31990R1012



Official Journal L 105 , 25/04/1990 P. 0005 - 0007
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0124
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0124


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1012/90

ta' l-20 ta'April 1990

li tikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana, kif l-aħħar emendata bir-Regolament Nru 323/90 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9,

Billi sabiex tkun assigurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma' l-imsemmi Regolament, huwa neċessarju illi jkunu adottati miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ipprovda regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha jew in parti bbażata fuqha u li żżid xi suddiviżjonijet addizzjonali magħha u li hi mwaqqfa b'dispożizzjonijiet tal-Komunità speċifiċi, bil-ħsieb għall-applikazzjoni ta' tariffa jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu man-negozju ta' oġġetti

Billi, skond l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma' dan ir-Regolament għandha tkun ikklassifikata skond il-kodiċi CN xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ipprovduti fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri li huma ipprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fi ħdan in-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi CN indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussell, l-20 ta'April 1990.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 36, tat-8.2.1990, p. 7.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni tal-kodiċi CN | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Ħwejjeġ ħief, mingħajr komma u minsuġa (100 % tal-qoton) maħsuba sabiex ikopru l-parti ta' fuq tal-ġisem li tasal sa aktar 'l isfel mill-qadd, ta' disinn fancy u ffabbrikati minn drapp ta' kulur wieħed. Hi għandha għonq tond mingħajr ftuħ u but minn barra fil-livell tas-sider (Ara r-ritratt Nru 408) | 62063000 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bit-testi tal-kodiċi CN 6206 u 62063000. Ara wkoll in-Nota Spjegattiva għall-kodiċi CN 6206 li tikkonċerna l-blużi, qomos u qomos-blużi. |

2.Ħwejjeġ ħfief, b'komma qasira ħafna u minsuġa (100 % tal-qoton) maħsuba sabiex ikopru l-parti ta' fuq tal-ġisem li tasal sa aktar 'l isfel mill-qadd, ta' disinn fancy u ffabbrikati minn drapp ta' kulur wieħed. Hi għandha għonq tond bi ftuħ parzjali fuq l-ispalla x-xellugija li tingħalaq permezz ta' qafla b'buttuna (Ara r-ritratt Nru 409) | 62063000 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bit-testi tal-kodiċi CN 6206 and 62063000. Ara wkoll in-Nota Spjegattiva għall-kodici CN 6206 li tikkonċerna l-blużi, qomos u qomos-blużi. |

3.Ħwejjeġ ħfief, b'komma qasira ħafna u minsuġa (100 % tal-qoton) maħsuba sabiex ikopru l-parti ta' fuq tal-ġisem li tasal sa aktar 'l isfel mill-qadd, ta' disinn fancy u ffabbrikati minn drapp ta' kulur wieħed hi għandha għonq tond mingħajr ftuħ u serje ta' piegi dekorattivi magħmula billi jinħietu fuq quddiem (Ara r-ritratt Nru 435) | 62063000 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bit-testi tal-kodiċi CN 6206 u 62063000. Ara wkoll in-Nota Spjegattiva għall-kodiċi CN 6206 li tikkonċerna l-blużi, qomos u qomos-blużi. |

4.Ħwejjeġ ħfief, mingħajr komma u minsuġa (100 % ta' fibri artifiċjali) maħsuba sabiex ikopru l-parti ta' fuq tal-ġisem li tasal sa aktar 'l isfel mill-qadd, ta' disinn fancy u maħdum minn drapp b'motivi stampati ta' kuluri differenti. Hi għandha għonq tond mingħajr ftuħ (Ara r-ritratt Nru 433) | 62064000 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maghquda u bit-testi tal-kodici CN 6206 u 62064000. Ara wkoll in-Nota Spjegattiva għall-kodiċi CN 6206 li tikkonċerna l-blużi, qomos u qomos-blużi. |

5.Ħwejjeg ħfief, mingħajr komma u minsuġa (100 % ta' fibri artifiċjali) maħsuba sabiex ikopru l-parti ta' fuq tal-ġisem li tasal sa aktar 'l isfel mill-qadd, ta' disinn fancy u ffabbrikati minn drapp b'motivi stampati ta' kulur wieed. Hi għandha għonq tond mingħajr ftuħ u għandha żewġ qasmiet fil-bażi (Ara r-ritratt Nru 434) | 62064000 | Il-klassifikazzjoni hi stabbilita bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maghquda u bit-testi tal-kodici CN 6206 u 62064000. Ara wkoll in-Nota Spjegattiva għall-kodiċi CN 6206 li tikkonċerna l-blużi, qomos u qomos-blużi. |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------