|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/108 |
23.1.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/108
tat-22 ta’ Jannar 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2666 fir-rigward tad-data rikonoxxuta bħala preċiża sabiex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-materja prima agrikola fil-Ġermanja fuq ħamrija organika
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2666 (2), il-Kummissjoni rrikonoxxiet li r-rapport ippreżentat lilha mill-Ġermanja kien fih data preċiża sabiex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ, tas-segala, tal-qamħirrum, tax-xgħir, tat-tritikal, tal-pitrava taz-zokkor, tal-lift, tal-ħaxix tal-għelieqi u taż-żraġen minn artijiet bil-ħaxix tipikament prodotti fir-reġjuni NUTS 2 fil-Ġermanja fuq ħamrija minerali. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni ta’ dawk l-għelejjel prodotti fil-Ġermanja fuq ħamrija organika u sabithom preċiżi. Il-valuri tal-emissjonijiet relatati tħallew barra bi żball mill-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2666 u jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2666 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(3) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2666. Dan sabiex jiġi żgurat li l-kalkoli għall-ħamrija organika jkunu diġà validi mill-4 ta’ Novembru 2024 u li jittieħed approċċ koerenti għall-istess għelejjel imkabbra fuq żewġ tipi differenti ta’ ħamrija. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils, il-Bijolikwidi u l-Fjuwils tal-Bijomassa. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2666 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-4 ta’ Novembru 2024.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2666 tal-14 ta’ Ottubru 2024 li tirrikonoxxi skont l-Artikolu 31(2) u (4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 li r-rapport fih data preċiża sabiex jitkejlu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ, tas-segala, tal-qamħirrum, tax-xgħir, tat-tritikal, tal-pitrava taz-zokkor, tal-lift, tal-ħaxix tal-għelieqi u taż-żraġen minn artijiet bil-ħaxix fil-Ġermanja (ĠU L, 2024/2666, 15.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2666/oj).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2666, jiżdiedu t-Tabella 12 u t-Tabella 13 li ġejjin:
“Tabella 12
L-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-kultivazzjoni tal-qamħ (ħbub), tas-segala (ħbub), tal-qamħirrum (ħbub), tax-xgħir (ħbub), tat-tritikal (ħbub) u tal-pitrava taz-zokkor fil-Ġermanja fuq ħamrija organika (kg CO2-eq/tunnellata ta’ merkanzija maħsuda fuq bażi ta’ materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003, kif emendat l-aħħar bir-Regolament Delegat (UE) 2023/674 |
Qamħ (ħbub) |
Segala (ħbub) |
Qamħirrum (ħbub) |
Xgħir (ħbub) |
Tritikal (ħbub) |
Pitrava taz-zokkor |
|
|
DE F0 |
Schleswig-Holstein |
811 |
960 |
720 |
802 |
922 |
318 |
|
DE 60 |
Hamburg |
942 |
1 264 |
720 |
957 |
1 130 |
349 |
|
DE 91 |
Braunschweig |
870 |
1 077 |
755 |
851 |
1 066 |
335 |
|
DE 92 |
Hannover |
855 |
1 094 |
768 |
903 |
1 090 |
319 |
|
DE 93 |
Lüneburg |
971 |
1 122 |
766 |
1 019 |
1 148 |
343 |
|
DE 94 |
Weser-Ems |
896 |
1 036 |
745 |
984 |
1 063 |
333 |
|
DE 50 |
Bremen |
940 |
1 263 |
709 |
950 |
1 126 |
341 |
|
DE A3 |
Münster |
910 |
1 029 |
707 |
972 |
1 073 |
356 |
|
DE A4 |
Detmold |
899 |
990 |
708 |
931 |
1 050 |
334 |
|
DE 71 |
Darmstadt |
971 |
1 122 |
760 |
1 025 |
1 050 |
352 |
|
DE 14 |
Tübingen |
961 |
1 260 |
720 |
965 |
978 |
342 |
|
DE 21 |
Oberbayern |
934 |
1 065 |
692 |
950 |
1 124 |
311 |
|
DE 22 |
Niederbayern |
919 |
1 189 |
699 |
930 |
1 083 |
294 |
|
DE 24 |
Oberfranken |
1 225 |
1 412 |
695 |
1 245 |
1 287 |
412 |
|
DE 27 |
Schwaben |
898 |
1 208 |
690 |
901 |
969 |
297 |
|
DE 40 |
Brandenburg |
1 146 |
1 625 |
910 |
1 136 |
1 597 |
413 |
|
DE 80 |
Mecklenburg-Vorpommern |
920 |
1 238 |
902 |
904 |
1 389 |
340 |
Tabella 13
L-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-kultivazzjoni tal-lift, tal-qamħirrum (pjanta sħiħa), tal-qamħ (pjanta sħiħa), tal-ħaxix tal-għelieqi u taż-żraġen minn artijiet bil-ħaxix fil-Ġermanja fuq ħamrija organika (kg CO2-eq/tunnellata ta’ merkanzija maħsuda fuq bażi ta’ materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003, kif emendat l-aħħar bir-Regolament Delegat (UE) 2023/674 |
Lift |
Qamħirrum (pjanta sħiħa) |
Qamħ (pjanta sħiħa) |
Ħaxix tal-għelieqi |
Żraġen minn artijiet bil-ħaxix |
|
|
DE F0 |
Schleswig-Holstein |
1 669 |
401 |
524 |
669 |
651 |
|
DE 60 |
Hamburg |
1 796 |
428 |
661 |
831 |
829 |
|
DE 91 |
Braunschweig |
1 765 |
375 |
553 |
720 |
723 |
|
DE 92 |
Hannover |
1 705 |
398 |
554 |
724 |
721 |
|
DE 93 |
Lüneburg |
1 844 |
409 |
553 |
721 |
699 |
|
DE 94 |
Weser-Ems |
1 605 |
389 |
537 |
703 |
679 |
|
DE 50 |
Bremen |
1 774 |
411 |
645 |
807 |
776 |
|
DE A3 |
Münster |
1 692 |
420 |
670 |
998 |
963 |
|
DE A4 |
Detmold |
1 711 |
405 |
678 |
996 |
963 |
|
DE 71 |
Darmstadt |
1 740 |
401 |
641 |
1 017 |
1 002 |
|
DE 14 |
Tübingen |
1 701 |
398 |
630 |
937 |
917 |
|
DE 21 |
Oberbayern |
1 688 |
343 |
697 |
743 |
736 |
|
DE 22 |
Niederbayern |
1 713 |
365 |
697 |
753 |
735 |
|
DE 24 |
Oberfranken |
2 120 |
429 |
709 |
751 |
760 |
|
DE 27 |
Schwaben |
1 607 |
360 |
689 |
745 |
719 |
|
DE 40 |
Brandenburg |
2 104 |
607 |
983 |
1 270 |
1 241 |
|
DE 80 |
Mecklenburg-Vorpommern |
1 733 |
487 |
645 |
1 267 |
1 249 ” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/108/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)