|
15.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9025 — Pizza Hut/Telepizza)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 414/15)
1.
Fis-7 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Pizza Hut International, LLC (“Pizza Hut”, l-Istati Uniti tal-Amerika), li tappartjeni għall-grupp YUM! (l-Istati Uniti tal-Amerika) |
|
— |
Telepizza Group, S.A. (“Telepizza”, Spanja). |
Pizza Hut tidħol f’amalgamazzjoni sħiħa fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ma’ Telepizza.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ ftehimiet.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Pizza Hut: operazzjoni, direttament jew permezz ta’ master franchisees u franchisees, ta’ ristoranti tal-pizza bil-marka tad-ditta Pizza Hut f’aktar minn 100 pajjiż f’sitt kontinenti,
— Telepizza: operazzjoni, direttament jew permezz ta’ master franchisees u franchisees, ta’ ristoranti tal-pizza bil-marka tad-ditta Telepizza f’aktar minn 20 pajjiż, b’mod partikolari Spanja u l-Portugall.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
Il-Każ M.9025 — Pizza Hut/Telepizza
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).