Official Journal L 072 , 11/03/2004 P. 0052 - 0053
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 443/2004 ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 li jiffissa obligi ta’ konsenja għal zokkor tal-kannamiela li għandu jkun importat taħt il-Protokoll ACP u l-Ftehim ma l-Indja għall-perjodu ta’ konsenja 2003/2004 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 1159/2003 tat-30 ta’ Ġunju 2003 li jispeċifika regoli dettaljati ta’ l-applikazzjoni għas-snin tas-swieq 2003/2004, 2004/2005 u 2005/2006 għal importazzjoni taz-zokkor tal-kannamiela taħt ċerti kwoti ta’ tariffi u ftehim preferenzali w emendat Regolament (KE) Nmr 1464/95 u (KE) Nmr 779/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 9 ta’ Regolament (KE) Nmr 1159/2003 tispeċifika r-regoli dettaljati li jaqgħu taħt kodiċi CN 1701, espress f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad, għal importazzjoni li toriġina f’pajjiżi li huma firmatarji tal-Protokoll ACP u fl-Indja. (2) L-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3 u 7 tal-Protokoll ACP, l-Artikolu 3 u 7 tal-Ftehim ma l-Indja u l-Artikoli 11 u 12 ta’ Regolament (KE) Nmr 1159/2003 waslu lill-Kummissjoni tispeċifika l-obbligi ta’ konsenja għal 2003/2004, bil-kalkolazzjoni b’mod partikolari tad-differenza għal kull pajjiż bejn l-ammont ta’ konsenja obligatorja u l-kwantitajiet li kienu propjament importati matul perjodi ta’ konsenja li għaddew, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 L-obligi tal-konsenja għal importazzoni li toriġina mill-pajjiżi li huma firmatarji tal-Protokoll ACP u fl-Indja fejn għandhom x’jaqsmu prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 1701, espresso f’zokkor abjad ekwivalenti, fil-perjodu ta’ konsenja 2003/2004 għal kull pajjiż esportatur, huma hawnhekk iffissati skond l-Anness hawnhekk. L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Marzu 2004. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat minn Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nmr 39/2004 (ĠU L 6, ta’ l-10.1.2004, p. 16). [2] ĠU L 162, ta' l-1.7.3, p. 25. -------------------------------------------------- L-ANNESS Il-kwantitajiet ta’ obligi tal-konsenja għal importazzjoni ta’ zokkor preferenzali li joriġina f’dawk il-pajjiżi li huma firmatarji tal-Protokoll ACP u fl-Indja għaż-żmien ta’ konsenja 2003/2004, espress f’tunnellati metriċi ta’ zokkor abjad ekwivalenti, għandhom ikunu: ACP Protokoll/l-Indja Pajjiż li ffirma l-Ftehim | Obligazzjonijiet tal-konsenja 2003/2004 | Barbados | 50641,21 | Beliże | 38977,79 | Il-Kongo | 10186,10 | Fiġi | 161123,25 | Gujana | 153799,11 | L-Indja | 10000,00 | Ix-Xatt ta' l-Avorju | 10186,10 | il-Ġamajka | 118695,13 | Il-Kenja | 0,00 | il-Madagaskar | 18815,50 | il-Malawi | 20564,84 | il-Mawrixjus | 484278,72 | St Kitts u Nevis | 8804,51 | Is-Surinam | 0,00 | Sważiland | 111298,16 | Tanżanija | 10189,35 | Trinidad u Tobago | 42054,47 | Uganda | 0,00 | Żambja | 0,00 | Żimbabwe | 29799,89 | Total | 1279414,12 | --------------------------------------------------