, tħallas l-ammont tal-kapital, flimkien ma’ interessi moratorji dekorribbli mid-data msemmija rispettivament fin-nota ta’ debitu Nru 3241111004 u fin-nota ta’ debitu Nru 3241203475. Il-Kummissjoni ppreċiżat li, jekk is-somom inkwistjoni ma jkunux tħallsu fi żmien ħmistax-il jum mid-data ta’ riċezzjoni ta’ dawn l-ittri ta’ intimazzjoni, tinbeda proċedura ta’ rkupru forzat ta’ dawn is-somom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120626">26 ta’ Ġunju 2012</DATE>, fid-dawl tar-riżultati tal-awditu kontabbli fir-rigward tal-proġetti MARE u Senior, il-Kummissjoni ħadet il-passi neċessarji sabiex tikseb il-ħlas minn IAE ta’ danni kkalkolati skont l-Artikolu II.24 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru. Fl-<DATE ISO="20120910">10 ta’ Settembru 2012</DATE>, fl-assenza ta’ osservazzjonijiet ippreżentati minn IAE f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti oħra ta’ debitu, li kienu jsemmu wkoll il-possibbiltà għaliha, fl-assenza ta’ ħlas, li tadotta deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv, fis-sens tal-Artikolu 299 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kuntratt ECRN</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kuntratt ECRN, peress li ħallset kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">178230</FT> lil IAE, il-Kummissjoni għamlet ukoll awditu kontabbli, li minnu rriżulta li l-ġestjoni finanzjarja tal-proġett inkwistjoni ma kinitx twettqet b’osservanza tal-kundizzjonijiet previsti f’dan il-kuntratt u fil-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Programm Kwadru KI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20111219">19 ta’ Diċembru 2011</DATE>, wara li rċeviet l-osservazzjonijiet ta’ IAE dwar ir-rapport provviżorju ta’ awditu, il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta’ awditu billi stabbilixxiet ir-rapport finali, li kien jipprovdi li s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">169365</FT> kellha tiġi rkuprata mingħand IAE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20120305">5 ta’ Marzu 2012</DATE>, minkejja l-osservazzjonijiet magħmula minn IAE f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ awditu finali billi informat lill-persuna kkonċernata bil-ftuħ ta’ proċedura intiża għall-irkupru tas-somma mħallsa indebitament, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli II.28.5 u II.30.1 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Programm Kwadru KI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120507">7 ta’ Mejju 2012</DATE>, il-Kummissjoni ħarġet in-nota ta’ debitu Nru 3241204669, li kienet tindika d-data li minnha jibdew jiddekorru l-interessi moratorji u, għal darba oħra, il-possibbiltà għaliha, fl-assenza ta’ ħlas, li tadotta deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv, fis-sens tal-Artikolu 299 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120626">26 ta’ Ġunju 2012</DATE>, peress li IAE ma wettqitx il-ħlas fit-terminu stabbilit, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ insegwiment lill-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-30 ta’ Lulju segwenti, wara estensjoni tal-garanzija bankarja inizjalment ikkostitwita, il-bilanċ parzjali li kien għadu dovut minn IAE kien ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">62427</FT> u, flimkien mal-interessi moratorji dovuti ta’ valur ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2798</FT>, ta’ total ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">65225</FT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-deċiżjoni inkwistjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130717">17 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni inkwistjoni skont l-Artikolu 299 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni, IAE kienet debitriċi fil-konfront tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-kuntratt MARE, ta’ EUR 80 352.07, fir-rigward tal-kuntratt Senior, ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">53138,40</FT>, u, fir-rigward tal-kuntratt ECRN, ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">65225</FT>. Ma’ dawn l-ammonti kien hemm interessi moratorji ta’ EUR 13 696.42 fil-<DATE ISO="20130715">15 ta’ Lulju 2013</DATE>, jiġifieri ammont totali ta’ EUR 212 411.89 dovut minn IAE, miżjud bis-somma ta’ EUR 25.42 għal kull jum ta’ dewmien addizzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet appellat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20131002">2 ta’ Ottubru 2013</DATE>, IAE ppreżentat rikors li permezz tiegħu talbet, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, il-ħlas ta’ danni mill-Kummissjoni minħabba d-dannu materjali u morali li hija ġarrbet minħabba l-applikazzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-talba għal annullament, preliminarjament, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors sa fejn kien intiż kontra l-uffiċċju li ngħata mandat sabiex iwettaq l-awditi, minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni sabiex tieħu konjizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, bħala manifestament inammissibbli, minn naħa, it-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni, minħabba li din it-talba ma kinitx tressqet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>permezz ta’ att separat<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, konformement mar-Regoli tal-Proċedura tagħha u, min-naħa l-oħra, it-talba<?PAGE NO="6"?