<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-718/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020TJ0718</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2022:276">EU:T:2022:276</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>20</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20220504">4.5.2022</DATE> – Kawża T‑718/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Wizz Air Hungary vs Il‑Kummissjoni (TAROM; għajnuna għas-salvataġġ)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Għaxar Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20220504">4 ta’ Mejju 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Miżura ta’ sostenn adottata mir-Rumanija</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna għas-salvataġġ ta’ TAROM</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Kwalità ta’ persuna kkonċernata</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tad-drittijiet proċedurali</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà</KEYWORD><KEYWORD>Miżura intiża li tevita tbatija soċjali jew li tindirizza l-falliment fis-suq</KEYWORD><KEYWORD>Il-prinċipju <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> tal-għajnuna</KEYWORD><KEYWORD>Effett ta’ għajnuna preċedenti mogħtija qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Diffikultajiet serji</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑718/20,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Wizz Air Hungary Légiközlekedési Zrt. (Wizz Air Hungary Zrt.)</HT>, stabbilita f’Budapest (l-Ungerija), irrappreżentata minn E. Vahida, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Flynn, V. Bottka u I. Barcew, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla Estiża),</P><P>komposta minn S. Papasavvas, President tal-Awla, A. Kornezov, E. Buttigieg, G. Hesse u D. Petrlík (Relatur), imħallfin,</P><P>Reġistratur: I. Pollalis, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura,</VISA><VISA>wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20211206">6 ta’ Diċembru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, Wizz Air Hungary Légiközlekedési Zrt. (Wizz Air Hungary Zrt.), titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2020) 1160 finali tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20200224">24 ta’ Frar 2020</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat SA.56244 (2020/N) – Rumanija – Għajnuna għas-salvataġġ ta’ TAROM (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="310" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, C 310, p. 3</REF.DOC.OJ>), li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea, minn naħa, ma qajmitx oġġezzjonijiet kontra miżura ta’ għajnuna mogħtija mir-Rumanija lill-Compania Nazzjonalia de Transporturi Aeriene Romane <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>TAROM SA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>TAROM<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u komposta f’self ta’ ammont ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">175952000</FT>) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">36660000</FT>), li għandu jitħallas lura fi tmiem perijodu ta’ sitt xhur, u, min-naħa l-oħra, iddikjarat din l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>id-deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża u d‑deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>TAROM hija kumpannija tal-ajru Rumena li topera minn pjattaforma ajruportwarja unika, li tinsab fl-ajruport Internazzjonali OTP Henri-Coandă ta’ Bukarest (ir-Rumanija). Din il-kumpannija hija prinċipalment attiva fit-trasport bl-ajru ta’ passiġġieri, ta’ merkanzija u ta’ posta. Fil-bidu tas-sena 2020, TAROM kienet timpjega 1 795-il persuna u kellha flotta ta’ 25 ajruplan. TAROM kienet topera kemm linji nazzjonali kif ukoll linji internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20200219">19 ta’ Frar 2020</DATE>, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni pjan ta’ għajnuna għas-salvataġġ ta’ TAROM, kompost minn self għall-finanzjament tal-bżonnijiet ta’ likwidità tagħha ta’ ammont ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">175952000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">36660000</FT>), li għandu jitħallas lura fi tmiem perijodu ta’ sitt xhur bil-possibbiltà ta’ ħlas lura parzjali antiċipat (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>miżura ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkonstatat li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ TAROM kienet iddeterjorat ruħha b’mod sinjifikattiv matul il-ħames snin preċedenti u enfasizzat li t-telf akkumulat fuq il-perijodu 2004-2019 kien jammonta għal RON <FT TYPE="NUMBER">3362130000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">715350000</FT>), u li għalhekk kien jaqbeż iktar min-nofs tal-ammont tal-kapital ta’ TAROM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sitwazzjoni tan-networks ta’ trasport fir-Rumanija, il-Kummissjoni osservat li l-istat ġenerali u l-affidabbiltà tan-networks tal-ferroviji u tat-toroq fir-Rumanija kien medjokri, u li t-bl-ajru kien għadu essenzjali għall-iżvilupp reġjonali f’dan il-pajjiż, b’mod partikolari l-konnessjonijiet interni operati minn TAROM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni indikat li, skont ir-Rumanija, il-ħruġ mis-suq ta’ TAROM ma kienx jippermetti li jiġu żgurati t-titjiriet relatati mar-reżervazzjonijiet diġà mwettqa, mingħajr it-teħid f’qasir żmien tal-konnessjonijiet ikkonċernati mill-kompetituri ta’ TAROM, u li dan il-ħruġ kellu jaffettwa numru kbir ta’ impriżi fosthom, prinċipalment, l-ajruporti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fl-eżami tagħha tal-miżura ta’ għajnuna, fl-ewwel lok, il-Kummissjoni qieset li din kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni vverifikat jekk il-miżura ta’ għajnuna kinitx kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-ewwel, fil-premessi 52 sa 57 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset li TAROM kienet impriża f’diffikultà fis-sens tal-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="249" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, C 249, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Linji gwida<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>It-tieni, fil-premessi 58 sa 65 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni osservat li l-informazzjoni pprovduta mir-Rumanija kienet turi li l-miżura ta’ għajnuna kienet tissodisfa r-rekwiżit previst fil-punti 43sa 52 tal-Linji gwida li jgħid li l-għajnuna mill-Istat għandha tikkontribwixxi għal għan ta’ interess komuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>It-tielet, fil-premessi 66 sa 77 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset li l-miżura ta’ għajnuna kienet xierqa sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, jiġifieri l-evitar tal-falliment ta’ TAROM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-raba’, fil-premessi 78 sa 85 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni qieset li l-miżura ta’ għajnuna kienet proporzjonali għall-bżonnijiet ta’ likwidità ta’ TAROM fuq perijodu ta’ sitt xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-ħames, fil-premessi 86 sa 89 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddeċidiet li r-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> tal-għajnuna, li l-osservanza tiegħu hija imposta fil-punti 70 sa 74 tal-Linji gwida, kien issodisfatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-miżura ta’ għajnuna minħabba li din kienet kompatibbli mas-suq intern, konformement mal-Artikolu 107(3)(c) TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑talbiet tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id‑dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li hija għandha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> u interess ġuridiku inkwantu persuna kkonċernata fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE u inkwantu parti kkonċernata fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 [TFUE] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma tikkontestax l-ammissibbiltà tar-rikors.