<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑554/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0554</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:835">EU:C:2016:835</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20161108">8.11.2016</DATE> – KAWŻA C‑554/14</P><P>OGNYANOV</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 17</KEYWORD><KEYWORD>Dritt li jirregola l-eżekuzzjoni ta’ kundanna</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni ta’ regola nazzjonali tal-Istat ta’ eżekuzzjoni li tipprovdi għal tnaqqis tal-piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà minħabba x-xogħol imwettaq mill-persuna kkundannata matul l-inkarċerazzjoni tagħha fl-Istat emittenti</KEYWORD><KEYWORD>Effetti legali tad-deċiżjonijiet qafas</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑554/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sofiyski gradski sad (qorti tal-belt ta’ Sofija, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20141125">25 ta’ Novembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20141203">3 ta’ Diċembru 2014</DATE>, u kkompletata fil-<DATE ISO="20141215">15 ta’ Diċembru 2014</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Atanas Ognyanov</HT></P></PLAINTIFS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Sofiyska gradska prokuratura,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, Viċi President, R. Silva de Lapuerta, M. Ilešič, J. L. da Cruz Vilaça u M. Berger (Relatur), Presidenti ta’ Awla J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev, C. Toader, M. Safjan, E. Jarašiūnas, C. G. Fernlund, C. Vajda, S. Rodin u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20160112">12 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Nederlandiż, minn M. Bulterman u M. Gijzen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Eberhard, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn D. Blundell u L. Barfoot, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Troosters, W. Bogensberger u V. Soloveytchik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160503">3 ta’ Mejju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 17(1) u (2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-<DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="27" DATE.PUB="2008">ĠU L 327, p. 27</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Deċizjoni Qafas 2008/909<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura dwar ir-rikonoxximent ta’ sentenza kriminali u l-eżekuzzjoni, fil-Bulgarija, ta’ piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà mogħtija minn qorti Daniża kontra Atanas Ognyanov.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Qafas 2008/909 issostitwiet, għall-maġġoranza tal-Istati Membri, sa mill-<DATE ISO="20111205">5 ta’ Diċembru 2011</DATE>, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, tal-<DATE ISO="19830321">21 ta’ Marzu 1983</DATE>, dwar it-trasferiment ta’ persuni kkundannati u l-protokoll addizzjonali tagħha tat-<DATE ISO="19971218">18 ta’ Diċembru 1997</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 5 ta’ din id-deċiżjoni qafas hija redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali huma element kruċjali biex tiġi żgurata kunfidenza reċiproka fost l-Istati Membri f’kooperazzjoni ġudizzjarja. Ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, li huma karatterizzati minn fiduċja reċiproka speċjali fis-sistemi legali ta’ Stati Membri oħrajn, jippermettu r-rikonoxximent mill-Istat ta’ esekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta’ l-Istat emittenti. Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat żvilupp ulterjuri tal-kooperazzjoni previst fl-istrumenti tal-Kunsill ta’ l-Ewropa li jikkonċernaw l-esekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali, b’mod partikolari fejn ċittadini ta’ l-Unjoni kienu s-suġġett ta’ sentenza kriminali u kienu sentenzjati għal piena ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà fi Stat Membru ieħor. [...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija deċiżjoni qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għan u Ambitu<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Deċiżjoni Qafas hija li tistabbilixxi r-regoli li taħthom Stat Membru, bil-ħsieb li jiffaċilita r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna sentenzjata, għandu jirrikonoxxi sentenza u jinforza l-piena.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika biss għar-rikonoxximent ta’ sentenzi u l-infurzar ta’ pieni fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Deċiżjoni Qafas. [...]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Rikonoxximent tas-sentenza u infurzar tal-piena<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tirrikonoxxi s-sentenza li tkun ġiet trasmessa [...] u għandha minnufih tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-infurzar tal-piena, sakemm ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal non-rikonoxximent jew non-infurzar previsti fl-Artikolu 9.