> għall-annullament tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>proċeduri l-oħra kollha ta’ investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni jew fuq talba tagħha minn organizzazzjonijiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fl-assenza ta’ iktar preċiżazzjonijiet fir-rigward tas-suġġett ta’ din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, IAE invokat, essenzjalment, tmien motivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 86 tad-digriet appellat, li, meta l-Kummissjoni tifformalizza, fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kuntrattwali, il-konstatazzjoni ta’ kreditu permezz ta’ deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv, fis-sens tal-Artikolu 299 TFUE, il-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni tista’ tiġi kkontestata quddiem il-qorti tal-Unjoni biss abbażi tal-Artikolu 263 TFUE. Fil-punt 90 ta’ dan id-digriet, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li l-legalità ta’ tali deċiżjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl tat-Trattat FUE jew ta’ kull dispożizzjoni legali oħra relatata mal-applikazzjoni tiegħu, jiġifieri tad-dritt tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, skont il-Qorti Ġenerali, meta l-qorti tal-Unjoni tkun adita b’rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, ir-rikorrent jista’ biss jinvoka kontra l-istituzzjoni kontraenti nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali jew ksur tad-dritt applikabbli għall-kuntratt ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan il-Qorti Ġenerali ddeduċiet, fil-punt 91 tal-imsemmi digriet, li l-motivi mqajma fir-rikors fl-ewwel istanza intiżi sabiex tiġi kkonstatata l-legalità tad-deċiżjoni inkwistjoni fir-rigward tal-klawżoli tal-kuntratti inkwistjoni u tad-dritt nazzjonali applikabbli għal dawn il-kuntratti kellhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali eżaminat kull wieħed mill-motivi invokati minn IAE fil-kuntest tar-rikors fl-ewwel istanza sabiex tiddetermina jekk dawn setgħux jitqiesu bħala ammissibbli fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel motiv, ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>linji gwida finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, il-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punt 96 tad-digriet appellat, li IAE kienet issostni, essenzjalment, li l-klawżoli tal-kuntratti inkwistjoni kienu jipprevedu l-applikazzjoni tal-linji gwida finanzjarji tal-2007 u konsegwentement ma kinux jippermettu lill-awditur japplika verżjonijiet iktar reċenti ta’ dawn il-linji gwida. Peress li qieset li dan l-argument kien jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-klawżoli tal-kuntratti inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 97 ta’ dan id-digriet, ċaħdet dan l-aggravju bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali żiedet, fil-punt 98 tal-imsemmi digriet, li din il-konklużjoni ma setgħetx tiġi kkontestata mir-riformulazzjoni tal-imsemmi motiv li għalih IAE pprovat billi sostniet li l-allegata applikazzjoni retroattiva tal-linji gwida finanzjarji tal-2010 kienet tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ legalità tal-azzjoni amministrattiva, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-prinċipju ta’ kontradittorju, tal-prinċipju ta’ trasparenza, tal-prinċipju ta’ dritt għal smigħ xieraq kif ukoll tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Fil-fatt, fil-punt 99 tal-istess digriet, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tali argument ippreżentat għall-ewwel darba fir-replika, kellu jiġi miċħud bħala inammissibbli, skont l-Artikolu 44(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, moqri flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2) ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża, il-Qorti Ġenerali, wara li ddikjarat dan il-motiv ammissibbli, ċaħditu bħala manifestament infondat fil-punt 112 tad-digriet appellat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ żbalji li jinsabu fir-rapport ta’ awditu finali u fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet ifformulati minn IAE dwar ir-rapport ta’ awditu provviżorju, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 115 tad-digriet appellat, ċaħditu bħala manifestament inammissibbli, minħabba li l-argument żviluppat fih kien diffiċli li jinftiehem u, fi kwalunkwe każ, ma kienx sostanzjat. Fil-punti 116 u 117 ta’ dan id-digriet, hija żiedet li, fi kwalunkwe każ, l-ewwel ilment jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-kuntratti inkwistjoni u li t-tieni lment kien diġà ġie miċħud fil-kuntest tal-eżami tat-tieni motiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raba’ u tal-ħames motiv, ibbażati fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni u ta’ fiduċja reċiproka kif ukoll tal-inċertezza dwar ir-regoli applikabbli għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura eliġibbli tal-ispejjeż tal-proġett, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 120 u 123 tad-digriet appellat, ċaħdithom ukoll bħala manifestament inammissibbli, sa fejn dawn KIENU jirrigwardaw biss l-interpretazzjoni tal-klawżoli tal-kuntratti inkwistjoni u mhux dik ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Is-sitt motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IFAC) u tal-leġiżlazzjoni Ewropea applikabbli fil-qasam tal-awditu tas-SMEs, ġie miċħud mill-Qorti Ġenerali bħala manifestament inammissibbli, fil-punt 126 tad-digriet appellat, sa fejn dan il-motiv ma kienx jirrigwarda regoli tad-dritt tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom setgħet tiġi evalwata l-legalità tad-deċiżjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Is-seba’ motiv, ibbażat fuq żbalji mwettqa mill-awditur dwar il-modalitajiet ta’ żvolġiment tal-awditi u n-natura ineliġibbli ta’ ċerti spejjeż iddikjarati minn IAE, ġie wkoll miċħud mill-Qorti Ġenerali bħala manifestament inammissibbli, fil-punt 128 tad-digriet appellat, peress li l-argument invokat kien jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-klawżoli tal-kuntratti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz tat-tmien motiv, IAE invokat ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea għal arrikkiment indebitu. Il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 130 tad-digriet appellat, li tali motiv ma setax jitqajjem fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 263 TFUE. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali żiedet, fil-punt 132 ta’ dan id-digriet, li, sabiex tali rikors ikun jista’ jintlaqa’, l-arrikkiment għandu jkun nieqes minn kull bażi legali valida, li madankollu ma huwiex il-każ meta jkun iġġustifikat, bħal f’dan il-każ, minn obbligi kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-talba għad-danni, li permezz tagħha IAE talbet lill-Qorti Ġenerali tikkundanna lill-Kummissjoni għall-kumpens għad-dannu materjali u morali li hija ġarrbet minħabba l-applikazzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali ċaħditha bħala manifestament inammissibbli, fil-punt 138 tad-digriet appellat, peress li ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 44(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fl-ewwel istanza, bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, IAE titlob, essenzjalment, li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet appellat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil IAE għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha, il-Kummissjoni tqajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, fl-ewwel lok, li, sa fejn l-aggravji mqajma insostenn tal-appell jikkostitwixxu biss sempliċi repetizzjoni tal-argument invokat fir-rikors fl-ewwel istanza u ma jinkludu ebda argument legali speċifiku fir-rigward tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali fid-digriet appellat, l-appell ma jissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 168(1)(d) tar-Regoli tal-Proċedura, li abbażi tiegħu r-rikors għandu jinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>l-aggravji u l-argumenti legali invokati kif ukoll espożizzjoni sommarja tal-imsemmija aggravji<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-appell ma josservax id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>jekk l-appell jiġi ddikjarat fondat, it-talbiet tal-appell għandhom ikunu intiżi sabiex jintlaqgħu, totalment jew parzjalment, it-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza, bl-esklużjoni ta’ kull talba ġdida<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li t-talbiet tal-appell huma intiżi biss għall-annullament tad-digriet appellat fl-intier tiegħu, iżda ma humiex intiżi sabiex jintlaqgħu t-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza, jiġifieri, b’mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni inkwistjoni. Għalhekk, IAE ma għandhiex interess ġuridiku f’dan il-każ. Fil-fatt, anki li kieku kellu jintlaqa’ l-appell, id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollha l-ebda effett utli, fid-dawl taż-żamma tad-deċiżjoni inkwistjoni fl-ordinament ġuridiku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-argument ibbażat fuq l-inammissibbiltà tal-appell minħabba li dan tal-aħħar ma josservax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 168(1)(d) tar-Regoli tal-Proċedura, hemm lok li jitfakkar li minn din id-dispożizzjoni kif ukoll mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tad-deċiżjoni li jintalab l-annullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba, taħt piena ta’ inammissibbiltà tal-appel jew tal-aggravju kkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Staelen vs L-Ombudsman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑45/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:814">EU:C:2018:814</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-appell jinkludi, fir-rigward ta’ kull aggravju, indikazzjoni tal-punti kkritikati tad-digriet appellat kif ukoll argument sommarju li jidentifika l-iżball ta’ liġi li bih huwa vvizzjat dan id-digriet, u b’hekk jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha tal-legalità. Barra minn hekk, mir-risposta jirriżulta impliċitament li l-Kummissjoni ma kellhiex diffikultà tifhem ir-raġunament adottat mir-rikorrenti fid-diversi aggravji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-argument li l-appell huwa inammissibbli minħabba li, fit-talbiet tagħha, IAE ma titlobx li jintlaqgħu t-talbiet li hija ppreżentat fl-ewwel istanza, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 169 tar-Regoli tal-Proċedura, it-talbiet tal-appell huma intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali kif tinsab fid-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tirrigwarda l-prinċipju fundamentali fil-qasam tal-appell li bih l-appell għandu jkun intiż kontra d-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali u ma jistax ikun intiż esklużivament għat-tibdil ta’ ċerti motivi ta’ din id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Al-Aqsa vs Il-Kunsill u Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Al-Aqsa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑539/10 P u C‑550/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:711">EU:C:2012:711</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171114">14 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>British Airways vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑122/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:861">EU:C:2017:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>L-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura, li huwa l-korrollarju ta’ dan, jikkonċerna, min-naħa l-oħra, it-talbiet tal-appell marbuta mal-konsegwenzi tal-possibbiltà ta’ annullament ta’ din id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>EMA vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑100/14 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:382">EU:C:2015:382</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li, minn naħa, IAE titlob formalment lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-digriet appellat. Min-naħa l-oħra, anki jekk it-talbiet l-oħra tal-appell ma humiex intiżi espressament sabiex jintlaqgħu t-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza, jew sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni inkwistjoni, dawn ma jistgħux jitqiesu għajr li huma essenzjalment intiżi għall-istess riżultat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Taħt piena ta’ formaliżmu eċċessiv, kuntrarjament għall-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 57 u 58 ta’ din is-sentenza, hemm għalhekk lok li jiġi konkluż li IAE kkonformat ruħha mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 169 u 170 tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq l-assenza ta’ interess ġuridiku ta’ IAE, għandu jitfakkar li l-eżistenza ta’ tali interess tippreżupponi li l-appell jista’, bl-eżitu tiegħu, ikun ta’ benefiċċju lill-parti li tkun ippreżentatu (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951019">19 ta’ Ottubru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Rendo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/93 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:339">EU:C:1995:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030403">3 