21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/240

tal-21 ta’ Frar 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 (1).

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, żewġ persuni u żewġ gruppi għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 tiġi emendata skont kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta’ Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-intestatura “A. Persuni” hija sostitwita b’dan li ġej:

“A.

Persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 3”;

(2)

jiżdiedu l-persuni li ġejjin:

“8.

Osama MAHMOOD (magħruf ukoll bħala Ustadh Usama Mahmood, Ousama Mahmood); nazzjonalità: Pakistani (preżunt).

9.

Sultan Aziz AZAM (magħruf ukoll bħala Aziz Azam, Sultan Aziz, Sultan Azziz Azzam, Sultan Aziz Ezzam); data tat-twelid: 1985; post tat-twelid: Afganistan; nazzjonalità: Afgana.”;

(3)

jiżdiedu l-intestatura u l-entrati li ġejjin:

“B.

Gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3

1.

Al-Qaeda fis-Subkontinent Indjan (AQIS), (magħruf ukoll bħala Al-Qa’ida fis-Subkontinent Indjan, Qaedat al-Jihad fis-Subkontinent Indjan).

2.

Da’esh –Hind Province (Da’esh –Provinċja ta’ Hind) (magħruf ukoll bħala Wilayah of Hind (Wilayah ta’ Hind), Islamic State’s Hind Province (ISHP) (Provinċja ta’ Hind tal-Istat Iżlamiku), IS-Wilayat al-Hind, Da’esh –Wilayat al-Hind).”.