European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3878

14.7.2026

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1484, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1709 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1708, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja

(C/2026/3878)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1484 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1709 (2) u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1708 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni u l-entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet, u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 u fir-Regolament (UE) 2024/1485 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet kkonċernati għall-possibbiltà li jsir rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2024/1485 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel l-14 ta' Settembru 2026 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 u l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2024/1485.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L, 2024/1484, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1484/oj.

(2)   ĠU L, 2026/1709, 13.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1709/oj.

(3)   ĠU L, 2024/1485, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1485/oj.

(4)   ĠU L, 2026/1708, 13.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1708/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3878/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)