ta’ April 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il-Parlament vs Samper</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑277/01 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:196">EU:C:2003:196</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li sa fejn IAE tilfet it-talbiet tagħha fl-ewwel istanza, hija mingħajr dubju għandha interess li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-appell tagħha u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din teżamina l-mertu tal-motivi li ġew miċħuda bħala manifestament inammissibbli minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell, IAE tinvoka erba’ aggravji. L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE. Permezz tat-tieni aggravju tal-appell, IAE ssostni li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-argument invokat fir-replika u, għaldaqstant, kisret il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tat-tielet u tas-sitt motiv invokati fl-ewwel istanza kif ukoll fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-digriet appellat. Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-ilment dwar l-arrikkiment indebitu tal-Unjoni u tat-talba għad-danni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju, IAE tallega li l-Qorti Ġenerali kklassifikat ir-rikors fl-ewwel istanza b’mod żbaljat, billi ddeċidiet, fil-punt 90 tad-digriet appellat, li dan ir-rikors kien ibbażat, b’mod żbaljat, fuq l-Artikolu 263 TFUE u li kellu jiġi ppreżentat abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, peress li l-motivi invokati kienu bbażati fuq nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali jew fuq ksur tad-dritt applikabbli għall-kuntratti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Skont IAE, il-motivi invokati fir-rikors promotur ma humiex ibbażati fuq nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali, iżda fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, imfakkra kemm fit-Trattat FUE kif ukoll fir-Regolament Finanzjarju, li barra minn hekk isir riferiment espress għalih fl-Artikolu II.25 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru. IAE tenfasizza li l-klawżoli<?PAGE NO="10"?> tal-kuntratti inkwistjoni jikkostitwixxu biss wieħed mill-komponenti tal-kuntest ġuridiku ta’ referenza, li jeħtieġu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>interpretazzjoni kontinwa<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u jeħtieġu li jiġi kkompletati b’riferimenti espressi għall-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, li kieku jiġi rrikonoxxut li l-Qorti Ġenerali tikkontesta l-bażi legali tar-rikors fl-ewwel istanza, dan iwassal għal ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn id-destinatarji ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw b’mod sinjifikattiv l-interessi tagħhom ma jkunux f’pożizzjoni li jsostnu l-fehmiet tagħhom b’mod effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>IAE tenfasizza li kemm fir-rikors promotur kif ukoll fir-replika ġew invokati prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħal, b’mod partikolari, il-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ kontradittorju, id-dritt għal smigħ xieraq, il-prinċipju ta’ legalità tal-azzjoni amministrattiva u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala manifestament infondat. Skont din l-istituzzjoni, il-Qorti Ġenerali qieset ġustament, fil-punti 82 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tad-digriet appellat, li r-rikors fl-ewwel istanza kien ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u li, konsegwentement, fid-dawl tan-natura u tal-limiti tar-rwol tal-qorti fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità, il-motivi mqajma minn IAE insostenn tat-talbiet intiżi sabiex tinkiseb deċiżjoni dwar il-legalità tad-deċiżjoni inkwistjoni fid-dawl tar-regoli kuntrattwali kienu inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument invokat minn IAE, li jirrigwarda l-klassifikazzjoni tal-motivi invokati fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 90 tad-digriet appellat, mingħajr ma għamlet ebda evalwazzjoni dwar in-natura xierqa jew le tal-bażi tar-rikors li kellha quddiemha, il-ġurisprudenza li abbażi tagħha l-qorti tal-Unjoni, adita b’rikors għal annullament abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, għandha tevalwa l-legalità tal-att ikkontestat fid-dawl tat-Trattat FUE jew ta’ kull dispożizzjoni legali oħra marbuta mal-applikazzjoni tiegħu, jiġifieri d-dritt tal-Unjoni, u li, min-naħa l-oħra, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, rikorrent ma jistax jallega fil-konfront tal-istituzzjoni kokontraenti nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali jew ksur tad-dritt applikabbli għall-kuntratt ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE huwa disponibbli b’mod ġenerali kontra l-atti kollha adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, indipendentement min-natura jew mill-forma tagħhom, li huma intiżi li jipproduċu effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, billi jbiddlu b’mod sinjifikattiv is-sitwazzjoni legali ta’ dan tal-aħħar (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150909">9 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑506/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:562">EU:C:2015:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Alfamicro vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑14/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:159">EU:C:2019:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>CSUE vs KF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑14/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:492">EU:C:2020:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>ADR Center vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:576">EU:C:2020:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tal-Unjoni ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar rikors għal annullament meta s-sitwazzjoni legali tar-rikorrent tkun tagħmel parti mir-relazzjonijiet kuntrattwali li s-sistema ġuridika tagħhom tkun irregolata mid-dritt nazzjonali miftiehem mill-partijiet kokontraenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150909">9 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑506/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:562">EU:C:2015:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Alfamicro vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑14/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:159">EU:C:2019:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>CSUE vs KF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑14/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:492">EU:C:2020:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>ADR Center vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:576">EU:C:2020:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fil-fatt, li kieku l-qorti tal-Unjoni tikkonstata li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-annullament ta’ atti li jaqgħu f’kuntest purament kuntrattwali f’din is-sitwazzjoni, hija tirriskja mhux biss li xxejjen l-Artikolu 272 TFUE, li jippermetti l-attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni lill-Unjoni abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ, iżda wkoll, fil-każ fejn il-kuntratt ma jkunx fih tali klawżola, li jestendi l-ġurisdizzjoni tagħha lil hinn mil-limiti stabbiliti mill-Artikolu 274 TFUE, li jagħti lill-qrati nazzjonali l-ġurisdizzjoni tad-dritt komuni sabiex jiddeċiedu tilwimiet fejn l-Unjoni tkun parti (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150909">9 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑506/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:562">EU:C:2015:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Alfamicro vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑14/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:159">EU:C:2019:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>CSUE vs KF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑14/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:492">EU:C:2020:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>ADR Center vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:576">EU:C:2020:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li, fil-każ ta’ kuntratt li jorbot lir-rikorrent ma’ waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tista’ biss titressaq kawża quddiem il-qrati tal-Unjoni skont l-Artikolu 263 TFUE jekk l-att ikkontestat ikun intiż li jipproduċi effetti legali vinkolanti li ma jaqgħux taħt ir-relazzjoni kuntrattwali li torbot lill-partijiet u li jimplikaw l-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika mogħtija lill-istituzzjoni kontraenti fil-kwalità tagħha ta’ awtorità amministrattiva (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150909">9 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑506/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:562">EU:C:2015:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Alfamicro vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑14/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:159">EU:C:2019:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>ADR Center vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:576">EU:C:2020:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni ma tistax tadotta deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kuntrattwali li ma fihomx klawżola ta’ arbitraġġ favur il-qorti tal-Unjoni u li, minħabba f’hekk, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru. Fil-fatt, l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni mill-Kummissjoni fl-assenza ta’ klawżola ta’ arbitraġġ twassal għar-restrizzjoni tal-ġurisdizzjoni ta’ dawn l-aħħar qrati peress li l-qorti tal-Unjoni takkwista ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ din id-deċiżjoni. Il-Kummissjoni tista’ għalhekk tevita sistematikament it-tqassim tal-ġurisdizzjoni bejn il-qorti tal-Unjoni u l-qrati nazzjonali stabbilit fid-dritt primarju mfakkar fil-punti 72 sa 74 ta’ din is-sentenza. Għalhekk, is-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjonijiet li jikkostitwixxu titolu eżekuttiv fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kuntrattwali għandha tiġi limitata għal kuntratti li jinkludu klawżola ta’ arbitraġġ li tattribwixxi ġurisdizzjoni lill-qorti tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>ADR Center vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:576">EU:C:2020:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, iċċitata fil-punt 90 tad-digriet appellat, meta l-qorti tal-Unjoni tiġi adita b’rikors għal annullament ippreżentat abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, hija għandha tevalwa l-legalità tal-att ikkontestat biss fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, peress li l-appellant jista’ jinvoka n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali jew il-ksur tad-dritt applikabbli għall-kuntratt ikkonċernat biss fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 272 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali għandha l-konsegwenza li l-qorti tal-Unjoni, adita b’rikors għal annullament ippreżentat kontra deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv, liema deċiżjoni tkun att adottat bis-saħħa ta’ kompetenza proprja u distinta mir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-partijiet, tiddikjara bħala inammissibbli kull motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali jew il-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt ikkonċernat, sakemm ma jkunx possibbli, taħt ċerti kundizzjonijiet li jirrigwardaw mhux biss ir-rieda ta’ din il-qorti, iżda wkoll il-fatt li r-rikorrent ma joġġezzjonax espressament għall-eżistenza ta’ dawn il-motivi bbażati fuq ksur tar-regoli li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali, li l-motivi invokati jiġu kklassifikati mill-ġdid (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>ADR Center vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:576">EU:C:2020:576</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-Qorti Ġenerali, wara li fakkret, fil-punt 92 tad-digriet appellat, li kien hemm lok li jiġi evalwat kull wieħed mill-motivi invokati, ċaħdet bħala inammissibbli l-ewwel u t-tielet sas-seba’ motiv tar-rikors fl-ewwel