02011R0887 — MT — 26.05.2021 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 887/2011

tal-5 ta’ Settembru 2011

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna ( ►M3  detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Operations GmbH ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 229 6.9.2011, p. 7)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/173 tal-1 ta' Frar 2017

  L 28

5

2.2.2017

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/961 tas-7 ta' Ġunju 2017

  L 145

7

8.6.2017

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/733 tal-5 ta’ Mejju 2021

  L 158

11

6.5.2021




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 887/2011

tal-5 ta’ Settembru 2011

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna ( ►M3  detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Operations GmbH ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi "addittivi żootekniċi" u mill-grupp funzjonali "stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana", hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

▼M2




ANNESS



In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, id-deskrizzjoni u l-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU għal kull kilogramm ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

ll-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: l-istabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana

4b1713

►M3  Evonik Operations GmbH ◄

Enterococcus faecium

CECT 4515

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 li jkun fiha minimu ta' 1 × 109 CFU għal kull gramma ta' addittiv

Forom solidi

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Iċ-ċelloli vijabbli tal-Enterococcus faecium CECT 4515

Metodu analitiku (1)

L-enumerazzjoni: metodu tat-tifrix fuq dixx bl-użu tal-agar eskulin ażid tal-aċidu biljari (EN 15788)

L-identifikazzjoni: l-elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (il-PFGE)

It-tiġieġ tas-simna

—

1 × 109

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-tisħin.

2.  L-użu huwa permess f'għalf li fih wieħed mill-koċċidjostatiki awtorizzati li ġejjin: is-sodju tal-monensina, id-diklażuril, in-nikarbażin, id-dekokinat, il-kloridrat tar-robenidina, is-sodju tas-semduramiċina, in-narasin, is-sodju tas-salinomiċina, il-lażaloċid A-sodju jew l-ammonju tan-narasin/tan-nikarbażin jew tal-maduramiċina.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun bit-tali proċeduri u bit-tali miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs u l-protezzjoni tal-ġilda.

Is-26 ta' Settembru 2021

(1)   

Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza għall-Addittivi tal-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports



In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, id-deskrizzjoni u l-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU għal kull litru ta' ilma tax-xorb

ll-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: l-istabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana

4b1713

►M3  Evonik Operations GmbH ◄

Enterococcus faecium

CECT 4515

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 li jkun fiha minimu ta' 1 × 109 CFU għal kull gramma ta' addittiv

Forom solidi

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Iċ-ċelloli vijabbli tal-Enterococcus faecium CECT 4515

Metodu analitiku (1)

L-enumerazzjoni: metodu tat-tifrix fuq dixx bl-użu tal-agar eskulin ażid tal-aċidu biljari (EN 15788)

L-identifikazzjoni: l-elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (il-PFGE)

It-tiġieġ tas-simna

—

5 × 108

—

1.  L-addittiv jista' jintuża fl-ilma tax-xorb.

2.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandha tiġi indikata l-istabbiltà fl-ilma tax-xorb.

3.  Għall-użu tal-addittiv fl-ilma tax-xorb, għandu jiġi żgurat it-tixrid omoġenju tal-addittiv.

4.  L-użu huwa permess f'għalf li fih wieħed mill-koċċidjostatiki awtorizzati li ġejjin: is-sodju tal-monensina, id-diklażuril, in-nikarbażin, id-dekokinat, il-kloridrat tar-robenidina, is-sodju tas-semduramiċina, in-narasin, is-sodju tas-salinomiċina, il-lażaloċid A-sodju jew l-ammonju tan-narasin/tan-nikarbażin jew tal-maduramiċina.

5.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun bit-tali proċeduri u bit-tali miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs u l-protezzjoni tal-ġilda.

It-28 ta' Ġunju 2027

(1)   

Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports