<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTC.1001083501.case.xml"><NO.CASE>C-449/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CO0449</NO.CELEX><NO.SEQ>0042.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-10837</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-10845</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><LEFT>DIGRIET TAT-<DATE ISO="20101028">28.10.2010</DATE> — KAWŻA C-449/09</LEFT><RIGHT>CANON</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P>tat-<DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C-449/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20091030">30 ta’ Ottubru 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Canon Kabushiki Kaisha</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>IPN Bulgaria OOD,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J.-J. Kasel, President ta’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tal-Ħames Awla, M. Ilešič (Relatur) u E. Levits, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-10838"?><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P><P>peress li l-Qorti tal-Ġustizzja qed tipproponi li tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha,</P><P>wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-<DATE ISO="19881221">21 ta’ Diċembru 1988</DATE>, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-kumpannija skont id-dritt Ġappuniż Canon Kabushiki Kaisha (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Canon<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u IPN Bulgaria OOD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>IPN Bulgaria<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kumpannija skont id-dritt Bulgaru, fir-rigward ta’ prodotti mmanifatturati minn Canon u mibgħuta, mingħajr il-kunsens tagħha, lejn il-Bulgaria minn Stat terz, b’IPN Bulgaria bħala d-destinatarja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10839"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 89/104</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 89/104, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Drittijiet mogħtija minn trade mark<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, kien jiddisponi fil-paragrafu (1)(a) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>It-trade mark reġistrata għandha tagħti l-proprjetarju drittijiet esklussivi fuqha. Il-proprjetarju għandu jkun intitolat li jimpedixxi terzi persuni kollha li ma għandhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw matul il-kummerċ:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kwalunkwe sinjal li hu identiku mat-trade mark fejn għandhom x’jaqsmu merkanzija jew servizzi li huma identiċi għal dawk li t-trade mark hi reġistrata [għalihom];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu (3) tal-istess Artikolu, jista’ b’mod partikolari jiġi pprojbit:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>a)</NO.P><TXT>li jitwaħħal is-simbolu ma’ l-merkanzija jew ma’ l-imballaġġ ta’ dan;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li joffru l-merkanzija, jew li jqiegħduhom fuq is-suq jew li jaħżnuhom għal dawn l-iskopijiet taħt dak is-sinjal, jew li joffru u jfornu servizzi kif jidhru hawn taħt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jimpurtaw jew jesportaw il-merkanzija taħt is-simbolu;</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10840"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/104, fil-verżjoni inizjali tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn trade mark<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, kien jiddisponi fil-paragrafu (1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>It-trade mark ma tagħtix lill-proprjetarju d-dritt li jipprojbixxi l-użu tagħha fir-rigward ta’ merkanzija li tqiegħdet fuq is-suq [fil-Komunità] taħt dik it-trade mark mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 65(2) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 1, p. 3</REF.DOC.OJ>), moqri flimkien mal-punt 4 tal-Anness XVII ta’ dan il-ftehim, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 89/104 fil-verżjoni inizjali tagħha ġie adattat għall-finijiet tal-imsemmi ftehim, fejn l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>fil-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> ġiet mibdula bil-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>fit-territorju ta’ parti kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Direttiva 89/104 ġiet imħassra bid-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2008">ĠU L 299, p. 25</REF.DOC.OJ>), li daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="20081128">28 ta’ Novembru 2008</DATE>. Madankollu, il-kwistjoni fil-kawża prinċipali għadha rregolata, fid-dawl tad-data meta seħħew il-fatti, bid-Direttiva 89/104.