istanza, b’mod partikolari minħabba li l-argumenti invokati f’tali motivi kienu jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-klawżoli tal-kuntratti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali li tagħmel distinzjoni skont jekk il-motivi invokati fil-kuntest ta’ rikors għandhomx jitqiesu mill-qorti tal-Unjoni li hija adita bihom bħala li huma bbażati fuq wieħed mill-ksur jew każijiet imsemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jew, għall-kuntrarju, li huma bbażati fuq nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-klawżoli tal-kuntratt ikkonċernat jew fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikabbli għal dan il-kuntratt, kienet teħtieġ li r-rikorrent jippreżenta r-rikors tiegħu wkoll abbażi tal-Artikolu 272 TFUE. Minħabba dan, din il-ġurisprudenza ma tistax tiggarantixxi li l-kwistjonijiet kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti għat-tilwima jiġu eżaminati sabiex tiġi ggarantita protezzjoni ġudizzjarja effettiva prevista fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-fatt, sabiex qorti tkun tista’ tiddeċiedi dwar kontestazzjoni marbuta mad-drittijiet u mal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni b’osservanza tal-Artikolu 47 tal-Karta, din il-qorti għandu jkollha ġurisdizzjoni sabiex teżamina l-kwistjonijiet kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti għall-kawża li tkun adita biha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121106">6 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Otis <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:684">EU:C:2012:684</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>ADR Center vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/17P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:576">EU:C:2020:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, meta l-qorti tal-Unjoni tkun adita, skont l-Artikolu 263 TFUE, b’rikors għal annullament fil-kuntest ta’ kawża li tirrigwarda deċiżjoni meħuda abbażi tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, bħal waqt l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv li jifformalizza kreditu kuntrattwali, din il-qorti tintalab tieħu konjizzjoni kemm tal-motivi li jikkontestaw din id-deċiżjoni minħabba l-eżerċizzju mill-istituzzjoni tal-prerogattivi tagħha ta’ awtorità pubblika kif ukoll dawk li jikkontestaw l-obbligi kuntrattwali li wasslu għall-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>ADR Center vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:576">EU:C:2020:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk il-partijiet jiddeċiedu, fil-kuntratt tagħhom, permezz ta’ klawżola ta’ arbitraġġ, li jattribwixxu lill-qorti tal-Unjoni l-ġurisdizzjoni li tieħu konjizzjoni tat-tilwim relatat ma’ dan il-kuntratt, din il-qorti jkollha ġurisdizzjoni, indipendentement mid-dritt applikabbli stipulat fil-kuntratt, sabiex tevalwa l-possibbiltà ta’ ksur tal-Karta u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li meta l-Kummissjoni teżegwixxi kuntratt, hija tibqa’ suġġetta għall-obbligi tagħha skont il-Karta u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, il-fatt li d-dritt applikabbli għall-kuntratt ikkonċernat ma jiżgurax l-istess garanziji bħal dawk mogħtija mill-Karta u mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ma jeżonerax lill-Kummissjoni milli tiżgura l-osservanza tagħhom fir-rigward tal-kokontraenti tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>ADR Center vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:576">EU:C:2020:576</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, il-qorti tal-Unjoni għandha tevalwa l-legalità tal-att ikkontestat biss fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni u li nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-klawżoli tal-kuntratt ikkonċernat jew ksur tad-dritt applikabbli għal dan il-kuntratt jistgħu jiġu invokati biss fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 272 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-ewwel aggravju ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju, IAE ssostni li l-Qorti Ġenerali qieset, b’mod żbaljat, fil-punt 98 tad-digriet appellat, li l-argument espost fir-replika kien jikkonsisti fl-invokazzjoni ta’ motivi ġodda, intiżi sabiex jirriformulaw l-ewwel motiv imqajjem fir-rikors fl-ewwel istanza. B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-argument li jinsab fir-replika. Fil-fatt, dawn l-argumenti ma jikkostitwixxux talba ġdida, iżda biss preċiżazzjonijiet tal-motivi invokati fir-rikors promotur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala manifestament infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, kif tixhed l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>barra minn hekk<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, ir-raġunament li jinsab fil-punt 98 tad-digriet appellat huwa żviluppat għall-finijiet ta’ kompletezza fir-rigward ta’ dak li jinsab fil-punt 97 ta’ dan id-digriet, fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-ewwel aggravju għandu jitqies bħala inammissibbli sa fejn l-argument li jinkludi dan l-aggravju huwa relatat mal-interpretazzjoni ta’ klawżoli kuntrattwali u konsegwentement, bħala tali, ma jistax jiġi invokat fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ippreżentat abbażi tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Il-motivi intiżi kontra raġunament f’deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li jsir għall-finijiet ta’ kompletezza ma jistgħux iwasslu għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni u għalhekk huma ineffettivi (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191211">11 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Mytilinaios Anonymos Etairia – Omilos Epicheiriseon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑332/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1065">EU:C:2019:1065</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0137">137</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala ineffetiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju, IAE tallega li l-Qorti Ġenerali, minn naħa, fil-punti 113 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> kif ukoll fil-punti 