<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-281/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0281</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:774">EU:C:2017:774</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20171019">19.10.2017</DATE> – Kawża C‑301/16)</P><P>Vereniging Hoekschewaards Landschap</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 92/43/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/72</KEYWORD><KEYWORD>Listi ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Atlantiku</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis ta’ superfiċji ta’ sit</KEYWORD><KEYWORD>Żball xjentifiku</KEYWORD><KEYWORD>Validità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑281/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Raad van State (kunsill tal-istat, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160518">18 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20160520">20 ta’ Mejju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Vereniging Hoekschewaards Landschap</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Economische Zaken,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Juhász, C. Vajda, K. Jürimäe u C. Lycourgos (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Vereniging Hoekschewaards Landschap, minn A. Jonkhoff u W. Zwier, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, minn K. Bulterman, B. Koopman u C. S. Schillemans, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Manhaeve u C. Hermes, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20170615">15 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari hija dwar il-validità tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/72, tat-<DATE ISO="20141203">3 ta’ Diċembru 2014</DATE>, li tadotta t-tmien aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Atlantiku (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="018" PAGE.FIRST="385" DATE.PUB="2015">ĠU 2015 L 18, p. 385</REF.DOC.OJ>.)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Vereniging Hoekschewaards Landschap u s-Staatssecretaris van Economische Zaken (is-segretarju tal-istat għall-affarjiet ekonomiċi, il-Pajjiżi l-Baxxi) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>segretarju tal-istat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar il-legalità ta’ deċiżjoni ta’ tnaqqis tas-superfiċji ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (iktar ’il quddiem iż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ŻSK<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 92/43/KEE</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti 15, Vol. 2, p. 102), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="363" PAGE.FIRST="368" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 363, p. 368</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>habitat<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/><QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">konservazzjoni</HT> tfisser għadd ta’ miżuri meħtieġa biex jiġu mantnuti jew ripristinati l-habitat naturali u l-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa fi stat favorevoli kif imfisser f’(e) u (i);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">l-istat ta’ konservazzjoni ta’ ħabitat naturali</HT> tfisser l-influwenzi kollha li jagħfsu fuq il-ħabitat naturali u l-ispeċi tipiċi tiegħu li jistgħu jaffettwaw it-tqassim naturali tiegħu fit-tul, l-istruttura u l-funzjonijiet tiegħu kif ukoll l-għajxien fit-tul ta’ l-ispeċi tipiċi tiegħu fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2.</TXT><P>L-istat ta’ konservazzjoni ta’ habitat naturali jitqies <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> meta:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-medda naturali tiegħu u ż-żoni li jkopri f’dik il-medda huma stabbli jew qed jiżdiedu,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>l-istruttura speċifika u l-funzjonijiet li huma meħtieġa biex ikun mantenut fit-tul jeżistu u x’aktarx jibqgħu jeżistu fil-ġejjieni prevedibbli,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>l-istat ta’ konservazzjoni ta’ l-ispeċi tipiċi hu favorevoli kif imfisser f’(i);</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">l-istat ta’ konservazzjoni ta’ speċi</HT> jfisser l-ammont miżjud ta’ influwenzi li jaġixxu fuq l-ispeċi konċernati u li jistgħu jaffettwaw it-tqassim fit-tul u l-abbundanza tal-popolazzjonijiet ta’ dik l-ispeċi fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2.