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Canon tipproduċi kameras, copiers, printers u apparat ieħor. Il-prodotti tagħha huma distribwiti taħt is-sinjal verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>CANON<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Fl-Unjoni Ewropea, dan is-sinjal huwa rreġistrat bħala trade mark Komunitarja u, f’diversi Stati Membri, inkluż fir-Repubblika tal-Bulgarija, bħala trade mark nazzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10841"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>B’ittra tad-<DATE ISO="20080429">29 ta’ April 2008</DATE>, id-Direttorat Reġjonali Doganali ta’ Bourgas (il-Bulgarija) innotifika lil rappreżentant ta’ Canon li kien żamm, fit-<DATE ISO="20080422">22 ta’ April 2008</DATE>, tagħbija ta’ cartridges tal-linka bit-trade mark CANON. Din it-tagħbija kienet provenjenti minn Hong Kong (iċ-Ċina) u kienet ġiet introdotta fil-Bulgarija permezz tal-port ta’ Bourgas. Id-destinatarja tat-tagħbija kienet IPN Bulgaria.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20080516">16 ta’ Mejju 2008</DATE>, is-Sofiyski gradski sad (qorti tal-belt ta’ Sofia) ordnat, fuq talba ta’ Canon u bħala miżura kawtelatorja, il-konfiska tal-prodotti inkwistjoni. Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata bid-digriet tas-<DATE ISO="20080626">26 ta’ Ġunju 2008</DATE> tas-Sofiyski apelativen sad (qorti tal-appell ta’ Sofia). Minħabba l-konfiska tagħhom, l-imsemmija prodotti tpoġġew f’maħżen temporanju fi ħdan id-Direttorat Reġjonali Doganali ta’ Bourgas.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Canon ħarrket lil IPN Bulgaria quddiem is-Sofiyski gradski sad, fejn akkużatha li kisret, bl-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, id-drittijiet esklussivi mogħtija mit-trade mark CANON.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-kawża, ġie kkonstatat li l-cartridges tal-linka inkwistjoni huma prodotti awtentiċi tat-trade mark CANON u għandhom għalhekk jitqiesu bħala prodotti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>oriġinali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-ġarr ta’ dawn il-prodotti lejn il-Bulgarija seħħ mingħajr il-kunsens ta’ Canon. Min-naħa l-oħra, IPN Bulgaria tikkontesta li kien hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. F’dan ir-rigward, hija ssostni li l-prodotti msemmija ġew ordnati mingħandha minn klijent stabbilit fis-Serbja, b’tali mod li t-trasport tagħhom lejh minn fuq it-territorju Bulgaru kien jikkostitwixxi tranżitu estern.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-liġi, il-partijiet ma jaqblux dwar jekk il-proprjetarju ta’ trade mark jistax jipprojbixxi lil terza persuna milli tintroduċi fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) prodotti oriġinali li għandhom din it-trade mark mingħajr il-kunsens tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10842"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Matul din il-proċedura, il-Varhoven kasatsionen sad (Qorti Suprema tal-Kassazzjoni) ħadet deċiżjoni ta’ interpretazzjoni f’dan ir-rigward, fejn iddeċidiet li s-sempliċi fatt li jiġu importati prodotti oriġinali minn Stat terz mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark imwaħħla fuq dawn il-prodotti ma tikkostitwixxix ksur tad-drittijiet esklussivi mogħtija mit-trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li kellha dubji dwar il-kompatibbiltà bejn l-imsemmija deċiżjoni ta’ interpretazzjoni u d-dritt tal-Unjoni, is-Sofiyski gradski sad iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Sa fejn l-Artikolu 5 tad-[Direttiva 89/104] jagħti lill-proprjetarju tat-trade mark id-dritt esklussiv li jipprobixxi lil kulħadd milli juża fil-kummerċ, mingħajr il-kunsens tiegħu, sinjal identiku għat-trade mark, inkluż li jimporta u li jesporta prodotti li għandhom dan is-sinjal, [din] id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li d-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark jinkludu d-dritt li jipprojbixxi użu tat-trade mark li jikkonsisti fl-importazzjoni ta’ prodotti oriġinali mingħajr il-kunsens tiegħu, filwaqt […] li d-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark ma jkunux eżawriti fis-sens tal-Artikolu 7 tad-direttiva msemmija?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura, fil-każ li t-tweġiba għal domanda għal deċiżjoni preliminari tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, wara li tkun semgħet lill-Avukat Ġenerali, tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat, li jkun fih referenza għall-ġurisprudenza kkonċernata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10843"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dan huwa l-każ f’dak li jirrigwarda t-talba għal deċiżjoni preliminari preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Min-naħa waħda, fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fis-sens tal-Artikolu 5(3)(ċ), tad-Direttiva 89/104, għandu jiġi mfakkar li, fis-sentenza tat-<DATE ISO="20051018">18 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Class International (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-405/03" PAGE.ECR="I-8735" YEAR="2005">C-405/03, Ġabra p. I-8735</REF.DOC.ECR>, punti 42 sa 44), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fil-każ fejn il-prodotti oriġinali mibgħuta lejn Stat Membru minn Stat terz ikunu għadhom ma tpoġġewx fiċ-ċirkolazzjoni, iżda jkunu tpoġġew f’sistema ta’ depożitu doganali, ma jkunx hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, il-proprjetarju tat-trade mark jista’, fir-rigward ta’ dawk il-prodotti introdotti b’mod materjali fiż-ŻEE, iżda li jkunu għadhom ma tpoġġewx fiċ-ċirkolazzjoni, jinvoka b’mod utli ksur tad-drittijiet esklużivi tiegħu, b’applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) u (3)(b) tad-Direttiva 89/104, meta jiġi stabbilit li l-prodotti msemmija jkunu s-suġġett ta’ bejgħ jew ta’ offerta għall-bejgħ li neċessarjament timplika t-tpoġġija tagħhom fis-suq fiż-ŻEE (sentenza Class International, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>B’applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk IPN Bulgaria tridx tpoġġi fis-suq fiż-ŻEE il-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jew inkella toffri jew tbigħ dawn il-prodotti lil kummerċjant ieħor li, neċessarjament, ipoġġihom fis-suq fiż-ŻEE (ara, b’analoġija, is-sentenza Class International, iċċitata iktar ’il fuq, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwarda d-domanda, li essenzjalment saret mill-qorti tar-rinviju, dwar jekk l-Artikolu 5 tad-Direttiva 89/104 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-ŻEE, mingħajr il-kunsens tiegħu, ta’ prodotti oriġinali li għandhom din it-trade mark, għandu jiġi kkonstatat li minn diversi sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tirriżulta risposta fil-pożittiv għal din id-domanda.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10844"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 26 tas-sentenza tas-<DATE ISO="19980716">16 ta’ Lulju 1998</DATE>, Silhouette International Schmied (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-355/96" PAGE.ECR="I-4799" YEAR="1998">C-355/96, Ġabra p. I-4799</REF.DOC.ECR>), li d-Direttiva 89/104 ma tistax tiġi interpretata fis-sens li tħalli lill-Istati Membri l-possibbiltà li jipprovdu fid-dritt nazzjonali tagħhom l-eżawriment tad-drittijiet ikkonferiti mit-trade mark għal prodotti li jkunu tpoġġew fis-suq fi Stati terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’sentenzi ulterjuri, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, fid-dawl tas-sentenza Silhouette International Schmied, iċċitata iktar ’il fuq, l-effett tad-Direttiva 89/104 huwa li tillimita l-eżawriment tad-dritt mogħti lill-proprjetarju tat-trade mark għal dawk il-każijiet biss fejn il-prodotti huma mqiegħda fis-suq fiż-ŻEE u li b’hekk tippermetti lill-proprjetarju li jikkontrolla l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-ŻEE ta’ prodotti mogħnija bit-trade mark tiegħu (sentenzi tal-<DATE ISO="20011120">20 ta’ Novembru 2001</DATE>, Zino Davidoff u Levi Strauss, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-414/99+C-415/99+C-416/99" PAGE.ECR="I-8691" YEAR="2001">C-414/99 sa C-416/99, Ġabra p. I-8691</REF.DOC.ECR>, punt 33; tat-<DATE ISO="20030408">8 ta’ April 2003</DATE>, Van Doren + Q, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-244/00" PAGE.ECR="I-3051" YEAR="2003">C-244/00, Ġabra p. I-3051</REF.DOC.ECR>, punt 26, kif ukoll tat-<DATE ISO="20041130">30 ta’ Novembru 2004</DATE>, Peak Holding, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-16/03" PAGE.ECR="I-11313" YEAR="2004">C-16/03, Ġabra p. I-11313</REF.DOC.ECR>, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Isegwi li, meta l-prodotti mogħnija minn trade mark ma jkunux preċedentement tpoġġew fis-suq fiż-ŻEE mill-proprjetarju ta’ din it-trade mark jew bil-kunsens tiegħu, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 89/104 jagħti lill-imsemmi proprjetarju dritt esklussiv li jippermettilu li jipprojbixxi lil kull terz, b’mod partikolari, li jimporta l-prodotti msemmija, li joffrihom, li jpoġġihom fis-suq jew li jżommhom għal dawn il-finijiet (ara s-sentenza Peak Holding, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza kollha jirriżulta li, fil-każ fejn il-qorti tar-rinviju tikkonkludi, fl-aħħar tal-verifika tal-fatti msemmija fil-punt 20 ta’ dan id-digriet, li IPN Bulgaria trid tpoġġi fis-suq fiż-ŻEE il-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jew inkella toffri jew tbigħ dawn il-prodotti lil kummerċjant ieħor li, neċessarjament, ipoġġihom fis-suq fiż-ŻEE, minn liema konklużjoni jkun jirriżulta, fid-dawl tal-elementi ta’ fatt mhux ikkontestati tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, li din tkun l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-ŻEE ta’ prodotti oriġinali mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark,<?PAGE NO="I-10845"?> għandha tiġi applikata l-imsemmija ġurisprudenza li tgħid li l-imsemmi proprjetarju jista’ jopponi l-imsemmi tqegħid fis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ir-risposta għad-domanda li saret għandha tkun li l-Artikolu 5 tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-ŻEE, mingħajr il-kunsens tiegħu, ta’ prodotti oriġinali li għandhom dik it-trade mark.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-<DATE ISO="19881221">21 ta’ Diċembru 1988</DATE>, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea, mingħajr il-kunsens tiegħu, ta’ prodotti oriġinali li għandhom dik it-trade mark.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></ORDER>