124 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tad-digriet appellat, ma ħaditx debitament inkunsiderazzjoni l-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam tal-awditu, u lanqas, konsegwentement, il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, ma mmotivatx b’mod suffiċjenti fid-dritt kif it-tielet u s-sitt motiv invokati insostenn tar-rikors fl-ewwel istanza kellhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Skont IAE, mill-Artikolu 317 TFUE jirriżulta li l-Kummissjoni għandha wkoll taġixxi skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba fil-qasam tal-awditu. Barra minn hekk, konformement mal-premessa 33 u mal-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tosserva ċerti prinċipji kontabbli ġeneralment aċċettati, b’mod partikolari dak li jirrigwarda l-permanenza tal-metodi ta’ kontabbiltà. Dawn il-prinċipji ma japplikawx għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni biss fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, iżda jistgħu jiġu invokati fil-konfront tagħhom fil-kuntest ta’ kull azzjoni mressqa, inkluż fil-qasam kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-awditu taqa’ taħt l-interpretazzjoni tal-klawżoli kuntrattwali u ma tistax tkun is-suġġett ta’ eżami mill-qorti tal-Unjoni fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, meta, għall-kuntrarju, hija kellha tieħu inkunsiderazzjoni dawn ir-regoli sabiex tikkonkludi li kien hemm ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-provi prodotti minn IAE, inkwantu ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatti u d-dokumentazzjoni ppreżentati minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fir-rigward, l-ewwel nett, ta’ allegat nuqqas ta’ motivazzjoni tad-digriet appellat, hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-Qorti Ġenerali jobbligaha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament li tkun segwiet, b’mod li jippermetti lill-persuni kkonċernati<?PAGE NO="14"?> jkunu jafu bil-ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni meħuda u lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:603">EU:C:2010:603</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0136">136</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Rose Vision vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:358">EU:C:2016:358</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, mill-punti 114 sa 118 u 124 sa 126 tad-digriet appellat jirriżulta li ma jistax jiġi validament argumentat li l-Qorti Ġenerali naqset milli timmotiva r-raġunijiet li għalihom it-tielet u s-sitt motiv invokati minn IAE insostenn tar-rikors tagħha għal annullament kellhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-kuntest tal-eżami tat-tielet motiv, il-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punt 115 tad-digriet appellat, li l-kontestazzjonijiet magħmula minn IAE fir-rigward tar-rapport ta’ awditu finali kienu diffiċilment komprensibbli u, fi kwalunkwe każ, b’ebda mod sostnuti, u ddeċidiet li għaldaqstant kellhom jiġu miċħuda bħala manifestament inammissibbli. Fir-rigward tal-ksur tal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, il-Qorti Ġenerali rreferiet għall-eżami mwettaq fil-punti 107 sa 122 tad-digriet appellat sabiex tikkonkludi li l-argument invokat minn IAE f’dan ir-rigward kellu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sitt motiv, il-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punti 124 u 125 tad-digriet appellat, li d-dispożizzjonijiet li tirreferi għalihom IAE kienu jikkostitwixxu regoli li joriġinaw minn korpi terzi jew li ma għandhomx effetti vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tieni nett, tal-argument ibbażat fuq allegat żball ta’ liġi li wettqet il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi, huwa biżżejjed li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-appell huwa limitat għal kwistjonijiet ta’ dritt u li hija biss il-Qorti Ġenerali li għandha kompetenza sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti rilevanti kif ukoll sabiex tevalwa l-provi, bla ħsara għall-iżnaturament tagħhom (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060718">18 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Rossi vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:494">EU:C:2006:494</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070913">13 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il Ponte Finanziaria vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑234/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:514">EU:C:2007:514</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, sa fejn IAE ma ssostnix li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti jew il-provi, iżda sempliċement tafferma li din wettqet żball fl-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi li ġew ippreżentati quddiemha, dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tielet nett, tal-applikazzjoni tal-Artikolu 317 TFUE u tar-Regolament Finanzjarju, għandu jitfakkar li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija limitata għall-evalwazzjoni tal-konstatazzjonijiet li jkunu saru fid-dritt fir-rigward tal-motivi invokati quddiem il-qrati tal-ewwel istanza. Fil-fatt, li kieku parti titħalla tinvoka għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja motiv li hija ma tkunx invokat quddiem il-Qorti Ġenerali, dik il-parti tkun qiegħda titħalla tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kompetenza tagħha fejn jidħol appell hija limitata, b’tilwima iktar estiża minn dik imressqa quddiem il-Qorti Ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940601">1 ta’ Ġunju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Brazzelli Lualdi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑136/92 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:211">EU:C:1994:211</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, għandu jiġi rrilevat li huwa minnu li IAE ma kinitx invokat tali argument quddiem il-Qorti Ġenerali, iżda sempliċement allegat il-ksur ta’ ċerti dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tal-awditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Madankollu, sa fejn mill-punt 83 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-Kummissjoni