</TXT><P>L-istat ta’ konservazzjoni jitqies <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> meta: –</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-informazzjoni fuq iċ-ċaqliq tal-popolazzjoni konċernata jindikaw li qed tieħu ħsieb tagħha nnifsha fit-tul bħala komponent vjabbli ta’ l-habitat naturali tagħha,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>il-firxa naturali ta’ l-ispeċi la qiegħda titnaqqas u lanqas m’għandha xejra li titnaqqas fil-ġejjieni prevedibbli,</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>hemm, u x’aktarx jibqa’ jkun hemm, habitat naturali kbir biżżejjed biex iżomm il- popolazzjonijiet tagħha fit-tul;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>k)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">sit ta’ importanza għall-Komunità</HT> tfisser sit li, fir-reġjun bioġeografiku jew reġjuni bioġeografiċi li jinsab fih, jgħin b’mod sinifikanti fil-manteniment jew ir-ripristinar fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ tip ta’ habitat naturali fl-Anness I jew ta’ speċi fl-Anness II u jista’ wkoll jgħin b’mod sinifikanti għall-koerenza ta’ Natura 2000 imsemmija fl-Artikolu 3, u/jew jgħin b’mod sinifikanti fil-ħarsien tad-diversità bioloġika fi ħdan ir-reġjun bioġeografiku jew reġjuni bioġeografiċi konċernati.</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>l)</NO.P><TXT>[<HT TYPE="ITALIC">ŻSK</HT>] tfisser sit ta’ importanza għall-Komunità nnominat mill-Istati Membri permezz ta’ att statutorju, amministrattiv u/jew kuntrattwali li bih il-miżuri meħtieġa ta’ konservazzjoni huma applikati għall-manteniment jew għar-ripristinar, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-habitat naturali u/jew il-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi li għalihom is-sit ġie nominat;</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>habitat<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Direttiva jkun li tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-biodiversità permezz tal-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa fit-territorju Ewropew ta’ l-Istati Membri li jgħodd għalihom it-Trattat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva jkunu ddisinjati biex iżommu jew jirripristinaw, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-habitat naturali u l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa li huma ta’ interess għall-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skont din id-Direttiva għandhom iqisu l-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-karatteristiċi reġjonali u lokali.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għandu jiġi stabbilit network ekoloġiku Ewropew koerenti ta’ [ŻSK] taħt l-isem ta’ Natura 2000. Dan in-network, magħmul minn siti li jħaddnu fihom it-tipi ta’ habitat naturali elenkati fl-Anness I u l-habitat ta’ l-ispeċi elenkati fl-Anness II, għandhom jippermettu li t-tipi ta’ habitat naturali u l-habitat naturali ta’ l-ispeċi konċernati jinżammu jew, fejn jixraq, jiġu ripristinati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III (Stadju 1) u l-informazzjoni xjentifika relevanti, kull Stat Membru għandu jipproponi lista ta’ siti li jindikaw liema tipi ta’ habitat naturali fl-Anness I u liema speċi fl-Anness II li hemm fis-siti huma endemiċi għat-territorju tagħhom. […] Fejn jixraq, l-Istati Membri għandhom jipproponu l-adattament tal-lista in vista tar-riżultati tas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 11.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III (Stadju 2) u fl-istruttura kemm ta’ kull wieħed mid-disa’ reġjuni bioġeografiċi msemmija fl-Artikolu 1(ċ)(iii) kif ukoll dik tat-territorju kollu msemmi fl-Artikolu 2(1), il-Kummissjoni trid tistabilixxi, bi ftehim ma’ kull Stat Membru, lista preliminari tas-siti li huma ta’ importanza għall-Komunità msawra mil-listi ta’ l-Istati Membri li tidentifika dawk li jospitaw waħda jew aktar mit-tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità jew l-ispeċi ta’ priorità.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Il-lista tas-siti magħżula bħala siti ta’ importanza għall-Komunità, li tidentifika dawk li jilqgħu fihom waħda jew aktar mit-tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità jew l-ispeċi ta’ priorità, għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ladarba sit ta’ importanza għall-Komunità jkun adottat skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istat Membru konċernat irid jinnomina dak is-sit bħala [ŻSK] kemm jista’ jkun malajr u f’mhux aktar minn sitt snin żmien, u jistabilixxi prioritajiet skont l-importanza tas-siti għaż-żamma jew ir-ripristinar, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, ta’ tip ta’ habitat naturali fl-Anness I jew speċi fl-Anness II u għall-koerenza ta’ Natura 2000, u fl-isfond tat-theddid ta’ degradazzjoni jew qerda li jkunu esposti għaliha dawk is-siti.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>habitat<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-Kummissjoni, li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19, għandha tirrevedi minn żmien għall-żmien is-sehem li qed tagħti Natura 2000 biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u 3. F’dan il-kuntest, [ŻSK] tista’ titiqies għal diklassifikazzjoni fejn dan ikun ġustifikat minn żviluppi naturali osservati bħala riżultat tas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 11.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-Istati Membri għandhom iwettqu sorveljanza fuq l-istat ta’ konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u l-ispeċi msemmija fl-Artikolu 2 b’attenzjoni speċjali għat-tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità u speċi ta’ priorità.