Official Journal L 293 , 09/10/1992 P. 0018 - 0018
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0022
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0022
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ottubru 1992 fuq il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Jute u Prodotti tal-Jute, ta' l-1989 (92/489/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikoli 113 u 116 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi, skond id-Deċiżjoni Nru 91/51/KEE [1], il-Komunità u l-Istati Membri tagħha iffirmaw il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Jute u l-Prodotti tal-Jute, ta' l-1989, u, bl-eċċezzjoni tal-Portugall, innotifikaw l-applikazzjoni provviżorja tiegħu pendenti l-konklużjoni tal-proċeduri interni rikjesti għall-approvazzjoni tiegħu; Billi n-numru ta' gvernijiet u l-perċentwali ta' importazzjoni netta speċifikata fl-Artikolu 40(1) għad-dħul fis-seħħ definittiv tal-Ftehim issa nqabeż; Billi l-Istati Membri kollha indikaw ix-xewqa tagħhom li japprovaw il-Ftehim; Billi l-Ftehim issa għandu jiġi approvat u l-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom, jaġixxu simultanjament, jinnotifikaw lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bl-approvazzjoni tagħhom tal-Ftehim, IDDEĊIDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Jute u l-Prodotti tal-Jute, ta' l-1989, hu b' dan approvat għan-nom tal-Komunità. Billi jaġixxu simultanjament, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom, malli jintemmu r-rekwiżiti tal-proċeduri interni, jinnotifikaw lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bl-approvazzjoni tagħhom, bħala importaturi, tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Jute u l-Prodotti tal-Jute, ta' l-1989, skond l-Artikolu 37 tiegħu. It-test tal-Ftehim hu anness mad-Deċiżjoni 91/51/KEE. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtorizzat biex jinnomina l-persuni li jkollhom is-setgħa jiddepożitaw l-istrument ta' approvazzjoni għan-nom tal-Komunità. Magħmula fil-Lussemburgu, fil-5 ta' Ottubru 1992. F'isem il-Kunsill Il-President T. Garel-Jones [1] ĠU L 29, ta' l-4.2.1991, p. 1. --------------------------------------------------