hija obbligata tosserva d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE kif ukoll dawk tar-Regolament Finanzjarju, kemm jekk taġixxi bħala parti kontraenti f’relazzjonijiet kuntrattwali li jorbtuha ma’ individwu kif ukoll jekk tadotta, fil-kwalità tagħha ta’ awtorità amministrattiva, deċiżjonijiet li għandhom is-saħħa eżekuttiva, il-fatt li IAE issa tagħmel riferiment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 317 TFUE u tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ma għandux iwassal sabiex jitqies li dan l-argument għandu portata differenti minn dik invokata quddiem il-Qorti Ġenerali. L-imsemmi argument għandu jitqies li huwa l-estensjoni ta’ lment invokat inizjalment fir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-Qorti Ġenerali ċaħdet dan l-ilment minħabba b’mod partikolari li l-argument żviluppat fih kien jikkonsisti f’sempliċi allegazzjonijiet, diffiċilment komprensibbli u, fi kwalunkwe każ, b’ebda mod sostnuti u li dan l-argument ma kien jagħmel ebda riferiment għar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, u li l-argument invokat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jistax jirrimedjahom, l-imsemmi lment għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tar-raba’ aggravju, IAE tallega li l-Qorti Ġenerali qieset li t-talba tagħha intiża sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-Unjoni għal arrikkiment indebitu kienet infondata, għas-sempliċi raġuni li kienet teżisti rabta kuntrattwali bejn il-partijiet, mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċju li l-Kummissjoni kisbet mis-servizz ipprovdut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti ta’ dan l-aggravju, IAE ssostni li l-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li t-talba tagħha għad-danni ma kinitx sostnuta, minkejja li tali talba kienet ibbażata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>neċessarjament<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fuq is-servizz li hija kienet diġà pprovdiet u fuq l-ispejjeż li hija kienet diġà sostniet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li r-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti tar-raba’ aggravju, għandu jitfakkar li, sabiex ikun jista’ jintlaqa’ rikors ibbażat fuq l-arrikkiment indebitu, huwa essenzjali li l-arrikkiment ma jkollu ebda bażi legali valida. Din il-kundizzjoni ma tkunx issodisfatta, b’mod partikolari, meta l-arrikkiment jirriżulta minn obbligi kuntrattwali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Masdar (UK) vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:726">EU:C:2008:726</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Agrana Zucker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑309/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:531">EU:C:2011:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali kienet korretta meta, wara li fakkret il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 109 ta’ din is-sentenza, ikkonkludiet, fil-punt 133 tad-digriet appellat, li l-allegat arrikkiment tal-Kummissjoni kien ibbażat fuq il-kuntratti MARE, Senior u ECRN, li kienu jorbtuha ma’ IAE, b’tali mod li dan l-arrikkiment ma setax jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>indebitu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens tal-ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel parti tar-raba’ aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tar-raba’ aggravju, hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, huwa suġġett għall-eżistenza ta’ numru ta’ kundizzjonijiet, jiġifieri l-illegalità tal-aġir allegat fil-konfront tal-istituzzjoni tal-Unjoni, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir tal-istituzzjoni u d-dannu invokat (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141014">14 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Giordano vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑611/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2282">EU:C:2014:2282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Madankollu, fil-każ ineżami, peress li r-rikors fl-ewwel istanza ma kien jinkludi ebda element li jippermetti li tiġi ssostanzjata t-talba għad-danni, il-Qorti Ġenerali ġustament ċaħdet, fil-punt 138 tad-digriet appellat, din it-talba bħala manifestament inammissibbli, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 44(1) tar-Regoli<?PAGE NO="16"?> tal-Proċedura tagħha. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ma tistax validament issostni li hija setgħet tevita l-osservanza tar-rekwiżiti formali stabbiliti f’dawn id-dispożizzjonijiet sa fejn it-talba tagħha kienet ibbażata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>neċessarjament<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fuq is-servizz li hija kienet diġà pprovdiet u fuq l-ispejjeż li hija kienet diġà sostniet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tieni parti tar-raba’ aggravju għandha wkoll tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li jintlaqa’ dan l-appell u, għaldaqstant, li d-digriet appellat jiġi annullat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rinviju tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ taqta’ l-kawża hija stess b’mod definittiv, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tista’ tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, peress li l-ewwel u t-tielet sas-seba’ motiv invokati fil-kuntest tar-rikors fl-ewwel istanza ġew miċħuda fid-digriet appellat bħala manifestament inammissibbli, minħabba li kienu bbażati fuq l-interpretazzjoni, jew anki fuq l-allegat nuqqas ta’ eżekuzzjoni, tal-klawżoli tal-kuntratti inkwistjoni u mhux fuq il-ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Peress li l-kawża qiegħda tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, l-ispejjeż marbuta ma’ din il-proċedura ta’ appell għandhom jiġu rriżervati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑539/13</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:235">EU:T:2016:235</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa annullat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża T-539/13 għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>