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-piena tkun inkompatibbli mal-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni fir-rigward tat-tul tagħha, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tiddeċiedi li tadatta l-piena biss fejn dik il-piena taqbeż il-piena massima prevista għal reati simili taħt il-liġi nazzjonali tiegħu. Il-piena adattata m’għandhiex tkun anqas mill-piena massima prevista għal reati simili taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-piena tkun inkompatibbli mal-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni f’termini tan-natura tagħha, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tadattaha għall-piena jew għall-miżura prevista taħt il-liġi tagħha stess għal reati simili. Tali piena jew miżura għandha tikkorrispondi kemm jista’ jkun possibbli mal-piena imposta fl-Istat emittenti u għalhekk il-piena m’għandhiex tiġi konvertita f’piena pekunjarja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-piena adattata m’għandhiex taggrava l-piena li ngħatat fl-Istat emittenti fin-natura jew id-dewmien tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) ta’ din id-deċiżjoni qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Rikonoxximent u infurzar parzjali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tikkonsidra r-rikonoxximent tas-sentenza u l-infurzar [parzjali] tal-piena [...], hija tista’, qabel tiddeċiedi li tirrifjuta r-rikonoxximent tas-sentenza u l-infurzar tal-piena sħiħa, tikkonsulta lill-aworità kompetenti ta’ l-Istat emittenti bil-ħsieb li jinstab ftehim [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-imsemmija deċiżjoni qafas jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Sakemm l-infurzar tal-piena fl-Istat ta’ esekuzzjoni ma jkunx beda, l-Istat emittenti jista’ jirtira ċ-ċertifikat minn dak l-Istat, billi jagħti r-raġunijiet għal dan. Malli ċ-ċertifikat jiġi rtirat, l-Istat ta’ esekuzzjoni m’għandux jibqa’ jinforza l-piena.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Liġi li tirregola l-infurzar<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-infurzar ta’ piena għandu jkun irregolat bil-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. L-awtoritajiet ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni waħedhom għandhom, soġġett għall-paragrafi 2, u 3, jkunu kompetenti biex jiddeċiedu dwar il-proċeduri għall-infurzar u biex jiddeterminaw il-miżuri kollha relatati miegħu, inklużi r-raġunijiet għal liberazzjoni bikrija jew kondizzjonata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tnaqqas il-perijodu kollu ta’ ċaħda tal-libertà diġà skontata b’konnessjoni mal-piena li fir-rigward tagħha nħarġet is-sentenza mit-tul ta’ żmien totali taċ-ċaħda tal-libertà li għandu jiġi skontat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha, fuq talba, tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti dwar id-dispożizzjonijiet applikabbli għal-liberazzjoni bikrija jew kondizzjonata. L-Istat emittenti jista’ jaqbel ma’ l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet jew jista’ jirtira ċ-ċertifikat.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="017.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li kwalunkwe deċiżjoni dwar liberazzjoni bikrija jew kondizzjonata tista’ tieħu kont ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali indikati mill-Istat emittenti, li taħthom il-persuna għandha d-dritt għal-liberazzjoni bikrija jew kondizzjonata f’mument speċifiku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Is-sentenza mogħtija fl-Istat emittenti u trażmessa lill-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat. Fl-Anness I tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 hemm inkluż mudell ta’ dan iċ-ċertifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-punt i 2. ta’ dan il-mudell jirrigwarda d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[d]ettalji tat-tul tas-sentenza<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. B’hekk, l-Istat emittenti għandu jipprovdi informazzjoni, fl-ewwel lok, dwar it-tul totali tal-kundanna, f’jiem (punt i 2.1 taċ-ċertifikat), fit-tieni lok, dwar il-perijodu sħiħ ta’ ċaħda tal-libertà diġà skontat fil-kuntest tal-kundanna stabbilita fis-sentenza, f’jiem (punt i 2.2 taċ-ċertifikat) u, fit-tielet lok, dwar in-numru ta’ jiem li għandhom jitnaqqsu mill-perijodu totali tal-kundanna abbażi ta’ raġunijiet minbarra dawk previsti fil-punt 2.2 (punt i 2.3 taċ-ċertifikat).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fid-data ta’ din tal-aħħar, id-Deċiżjoni Qafas 2008/909 ma kinitx għadha ġiet trasposta fid-dritt Bulgaru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 41(3) tal-kodiċi kriminali (Nakazatelen kodeks):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Ix-xogħol imwettaq mill-persuna kkundannata għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għal finijiet ta’ tnaqqis tat-tul tal-piena b’tali mod li jumejn xogħol għandhom jiġu assimilati ma’ tlett ijiem priġunerija.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 457 tal-kodiċi tal-proċedura kriminali (Nakazatelno protsesualen kodeks, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>NPK<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), marbut ma’ kwistjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kundanna fil-kuntest tat-trasferiment ta’ persuni kkundannati, jipprovdi, fil-paragrafi 4 sa 6 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="457.004"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk it-tul massimu ta’ priġunerija previst mid-dritt tar-Repubblika tal-Bulgarija għar-reat kriminali mwettaq ikun inqas mit-tul mogħti fis-sentenza, il-qorti għandha tnaqqas il-piena mogħtija għal dan it-tul. Jekk id-dritt tar-Repubblika tal-Bulgarija ma jipprovdix priġunerija għar-reat kriminali mwettaq, il-qorti għandha tistabbilixxi piena li tikkorrispondi kemm jista’ jkun għall-kundanna mogħtija fis-sentenza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="457.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perijodu ta’ detenzjoni provviżorja u tal-piena diġà skontata fl-Istat tal-kundanna għandu jitnaqqas u – jekk il-kundanni huma differenti – dan għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-iffissar tat-tul tal-piena.