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Anness III tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi l-kriterji ta’ għażla tas-siti li jistgħu jiġu identifikati bħala siti ta’ importanza Komunitarja (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>SIK<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) u nnominati bħala ŻSK. Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-kriterji relatati mal-istadju 1, li jikkonsisti f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>evalwazzjoni fuq livell nazzjonali ta’ l-importanza relattiva tas-siti għal kull tip ta’ habitat naturali fl-Anness I u kull speċi fl-Anness II (inkluż it-tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità u l-ispeċi ta’ priorità)<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, dan l-anness jinkludi s-silta li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>A.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kriterji ta’ evalwazzjoni dwar is-sit għal tip ta’ habitat naturali msemmi fl-Anness I</HT></TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Kemm hu rappreżentattiv it-tip ta’ habitat naturali fis-sit.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Żona tas-sit koperta bit-tip ta’ habitat naturali skont l-area kollha koperta b’dak it-tip ta’ habitat naturali fit-territorju nazzjonali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>Ammont ta’ konservazzjoni ta’ l-istruttura u l-funzjonijiet tat-tip ta’ habitat naturali konċernat u l-possibiltajiet ta’ ripristinar.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>Stima globali tal-valur tas-sit għall-konservazzjoni tat-tip ta’ habitat naturali konċernat.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>B.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kriterji ta’ evalwazzjoni tas-sit għal speċi msemmija fl-Anness II</HT></TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Daqs u kobor tal-popolazzjoni tal-ispeċi li hemm fis-sit skont il-popolazzjonijiet li hemm fit-territorju nazzjonali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Ammont ta’ konservazzjoni tal-karatteristiċi ta’ l-habitat naturali li huma importanti għall-ispeċi konċernati u l-possibiltajiet ta’ ripristinar.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>Ammont ta’ iżolament tal-popolazzjoni li hemm fis-sit kif imqabbla mal-firxa naturali ta’ l-ispeċi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>Stima globali tal-valur tas-sit għall-konservazzjoni ta’ l-ispeċi konċernata.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>habitat<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni 2004/813/KE, tas-<DATE ISO="20041207">7 ta’ Diċembru 2004</DATE>, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, il-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku tal-Atlantiku (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="387" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 387, p. 1</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni, fuq proposta tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, għażlet is-sit ta’ Haringvliet (il-Pajjiżi l-Baxxi) bħala SIK, bil-kodiċi NL 1000015, b’superfiċji ta’ <FT TYPE="NUMBER">11108</FT> ettari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Is-seba’ aġġornamenti suċċessivi tal-lista SIK għar-reġjun bijoġeografiku tal-Atlantiku żammew is-sit Haringvliet f’din il-lista, għall-istess superfiċji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, permezz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2015/72, li pproċediet bit-tmien aġġornament tal-imsemmija lista, il-Kummissjoni żammet lil Haringvliet bħala SIK biss għal superfiċji ta’ <FT TYPE="NUMBER">10988</FT> ettaru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 10a(1) tan-Natuurbeschermingswet 1998 (liġi dwar il-protezzjoni tan-natura tal-1998), tal-<DATE ISO="19980525">25 ta’ Mejju 1998</DATE>, tiddikjara kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Il-ministru tagħna jinnomina s-siti għall-finijiet tal-implementazzjoni […] tad-Direttiva [habitats].<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-Leenheerenpolder hija polder b’superfiċji ta’ madwar 110 ettaru li kienet tagħmel parti mis-sit Haringvliet meta dan tal-aħħar kien inkluż, permezz tad-Deċiżjoni 2004/813, fil-lista tas-SIK għar-reġjun bijoġeografiku Atlantiku, minħabba possibbilitajiet ta’ restawrazzjoni li din il-polder kienet toffri għat-tipi ta’ habitats naturali u l-ispeċijiet fis-SIK Haringvliet. Fil-fatt, kien previst li l-Leenheerenpolder, f’dak iż-żmien komposta minn artijiet agrikoli<?PAGE NO="6"?> u ma kien fiha ebda tip ta’ habitats naturali u speċijiet protetti minbarra fl-imsemmi SIK, tkun suġġetta għal azzjoni msemmija ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>depolderizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li tikkonsisti fit-trasformazzjoni tagħha f’żona naturali suġġetta għall-influwenza tal-marea sabiex tiżviluppa l-potenzjal tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130704">4 ta’ Lulju 2013</DATE>, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, abbażi tal-Artikolu 10a tal-liġi dwar il-protezzjoni tan-natura tal-1998, innominat is-sit Haringvliet bħala ŻSK u madankollu eskludiet minn din iż-żona l-Leenheerenpolder. Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>, ir-Raad van State (kunsill tal-istat, il-Pajjiżi l-Baxxi) annulla din id-deċiżjoni, sa fejn il-Leenheerenpolder ma kinitx tagħmel parti minn din iż-ŻSK. Fil-fatt, dik il-qorti qieset li, peress li l-Leenheerenpolder kienet inkluża fil-limiti tas-SIK Haringvliet hekk kif deċiż mill-Kummissjoni wara d-deċiżjoni tagħha 2004/813, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kien marbut, skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jinkludu din il-polder fl-imsemmija ŻSK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Ottubru 2013, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ppropona lill-Kummissjoni sabiex tirtira lil-Leenheerenpolder mis-SIK Haringvliet u, għaldaqstant, li tnaqqas is-superfiċji ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-Kummissjoni talbet lil dan l-Istat Membru spjegazzjonijiet addizzjonali fuq dan il-proġett ta’ tnaqqis tas-superfiċji tas-SIK Haringvliet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, is-segretarju tal-istat indika lill-Kummissjoni li l-Leenheerenpolder ma tkoprix riżorsi naturali u li l-proġetti inizjali intiżi sabiex jittrasformaw din il-polder kienu ġew abbandunati għar-raġuni li r-restawrazzjoni taż-żoni umdi ta’ Beningerwaard, ta’ Tiengemeten u ta’ polders ta’ daqs iżgħar mis-SIK Haringvliet kienet suffiċjenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-SIK. Fl-ittra tiegħu, is-segretarju tal-istat żied li l-abbandun tal-proġett ta’ depolderizzazzjoni kien marbut ma’ raġunijiet politiċi, soċjali u baġitarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20141024">24 ta’ Ottubru 2014</DATE>, is-servizzi tal-Kummissjoni wieġbu li aċċettaw il-proposta tal-bidla tas-SIK Haringvliet, wara li ħadu inkunsiderazzjoni, minn naħa, l-evalwazzjoni favorevoli mwettqa mill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi tal-potenzjal ta’ restawrazzjoni preżenti f’partijiet oħra ta’ dan is-sit u, min-naħa l-oħra, il-fatt li ċertu numru ta’ miżuri ta’ restawrazzjoni kienu diġà qed jiġu implementati jew kienu previsti għal postijiet oħrajn. F’din l-ittra, il-Kummissjoni qieset li l-proposta inizjali li tiġi integrata l-Leenheerenpolder fis-SIK Haringvliet kienet tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>żball xjentifiku<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2015/72, filwaqt li żammet is-sit Haringvliet fil-lista tas-SIK għar-reġjun bijoġeografiku tal-Atlantiku, eskludiet lil Leenheerenpolder minn dan is-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150428">28 ta’ April 2015</DATE>, is-segretarju tal-istat, abbażi tal-Artikolu 10a(1) tal-liġi dwar il-protezzjoni tan-natura tal-1998 u sabiex jimplementa d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2015/72, innomina s-SIK Haringvliet bħala ŻSK u eskludiet minn din iż-żona l-Leenheerenpolder.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Vereniging Hoekschewaards Landschap ressqet azzjoni fit-<DATE ISO="20150428">28 ta’ April 2015</DATE> quddiem ir-Raad van State (kunsill tal-istat) fejn ikkunsidrat li din il-polder offriet potenzjal uniku għar-restawrazzjoni tan-natura tal-estwarju li kienet barra minn hekk nieqsa fis-SIK Haringvliet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-Raad van State (kunsill tal-istat) jenfasizza li s-segretarju tal-istat sostna quddiemu li l-iżball xjentifiku kien fil-fatt li huwa kien qies b’mod żbaljat, meta kien ippropona li jinkludi s-sit Haringvliet fuq il-lista tas-SIK, li l-Leenheerenpolder ma kinitx biss xierqa, iżda wkoll meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit. Dik il-qorti tistaqsi jekk, f’tali ċirkustanzi, sa fejn it-talba tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi tkun suffiċjentement sostnuta minn data, it-tnaqqis tas-superfiċji tal-imsemmi sit jistax ikun iġġustifikat minn tali raġuni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Raad van State (kunsill tal-istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u jagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni [2015/72] hija valida sa fejn is-sit Haringvliet tniżżel f’din il-lista mingħajr l-inklużjoni tal-Leenheerenpolder?