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="457.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Il-pieni kumplimentarji mogħtija fis-sentenza għandhom jiġu eżegwiti jekk dawn ikunu previsti fid-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u ma jkunux ġew eżegwiti fl-Istat tal-kundanna.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont is-sentenza interpretattiva Nru 3/13, tat-<DATE ISO="20131112">12 ta’ Novembru 2013</DATE> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>sentenza interpretattiva<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), mogħtija mill-Varhoven kasatsionen sad (qorti suprema ta’ kassazzjoni, il-Bulgarija), l-Artikolu 457(5) tan-NPK, moqri flimkien mal-Artikolu 41(3) tal-kodiċi kriminali (Nakazatelen kodeks), għandu jiġi interpretat fis-sens li x-xogħol ta’ interess ġenerali mwettaq, fl-Istat tal-kundanna, mill-persuna Bulgara kkundannata u ttrasferita, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni bil-għan li dan jitnaqqas mill-piena, b’tali mod li jumejn xogħol għandhom jiġu assimilati ma’ tlett ijiem priġunerija, dment li l-Istat tal-kundanna ma jkunx diġà naqqas l-imsemmija piena bħala konsegwenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tispeċifika li hija marbuta b’din is-sentenza interpretattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju żżid li la l-liġi u lanqas is-sentenza interpretattiva ma tagħmel riferiment għad-dmir li hija tinforma lill-Istat emittenti jew li tiġbor l-osservazzjonijiet tiegħu u li tikseb il-kunsens tiegħu għall-applikazzjoni ta’ tali tnaqqis tal-piena mill-awtoritajiet kompetenti Bulgari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20121128">28 ta’ Novembru 2012</DATE>, ir-Retten i Glostrup (qorti ta’ Glostrup, id-Danimarka) ikkundannat lil A. Ognyanov, ċittadin Bulgaru, għal piena kumplessiva li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà ta’ ħmistax-il sena għal omiċidju volontarju u għal serq aggravat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Qabel dan, A. Ognyanov kien tpoġġa taħt detenzjoni provviżorja fid-Danimarka, mill-10 ta’ Jannar sat-<DATE ISO="20121128">28 ta’ Novembru 2012</DATE>, jiġifieri sad-data li fiha s-sentenza ta’ kundanna li ġiet imposta fuqu saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sussegwentment, mit-<DATE ISO="20121128">28 ta’ Novembru 2012</DATE> sal-<DATE ISO="20131001">1 ta’ Ottubru 2013</DATE>, data li fiha ġie ttrasferit lill-awtoritajiet Bulgari, huwa skonta, fid-Danimarka, parti mill-piena tiegħu li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Matul l-inkarċerazzjoni tiegħu fid-Danimarka, A. Ognyanov ħadem mit-<DATE ISO="20120123">23 ta’ Jannar 2012</DATE> sat-<DATE ISO="20130930">30 ta’ Settembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, għall-finijiet tat-trasferiment ta’ A. Ognyanov lill-awtoritajiet Bulgari, l-awtoritajiet Daniżi bbażaw ruħhom fuq id-Deċiżjoni Qafas 2008/909. Dawn tal-aħħar ressqu, quddiem l-awtoritajiet Bulgari, talba għal informazzjoni dwar il-piena li huma kienu jipprevedu li jimponu u r-regoli marbuta mal-ħelsien bikri applikabbli fil-Bulgarija. Barra minn hekk, huma indikaw espressament li d-dritt Daniż ma kienx jippermetti t-tnaqqis tal-piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà minħabba x-xogħol imwettaq matul l-eżekuzzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’data li ma ġietx speċifikata fid-deċiżjoni tar-rinviju, is-Sofiyska gradska prokuratura (prosekutur pubbliku tal-belt ta’ Sofija, il-Bulgarija) adixxa lill-qorti tar-rinviju, skont l-Artikolu 457 tan-NPK, bil-għan li din tagħti deċiżjoni fuq il-kwistjonijiet marbuta mal-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija mill-qorti Daniża fil-konfront ta’ A. Ognyanov.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-dawl tas-soluzzjoni stabbilita fis-sentenza interpretattiva, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar jekk, sabiex tiddetermina t-tul tal-piena li għad għandha tiġi skontata minn A. Ognyanov, hija għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni l-perijodu li matulu dan tal-aħħar ħadem f’ħabs Daniż. Jekk dan huwa l-każ, il-persuna kkonċernata tkun tibbenefika minn tnaqqis tal-piena mhux ta’ sena, tmien xhur u għoxrin jum, iżda ta’ sentejn, sitt xhur u erba’ u għoxrin jum, fatt li jkun jippermettilu li jikseb il-libertà tiegħu b’mod antiċipat. Dik il-qorti żżid li d-Deċiżjoni Qafas 2008/909 ma tipprovdix għal tali tnaqqis tal-piena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti tar-rinviju tesponi r-raġunijiet li jwassluha għall-konklużjoni li d-dritt Bulgaru ma huwiex konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, din il-qorti tikkunsidra, fl-ewwel lok, li l-Artikolu 17(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 jawtorizza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni li jiddeċiedu dwar il-mod kif piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ser tiġi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> eżegwita, iżda ma tawtorizzahomx li jipprovdu evalwazzjoni legali ġdida dwar il-piena diġà eżegwita fl-Istat emittenti. B’hekk, skont dik il-qorti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni ma jistgħux jagħtu tnaqqis tal-piena fir-rigward tal-perijodu li għadu jrid jiġi skontat, minħabba xogħol imwettaq mill-persuna kkundannata f’ħabs tal-Istat emittenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 jobbliga lill-Istat ta’ eżekuzzjoni li jwettaq tnaqqis sħiħ tal-piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà li tkun diġà ġiet skontata mill-persuna kkundannata fl-Istat ta’ emissjoni fid-data tat-trasferiment, u