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tnaqqis tas-superfiċji tas-sit Haringvliet bl-esklużjoni tal-Leenheerenpolder, għar-raġuni li l-inklużjoni ta’ din tal-aħħar fl-imsemmi sit kienet il-prodott ta’ żball xjentifiku, hijiex valida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Preliminarjament għandu jiġi nnotat li din il-kawża ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> skont liema ŻSK tista’ tiġi diklassifikata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>fejn dan ikun ġustifikat minn żviluppi naturali osservati bħala riżultat tas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 11<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, evoluzzjoni bħal din ma ġietx invokata mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li, permezz tad-Deċiżjoni 2004/813, il-Kummissjoni kienet, fuq proposta tal-Pajjiżi l-Baxxi u skont il-kriterji elenkati fl-Anness III tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, integrat lil-Leenheerenpolder fis-SIK Haringvliet fir-rigward tal-potenzjal tagħha għar-restawrazzjoni ta’ tipi ta’ habitats naturali u tal-ispeċijiet preżenti f’dan is-SIK, din l-istituzzjoni ġġustifikat l-irtirar, permezz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2015/72, tal-imsemmija polder mis-SIK Haringvliet minħabba l-fatt li l-inklużjoni inizjali tagħha fl-imsemmi SIK kienet ikkostitwixxiet żball xjentifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiġi eżaminat jekk id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tawtorizzax lill-Kummissjoni li tnaqqas, fuq proposta tal-Istat Membru kkonċernat, is-superfiċji ta’ SIK, fil-każ fejn l-inklużjoni inizjali fuq il-lista tas-SIK kienet ivvizjata minn żball xjentifiku u, skont il-każ, jekk it-tnaqqis inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienx legalment iġġustifikat bi żball bħal dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fir-rigward tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-<DATE ISO="19790402">2 ta’ April 1979</DATE>, dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98), li żball fit-trażmissjoni lill-Kummissjoni meta tinnomina żona ta’ protezzjoni speċjali jista’ jwassal għat-tnaqqis tas-superfiċji ta’ tali żona bħala rettifika ta’ dan l-iżball (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19991125">25 ta’ Novembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑96/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:580">EU:C:1999:580</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-kawża li wasslet għal dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-iżball amministrattiv imwettaq, li kien jirrigwarda l-indikazzjoni tas-superfiċji, seta’ jiġi kkoreġut bl-adattament taż-żona ta’ protezzjoni kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-assenza tad-dispożizzjonijiet partikolari fid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, għandu jiġi kkunsidrat li l-adattament tal-lista tas-SIK li l-Istati Membri jissuġġerixxu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(1) tal-istess direttiva jista’ jinkludi t-tnaqqis tas-superfiċji ta’ sit, li għandu jsir skont l-istess proċedura bħal dik tal-inklużjoni tas-sit fl-imsemmija lista (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Cascina Tre Pini</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑301/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:214">EU:C:2014:214</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, sabiex tistabbilixxi abbozz ta’ lista tas-SIK, ta’ natura li twassal għall-kostituzzjoni ta’ netwerk ekoloġiku Ewropew koerenti ta’ ŻKS, il-Kummissjoni kellu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha reġistru komprensiv tas-siti li, fuq livell nazzjonali, għandhom importanza ekoloġika rilevanti għall-għan ta’ konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-flora u tal-fawna selvaġġa previsti mid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001107">7 ta’ Novembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>First Corporate Shipping</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑371/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:600">EU:C:2000:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Huwa b’dan il-mod biss li jista’ jintlaħaq l-għan stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, li jinżammu jew li jiġu rrestawrati, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, it-tipi ta’ habitats naturali u habitats tal-ispeċijiet fil-firxa naturali tagħhom, li jistgħu jkunu lokalizzati fuq kull naħa tad-diversi fruntieri interni tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, jirriżulta mill-Artikolu 1(e) u (i) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva, li l-istat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ habitat naturali jew ta’ speċi għandu jkun evalwat b’rabta mat-territorju Ewropew tal-Istati Membri kollu kemm hu, li għalih japplika t-Trattat (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001107">7 ta’ Novembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>First Corporate Shipping</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑371/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:600">EU:C:2000:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, skont il-kliem tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> sit huwa propost mill-Istat Membru kkonċernat abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness III ta’ din id-direttiva u tal-informazzjoni xjentifika rilevanti. Minn dan jirriżulta, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, li l-prova, abbażi ta’ informazzjoni xjentifika, tal-eżistenza ta’ żball li vvizzja l-informazzjoni xjentifika rilevanti hija ta’ natura li tiġġustifika, skont il-każ, it-tnaqqis ta’ SIK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja skont liema ma hemmx lok li wieħed juża għalxejn riżorsi għall-ġestjoni ta’ sit li jirriżultaw inutli għall-konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-ispeċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Cascina Tre Pini</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑301/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:214">EU:C:2014:214</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, minkejja li, minn naħa, huwa veru li l-Istati Membri għandhom ċertu marġni ta’ diskrezzjoni meta jipproponu, skont l-Artikolu 4(1) tad-direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, lista ta’ siti li jistgħu jiġu identifikati bħala SIK (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Cascina Tre Pini</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑301/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:214">EU:C:2014:214</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), min-naħa l-oħra, huma ma għandhomx għad-dispożizzjoni tagħhom l-istess marġni ta’ diskrezzjoni fil-każ fejn jissuġġerixxu lill-Kummissjoni li tipproċedi bi tnaqqis tas-superfiċji ta’ SIK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 28 tal-konklużjonijiet tagħha, peress li l-inklużjoni ta’ sit fil-lista tqajjem preżunzjoni li permezz tagħha l-imsemmi sit kollu jikseb importanza għall-għan tal-konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-flora u tal-fawna selvaġġi msemmija fid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, il-proposta ta’ Stat Membru li jitnaqqas is-superfiċji ta’ sit fuq il-lista teħtieġ l-prova tal-fatt li ż-żoni inkwistjoni ma għandhom ebda importanza sinjifikattiva għat-twettiq ta’ dan il-għan fuq livell nazzjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha taċċetta jew timplementa l-proposta biss jekk tasal għall-konklużjoni li dawn iż-żoni lanqas ma huma meħtieġa mill-perspettiva tal-Unjoni fl-intier tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jirriżulta mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-awtoritajiet Olandiżi ġġustifikaw it-talba magħmula lill-Kummissjoni li jirtiraw il-Leenheerenpolder mis-SIK Haringvliet mhux minħabba l-fatt li kien ġie mwettaq żball fil-proposta prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fir-rigward tal-valur ekoloġiku ta’ din il-polder u l-kapaċità tagħha li tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta’ din id-direttiva, li jirriżultaw mill-Artikoli 2 u 3 tagħha, iżda mill-fatt li deċiżjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-politika nazzjonali dwar in-natura ttieħdet matul is-sena 2011. B’mod partikolari, dawn l-awtoritajiet fl-ebda mument ma sostnew li l-potenzjal tal-imsemmija polder fir-rigward tar-restawrazzjoni tat-tipi ta’ habitats naturali u tal-ispeċijiet ikkonċernati, permezz tat-trasformazzjoni ta’ din iż-żona agrikola f’żona naturali suġġetta għall-influwenza tal-marea, kien għeb. Barra minn hekk, f’ittra indirizzata lill-Kummissjoni fit-<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, l-imsemmija awtoritajiet indikaw li l-proġett għall-iżvilupp ta’ riżorsi naturali f’din il-polder kien ġie abbandunat minħabba raġunijiet politiċi, soċjali u baġitarji, minħabba l-fatt li l-iżviluppi li diġà seħħew parzjalment f’partijiet oħra tas-sit Haringvliet kienu suffiċjenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan is-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Olandiż ikkonferma, matul is-seduta, li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ma kienx invoka l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>żball xjentifiku<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> meta ssottometta lill-Kummissjoni l-proposta tiegħu għat-tnaqqis tas-superfiċji tas-SIK Haringvliet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn naħa tagħha, il-Kummissjoni ma pprovdiet lill-Qorti tal-Ġustizzja ebda prova xjentifika li tista’ tistabbilixxi li tali żball kien ivvizzja din il-proposta inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Kummissjoni ma setgħetx legalment, fl-okkażjoni tat-tmien aġġornament tal-lista SIK għar-reġjun bijoġeografiku Atlaniku permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2015/72, tibbaża ruħha fuq l-eżistenza ta’ żball xjentifiku mwettaq inizjalment sabiex tinkludi s-sit Haringvliet f’din il-lista mingħajr ma tinkludi lil-Leenheerenpolder.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2015/72 hija invalida sa fejn, permezz ta’ din id-deċiżjoni, is-sit Haringvliet ġie inkluż fil-lista tas-SIK għar-reġjun bijoġeografiku tal-Atlantiku mingħajr l-inklużjoni tal-Leenheerenpolder.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/72, tat-<DATE ISO="20141203">3 ta’ Diċembru 2014</DATE>, li tadotta t-tmien aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Atlantiku hija invalida sa fejn, permezz ta’ din id-deċiżjoni, is-sit Haringvliet (NL 1000015) ġie inkluż f’din il-lista mingħajr l-inklużjoni tal-Leenheerenpolder.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>