li tali għan ma jistax jintlaħaq jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-imsemmi Stat ta’ eżekuzzjoni jwettqu tnaqqis ta’ perijodu iqsar jew itwal mill-piena eżegwita skont id-dritt tal-Istat emittenti. B’hekk, skont il-qorti tar-rinviju, it-tnaqqis ta’ perijodu itwal minn dak taċ-ċaħda tal-libertà effettiva jkun imur kontra din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-qorti tar-rinviju, iż-żewġ dispożizzjonijiet l-oħra tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 li jipprevedu l-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-piena, jiġifieri l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(1) ta’ din tal-aħħar, huma manifestament inapplikabbli fil-kawża pendenti quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Sofiyski gradski sad (qorti tal-belt ta’ Sofija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-[Deċiżjoni Qafas 2008/909] jipprekludu lill-Istat ta’ eżekuzzjoni milli jnaqqas, matul il-proċedura ta’ trasferiment, it-tul tal-piena ta’ priġunerija imposta mill-Istat emittenti, fuq il-bażi tax-xogħol ipprovdut waqt li din il-piena kienet qiegħda tiġi skontata fl-Istat emittenti, b’tali mod li:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>it-tnaqqis tal-piena jirriżulta mill-applikazzjoni, skont l-Artikolu 17(1) [tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909], tal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għall-infurzar tal-piena. L-applikazzjoni, għall-infurzar tal-piena, tal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni sa mill-proċedura ta’ trasferiment, fir-rigward ta’ fatti (xogħol ipprovdut f’ħabs tal-Istat emittenti) li seħħew matul il-perijodu li matulu l-persuna kkundannata kienet tinsab taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat emittenti, hija kompatibbli mad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-tnaqqis tal-piena jirriżulta minn tnaqqis skont l-Artikolu 17(2) [tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909]. Tnaqqis, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, li bis-saħħa tagħha ssir evalwazzjoni legali ġdida tal-fatti li seħħew fl-Istat emittenti (xogħol ipprovdut f’ħabs tal-Istat emittenti), li jikkorrispondi għal perijodu itwal mill-perijodu ta’ priġunerija ordnat inkonformità mal-leġiżlazzjoni ta’ dan tal-aħħar, huwa kompatibbli mad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li d-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tad-[Deċiżjoni Qafas 2008/909], jew inkella dispożizzjonijiet oħra tagħha, japplikaw għat tnaqqis tal-piena inkwistjoni, huwa meħtieġ li l-Istat emittenti, li jkun għamel talba espliċita f’dan is-sens, jiġi informat u huwa meħtieġ li l-proċedura ta’ trasferiment titwaqqaf jekk dan jopponi għal tali tnaqqis? Fil-każ li jeżisti obbligu ta’ informazzjoni, x’inhi n-natura ta’ din l-informazzjoni: ġenerali u astratta, dwar id-dritt applikabbli, jew inkella dwar it-tnaqqis tal piena konkret li l-qorti jkollha l-intenzjoni tagħti lill-persuna kkundannata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-Artikolu 17(1) u (2) tad-[Deċiżjoni Qafas 2008/909] jipprekludi tnaqqis tal-piena mill-Istat ta’ eżekuzzjoni fuq il-bażi tad-dritt intern ta’ dan tal-aħħar (minħabba xogħol ipprovdut fl-Istat emittenti), id-deċiżjoni tal-qorti nazzjonali li tapplika, minkejja kollox, il-liġi nazzjonali tagħha, minħabba li tkun inqas ħarxa mill-Artikolu 17 tad-[Deċiżjoni Qafas 2008/909], hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 17(1) u (2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali li tiġi interpretata b’tali mod li tawtorizza lill-Istat ta’ eżekuzzjoni jikkonċedi lill-persuna kkundannata<?PAGE NO="7"?> tnaqqis tal-piena minħabba x-xogħol li din tkun wettqet matul l-inkarċerazzjoni tagħha fl-Istat emittenti, meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-aħħar imsemmi Stat ma jkunux ikkonċedew tali tnaqqis tal-piena, b’mod konformi mad-dritt ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Bil-għan li tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ma għandhomx jiġu kkunsidrati biss il-kliem tagħha iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tagħha hija tagħmel parti (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Lanigan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑237/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:474">EU:C:2015:474</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 17(1) u (2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, hemm lok li jiġi rrilevat li, għalkemm il-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu jipprovdi li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>infurzar ta’ piena għandu jkun irregolat bil-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, dan ma jispeċifikax madankollu, kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 63 tal-konklużjonijiet tiegħu, jekk dan jindirizzax l-eżekuzzjoni tal-piena sa mill-għoti tas-sentenza fl-Istat emittenti jew inkella l-eżekuzzjoni tagħha sa mit-trasferiment tal-persuna kkundannata lejn l-Istat ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[l]-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tnaqqas il-perijodu kollu ta’ ċaħda tal-libertà diġà skontata b’konnessjoni mal-piena li fir-rigward tagħha nħarġet is-sentenza mit-tul ta’ żmien totali taċ-ċaħda tal-libertà li għandu jiġi skontat<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Din id-dispożizzjoni, li hija bbażata fuq il-premessa li persuna kkundannata tista’ tiskonta parti mill-piena tagħha fl-Istat emittenti qabel it-trasferiment tagħha, ma tippermettix li jiġi ddeterminat jekk l-Istat ta’ eżekuzzjoni jistax japplika tnaqqis tal-piena li jkun jieħu inkunsiderazzjoni x-xogħol imwettaq mill-persuna kkundannata waqt l-inkarċerazzjoni penitenzjarja tagħha fl-Istat emittenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant jeħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest tal-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi rrilevat li dan l-artikolu jaqa’ taħt il-Kapitolu II ta’ din tal-aħħar, intitolat ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Rikonoxximent ta’ sentenzi u infurzar ta’ pieni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Dan il-kapitolu, kompost mill-Artikoli 4 sa 25, jistabbilixxi sensiela ta’ prinċipji f’ordni kronoloġika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, kif jikkonstata l-Avukat Ġenerali fil-punt 100 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikoli 4 sa 14 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 jistabbilixxu r-regoli li l-Istati Membri għandhom japplikaw bil-għan li jipproċedu bit-trasferiment tal-persuna kkundannata. B’hekk, l-Artikoli 4 sa 6 ta’ din id-deċiżjoni qafas jispeċifikaw, qabelxejn, il-modalitajiet relatati mat-trażmissjoni tas-sentenza u taċ-ċertifikat lill-Istat ta’ eżekuzzjoni. Sussegwentement, l-Artikoli 7 sa 14 tal-imsemmija deċiżjoni qafas jistabbilixxu l-prinċipji applikabbli għad-deċiżjonijiet ta’ rikonoxximent tas-sentenza u tal-eżekuzzjoni tal-kundanna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-Artikolu 8 tal-istess deċiżjoni qafas jistabbilixxi l-kundizzjonijiet stretti għall-addattament, mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, tal-kundanna imposta fl-Istat emittenti, liema kundizzjonijiet b’hekk jikkostitwixxu l-uniċi eċċezzjonijiet għall-obbligu ta’ prinċipju, li jinkombi lill-imsemmija awtorità, li tirrikonoxxi s-sentenza li tkun ġiet trażmessa lilha u li teżegwixxi l-kundanna li t-tul u n-natura tagħha jkunu jikkorrispondu għal dawk previsti fis-sentenza mogħtija f’dak l-Istat emittenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 jirriżulta li l-Istat emittenti jżomm ferma l-kompetenza tiegħu li jeżegwixxi piena dment li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-infurzar tal-piena fl-Istat ta’ esekuzzjoni ma jkunx beda<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 jistabbilixxi l-modalitajiet applikabbli għat-trasferiment tal-persuna kkundannata filwaqt li l-Artikolu 16 tagħha jipprovdi dispożizzjonijiet partikolari f’każ ta’ tranżitu tal-persuna kkundannata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 jikkostitwixxi l-estensjoni tad-dispożizzjonijiet li jippreċeduh sa fejn jistabbilixxi l-prinċipji applikabbli għall-eżekuzzjoni tal-kundanna ġaladarba l-persuna kkundannata tkun ġiet ittrasferita lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biss id-dritt tal-Istat emittenti li huwa applikabbli, inkluż għall-kwistjoni tal-għoti possibbli ta’ tnaqqis tal-piena, fir-rigward tal-parti mill-piena skontata mill-persuna kkonċernata fit-territorju tal-imsemmi Stat sat-trasferiment tagħha lejn l-Istat ta’ eżekuzzjoni. Id-dritt ta’ dan l-aħħar imsemmi Stat, min-naħa tiegħu, japplika biss għal dik il-parti mill-piena li tkun għadha trid tiġi skontata minn din il-persuna, wara dan it-trasferiment, fit-territorju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tirriżulta wkoll mill-mudell ta’ ċertifikat, li jinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat li dan il-mudell ta’ ċertifikat jikkostitwixxi formola standard li għandha tiġi kkompletata mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti, u li mbagħad għandha tiġi trażmessa, flimkien mas-sentenza ta’ kundanna, lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni. Skont l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi s-sentenza ta’ kundanna filwaqt li tibbaża ruħha fuq l-informazzjoni indikata, f’dan iċ-ċertifikat, mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Mill-punt i 2.2 tal-mudell ta’ ċertifikat, relatat mal-indikazzjonijiet li għandhom jingħataw dwar it-tul tal-kundanna, jirriżulta li l-Istat emittenti huwa marbut li jindika, f’numru ta’ jiem, il-perijodu sħiħ ta’ ċaħda tal-libertà diġà skontat fil-kuntest tal-kundanna imposta permezz tas-sentenza. Fil-punt i 2.3 ta’ dan il-mudell, l-Istat emittenti għandu jindika n-numru ta’ jiem li għandhom jitnaqqsu mit-tul totali tal-kundanna għal raġunijiet oħra minbarra dawk previsti fil-punt i 2.2 tal-imsemmi mudell. Fil-punt i 2.3 ta’ dan tal-aħħar hemm ukoll inkluża lista mhux eżawrjenti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>raġunijiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, u fosthom hemm inkluża l-maħfra jew il-miżura ta’ klemenza diġà mogħtija fir-rigward tal-kundanna. B’hekk, kif jikkonferma l-Avukat Ġenerali fil-punt 116 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan il-punt i 2.3 jippermetti lill-Istat emittenti li jipprovdi informazzjoni addizzjonali meta ċirkustanzi partikolari, bħal pereżempju x-xogħol imwettaq matul l-inkarċerazzjoni mill-persuna kkundannata, ikunu diġà wasslu għal tnaqqis tal-piena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li, qabel ir-rikonoxximent tas-sentenza ta’ kundanna mill-Istat ta’ eżekuzzjoni u t-trasferiment tal-persuna kkundannata lejn dan l-aħħar imsemmi Stat, huwa l-Istat emittenti li għandu jiddetermina t-tnaqqis tal-piena marbut mal-perijodu ta’ inkarċerazzjoni skontat fit-territorju tiegħu. Huwa biss dan l-aħħar imsemmi Stat li huwa kompetenti jikkonċedi tnaqqis tal-piena minħabba x-xogħol imwettaq qabel it-trasferiment u, fejn xieraq, li jindika dan it-tnaqqis lill-Istat ta’ eżekuzzjoni fiċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909. Għaldaqstant, l-Istat ta’ eżekuzzjoni ma jistax, b’mod retroattiv, japplika d-dritt tiegħu tal-eżekuzzjoni tal-pieni u, b’mod partikolari, il-leġiżlazzjoni tiegħu marbuta mat-tnaqqis tal-piena, minflok dak tal-Istat emittenti sa fejn dan jikkonċerna l-parti tal-piena li tkun diġà ġiet skontata mill-persuna kkonċernata fit-territorju ta’ dan l-aħħar imsemmi Stat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-atti prodotti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, waqt it-trasferiment ta’ A. Ognyanov lill-awtoritajiet Bulgari kompetenti, l-awtoritajiet Daniżi indikaw espressament li l-liġi Daniża ma kinitx tippermetti t-tnaqqis tal-piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà minħabba xogħol imwettaq mill-persuna kkundannata matul l-inkarċerazzjoni tagħha. Konsegwentement, l-awtorità kompetenti, fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, għall-kwistjonijiet marbuta mal-eżekuzzjoni tal-piena, bħall-qorti tar-rinviju, ma tistax tikkonċedi tnaqqis tal-piena fir-rigward ta’ dik il-parti mill-piena li tkun diġà ġiet skontata mill-persuna kkundannata fit-territorju tal-Istat emittenti, meta l-awtoritajiet ta’ dan l-aħħar imsemmi Stat ma jkunux ikkonċedew tali tnaqqis tal-piena b’mod konformi mad-dritt nazzjonali tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Interpretazzjoni kuntrarja tista’ finalment tippreġudika l-għanijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, fosthom, b’mod partikolari, l-osservanza tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li jikkostitwixxi, skont il-premessa 1 ta’ din id-deċiżjoni qafas, moqrija flimkien mal-Artikolu 82(1) TFUE, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>pedament<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali fi ħdan l-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aranyosi u Căldăraru</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/15 u C‑659/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:198">EU:C:2016:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-premessa 5 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 tenfasizza li din il-kooperazzjoni hija bbażata fuq fiduċja reċiproka partikolari tal-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi ġudizzjarji rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, li kieku qorti nazzjonali tal-Istat ta’ eżekuzzjoni kellha, b’mod konformi mad-dritt nazzjonali tagħha, wara li tkun irrikonoxxiet is-sentenza ta’ kundanna mogħtija minn qorti tal-Istat emittenti u wara li l-persuna kkundannata tkun ġiet ittrasferita lill-awtoritajiet tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, tikkonċedi tnaqqis tal-piena fir-rigward ta’ dik il-parti mill-piena diġà skontata minn din il-persuna fit-territorju tal-Istat emittenti, anki meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-aħħar imsemmi Stat ma jkunux, abbażi tad-dritt nazzjonali tagħhom, ikkonċedew tali tnaqqis tal-piena, dan ikun jikkomprometti l-fiduċja reċiproka partikolari tal-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi ġudizzjarji rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali każ, il-qorti nazzjonali tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tkun qiegħda tapplika, b’mod retroattiv, id-dritt nazzjonali tagħha għall-parti mill-piena skontata fit-territorju li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat emittenti. B’hekk hija tkun qiegħda teżamina mill-ġdid il-perijodu ta’ inkarċerazzjoni skontat fit-territorju tal-imsemmi Stat, fatt li jkun imur kontra l-prinċipju ta’ rinkonoxximent reċiproku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 jirriżulta li r-rikonoxximent tas-sentenza u l-eżekuzzjoni tal-kundanna minn Stat Membru li ma jkunx dak li fih ingħatat l-imsemmija sentenza huma intiżi sabiex jiffaċilitaw ir-reintegrazzjoni soċjali tal-persuna kkundannata. Għaldaqstant, il-ksur tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku jkun ukoll jikser dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 17(1) u (2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali interpretata b’tali mod li tawtorizza lill-Istat ta’ eżekuzzjoni jikkonċedi lill-persuna kkundannata tnaqqis tal-piena minħabba xogħol li hija tkun wettqet matul l-inkarċerazzjoni tagħha fl-Istat emittenti, meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-aħħar imsemmi Stat ma jkunux ikkonċedew tali tnaqqis tal-piena b’mod konformi mad-dritt tal-istess Stat emittenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk, fil-każ li l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 jippermetti lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tapplika tnaqqis tal-piena, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fir-rigward ta’ dik il-parti mill-piena li tkun diġà ġiet skontata mill-persuna kkundannata fit-territorju tal-Istat emittenti, l-Istat ta’ eżekuzzjoni jkunx obbligat li jinforma lill-Istat emittenti, li jkun ressaq talba espressa f’dan is-sens, b’din l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ risposta pożittiva għal din id-domanda, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar in-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta li ngħatat għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tiġi eżaminata t-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat bħala li jipprekludi lil qorti nazzjonali milli tapplika regola nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minkejja li din tkun tmur kontra l-Artikolu 17(1) u (2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, peress li din ir-regola nazzjonali tkun inqas severa mill-imsemmija dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Qabelxejn jeħtieġ li jiġi enfasizzat li l-invokazzjoni mill-qorti tar-rinviju tal-prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-inqas severa hija bbażata fuq il-premessa li d-dritt Bulgaru – b’mod partikolari r-regoli ta’ dan id-dritt fil-qasam tat-tnaqqis tal-piena – huwa intiż li japplika wkoll għall-perijodu ta’ inkarċerazzjoni skontat minn A. Ognyanov fid-Danimarka qabel it-trasferiment tiegħu lejn il-Bulgarija. Issa, kif jirriżulta mir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, tali premessa hija żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Ladarba dan ġie stabbilit, issa jeħtieġ li jiġi rrilevat li, b’differenza minn dak li donnhom jissuġġerixxu l-qorti tar-rinviju u l-Kummissjoni Ewropea, id-Deċiżjoni Qafas 2008/909 ma għandhiex effett dirett. Fil-fatt, din id-deċiżjoni qafas ġiet adottata abbażi ta’ dak li qabel kien it-tielet pilastru tal-Unjoni, b’mod partikolari, permezz tal-Artikolu 34(2)(b) UE. Issa, din id-dispożizzjoni tipprovdi, minn naħa, li d-deċiżjonijiet qafas jorbtu lill-Istati Membri fir-rigward tar-riżultat li għandu jintlaħaq, filwaqt li żżomm ferma l-kompetenza tal-istanzi nazzjonali fir-rigward tal-forma u tal-mezzi u, min-naħa l-oħra, li d-deċiżjonijiet qafas ma jistgħux jiksbu effett dirett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, anness mat-Trattati, l-effetti legali tal-atti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni adottati abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona għandhom jiġu ppreżervati sakemm dawn l-atti jiġu rrevokati, jiġu anullati jew jiġu emendati fl-implementazzjoni tat-Trattati. Peress li d-Deċiżjoni Qafas 2008/909 ma ġietx imħassra, annullata jew emendata, hija għandha tibqa’ tipproduċi l-effetti legali tagħha skont l-Artikolu 34(2)(b) UE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tistabbilixxi wkoll li, minkejja li l-deċiżjonijiet qafas ma jistgħux, skont l-Artikolu 34(2)(b) UE, jipproduċu effett dirett, in-natura vinkolanti tagħhom madankollu tobbliga lill-awtoritajiet nazzjonali, u b’mod partikolari lill-qrati nazzjonali, li jagħtu interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Lopes Da Silva Jorge</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:517">EU:C:2012:517</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta tapplika d-dritt nazzjonali, il-qorti nazzjonali li tiġi mitluba li tinterpretah, għandha, sa fejn huwa possibbli, tagħmel dan fid-dawl tat-test u tal-għan tad-deċiżjoni qafas sabiex jintlaħaq ir-riżultat previst minnha. Dan l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali huwa fil-fatt inerenti fis-sistema tat-Trattat FUE għaliex dan jippermetti lill-qrati nazzjonali li jiżguraw, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom, l-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni meta dawn jiddeċiedu l-vertenzi li jkunu aditi bihom (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Lopes Da Silva Jorge</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:517">EU:C:2012:517</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fid-data ta’ din tal-aħħar, id-Deċiżjoni Qafas 2008/909 ma kinitx għadha ġiet trasposta fid-dritt Bulgaru, filwaqt li, skont l-Artikolu 29 ta’ din id-deċiżjoni qafas, tali traspożizzjoni kellha ssir sal-<DATE ISO="20111205">5 ta’ Diċembru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju ilha marbuta li tosserva l-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi sa mid-data tal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-deċiżjoni qafas (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:443">EU:C:2006:443</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0115">115</REF.NP.ECR> kif ukoll <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu, jeħtieġ li jitfakkar li dan il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi huwa suġġett għal ċerti limiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>B’hekk, l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tagħmel riferiment għall-kontenut ta’ deċiżjoni qafas meta din tinterpreta u tapplika r-regoli rilevanti tad-dritt nazzjonali tagħha huwa limitat mill-prinċipji ġenerali tad-dritt, b’mod partikolari, minn dawk ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività (ara s-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050616">16 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Pupino</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑105/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:386">EU:C:2005:386</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Lopes Da Silva Jorge</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:517">EU:C:2012:517</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Dawn il-prinċipji jipprekludu, b’mod partikolari, il-fatt li dan l-obbligu jista’ jwassal sabiex tiġi ddeterminata jew aggravata, abbażi ta’ deċiżjoni qafas u indipendentement mil-liġi adottata għall-implementazzjoni ta’ din tal-aħħar, ir-responsabbiltà kriminali ta’ dawk li jiksru d-dispożizzjonijiet tagħha (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050616">16 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Pupino</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑105/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:386">EU:C:2005:386</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi jkun ifisser li A. Ognyanov ma jistax jibbenefika, skont id-dritt Bulgaru, minn tnaqqis tal-piena minħabba x-xogħol imwettaq matul il-perijodu ta’ inkarċerazzjoni fid-Danimarka, liema tnaqqis, fil-fatt, jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva ta’ dan l-aħħar imsemmi Stat Membru. Għall-kuntrarju dan ma jwassalx għall-konsegwenza li tiġi ddeterminata jew aggravata r-responsabbiltà kriminal ta’ A. Ognyanov, u lanqas li jiġi olterat, b’detriment għal dan tal-aħħar, it-tul tal-kundanna naxxenti mis-sentenza imposta fuqu fit-<DATE ISO="20121128">28 ta’ Novembru 2012</DATE> mir-Retten i Glostrup (qorti ta’ Glostrup).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi jintemm ukoll meta d-dritt nazzjonali ma jkunx jista’ jiġi applikat b’mod li jkun iwassal għal riżultat kompatibbli ma’ dak previst mid-deċiżjoni qafas. Fi kliem ieħor, il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi ma jistax iservi ta’ bażi għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> tad-dritt nazzjonali. Madankollu, dan il-prinċipju jirrikjedi li l-qorti nazzjonali tieħu inkunsiderazzjoni, fejn xieraq, id-dritt nazzjonali kollu sabiex tevalwa sa liema punt dan jista’ jiġi applikat mingħajr ma jkun iwassal għal riżultat li jkun imur kontra dak previst mid-deċiżjoni qafas (ara s-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050616">16 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Pupino</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑105/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:386">EU:C:2005:386</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Lopes Da Silva Jorge</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:517">EU:C:2012:517</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jeħtieġ li jiġi speċifikat li r-rekwiżit ta’ interpretazzjoni konformi jinkludi l-obbligu, tal-qrati nazzjonali, inklużi l-qrati tal-aħħar grad, li jolteraw, fejn ikun xieraq, ġurisprudenza stabbilita jekk din tkun ibbażata fuq interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun inkompatibbli mal-għanijiet ta’ deċiżjoni qafas (ara, b’analoġija, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160419">19 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>DI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:278">EU:C:2016:278</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ognyanov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑614/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:514">EU:C:2016:514</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-atti prodotti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-regola nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha x-xogħol ta’ interess ġenerali mwettaq, fl-Istat emittenti, mill-persuna kkundannata Bulgara ttrasferita, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni bil-għan li titnaqqas il-piena, tirriżulta minn interpretazzjoni tal-Artikolu 457(5) tan-NPK, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 41(3) tal-kodiċi kriminali (Nakazatelen kodeks), mogħtija mill-Varhoven kasatsionen sad (qorti suprema ta’ kassazzjoni) fis-sentenza interpretattiva tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju ma tistax, fil-kawża prinċipali, tikkunsidra b’mod validu li huwa impossibbli għaliha li tinterpreta d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni, sempliċiment minħabba l-fatt li din id-dispożizzjoni ġiet interpretata, mill-Varhoven kasatsionen sad (qorti suprema ta’ kassazzjoni), fis-sens li ma hijiex kompatibbli ma’ dan id-dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160419">19 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>DI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:278">EU:C:2016:278</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura l-effett sħiħ tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 billi fejn ikun neċessarju ma tapplikax, fuq inizjattiva tagħha stess, l-interpretazzjoni mogħtija mill-Varhoven kasatsionen sad (qorti suprema ta’ kassazzjoni), peress li din l-interpretazzjoni ma hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ognyanov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑614/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:514">EU:C:2016:514</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda hija li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali hija obbligata li tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli kollha tad-dritt nazzjonali u li tinterpretahom, kemm jista’ jkun, b’mod konformi mad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, bil-għan li jintlaħaq ir-riżultat previst minnha, billi fejn ikun neċessarju ma tapplikax, fuq inizjattiva tagħha stess, l-interpretazzjoni mogħtija mill-qorti nazzjonali tal-aħħar grad, peress li din l-interpretazzjoni ma hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 17(1) u (2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-<DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali interpretata b’tali mod li tawtorizza lill-Istat ta’ eżekuzzjoni jikkonċedi lill-persuna kkundannata tnaqqis tal-piena minħabba xogħol li hija tkun wettqet matul l-inkarċerazzjoni tagħha fl-Istat emittenti, meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-aħħar imsemmi Stat ma jkunux ikkonċedew tali tnaqqis tal-piena b’mod konformi mad-dritt tal-istess Stat emittenti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali hija obbligata li tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli kollha tad-dritt nazzjonali u li tinterpretahom, kemm jista’ jkun, b’mod konformi mad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, bil-għan li jintlaħaq ir-riżultat previst minnha, billi fejn ikun neċessarju ma tapplikax, fuq inizjattiva tagħha stess, l-interpretazzjoni mogħtija mill-qorti nazzjonali tal-aħħar grad, peress li din l-interpretazzjoni ma hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>