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, meta, bħal f’dan il-każ, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet abbażi tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament 2015/1589, hija mhux biss tiddikjara l-miżuri inkwistjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni, iżda wkoll, b’mod impliċitu, tirrifjuta li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111027">27 ta’ Ottubru 2011</DATE>, L‑<NAME.CASE>Awstrija vs Scheucher-Fleisch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:698">EU:C:2011:698</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Jekk il-Kummissjoni tikkonstata, wara l-eżami preliminari, li l-miżura nnotifikata tqajjem dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern, hija għandha tadotta, abbażi tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament 2015/1589, deċiżjoni għall-ftuħ tal-proċedura formali, prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament. Skont kliem din l-aħħar dispożizzjoni, tali deċiżjoni tistieden lill-Istati Membri kkonċernati u lill-partijiet interessati l-oħra sabiex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom f’terminu determinat, li normalment ma jaqbiżx it-terminu ta’ xahar (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Meta l-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma tinfetaħx, il-partijiet ikkonċernati, li setgħu jressqu osservazzjonijiet matul din it-tieni fażi, ma jkollhomx din il-possibbiltà. Bħala rimedju għal dan, huma għandhom id-dritt li jikkontestaw, quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni li ma tinfetaħx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. B’hekk, rikors intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 108(3) TFUE ppreżentat minn parti kkonċernata fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE huwa ammissibbli meta l-awtur ta’ dan ir-rikors ikollu l-intenzjoni li jipproteġi d-drittijiet proċedurali li huwa jislet minn din l-aħħar dispożizzjoni (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>NDSHT vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:701">EU:C:2010:701</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210609">9 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il‑Kummissjoni (Condor; Covid‑19</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑665/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:344">EU:T:2021:344</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fost tali partijiet ikkonċernati hemm, fid-dawl tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589, b’mod partikolari, impriżi kompetituri tal-benefiċjarju ta’ miżura ta’ għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-817/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:637">EU:C:2020:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210609">9 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il‑Kummissjoni (Condor; Covid‑19</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑665/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:344">EU:T:2021:344</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’din il-kawża, għandu jiġi osservat li teżisti relazzjoni ta’ kompetizzjoni bejn ir-rikorrenti u TAROM, il-benefiċjarju tal-miżura ta’ għajnuna. Fil-fatt, ir-rikorrenti sostniet, mingħajr ma ġiet ikkontradetta, li hija kienet l-ikbar kumpannija tal-ajru fir-Rumanija f’termini ta’ ishma ta’ kapaċità ta’ siġġijiet fl-2019. Għalhekk, hija kellha 40.8 % ta’ dawn is-siġġijiet – filwaqt li TAROM kellha biss 15.3 % minnhom –, u kienet tittrasporta madwar 9.3 miljun passiġġier fis-sena minn u lejn ir-Rumanija kif ukoll fuq il-konnessjonijiet interni ta’ dan il-pajjiż. Hija enfasizzat ukoll il-fatt li l-programm tagħha ta’ titjiriet għas-sajf 2020, stabbilit qabel il-bidu tal-pandemija tal-COVID‑19, kien jinkludi 163 il-linja bi tluq minn 11-il ajruport tar-Rumeni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-rikorrenti hija parti kkonċernata li għandha interess li tiżgura s-salvagwardja tad-drittijiet proċedurali li hija tislet mill-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għalhekk hemm lok li r-rikors jiġi ddikjarat ammissibbli sa fejn ir-rikorrenti ssostni, fil-kuntest tiegħu, il-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li, insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem erba’ motivi, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-miżura ta’ għajnuna għal għan ta’ interess komuni tabilħaqq iddefinit, it-tieni wieħed, fuq żball ta’ liġi u fuq<?PAGE NO="5"?> żball manifest ta’ evalwazzjoni, fir-rigward tal-osservanza tar-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, it-tielet wieħed, fuq l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji li kellhom iwasslu sabiex il-Kummissjoni tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, u, ir-raba’ wieħed, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fis-sens tal-Artikolu 296 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li, permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti tfittex espliċitament li tikseb l-osservanza tad-drittijiet proċedurali tagħha. F’dan ir-rigward, għandu barra minn hekk jiġi osservat li r-rikorrenti tista’ tinvoka, għall-finijiet tal-ħarsien tad-drittijiet proċedurali tagħha, motivi ta’ natura li juru li l-evalwazzjoni tal-informazzjoni u tal-elementi li l-Kummissjoni kellha jew seta’ jkollha, waqt il-fażi preliminari ta’ investigazzjoni tal-miżura nnotifikata, kellha tqajjem dubji fir-rigward tal-kompatibbiltà ta’ din tal-aħħar mas-suq intern (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Régie Networks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:764">EU:C:2008:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>3F vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑319/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:435">EU:C:2009:435</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210609">9 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il‑Kummissjoni (Condor; Covid‑19</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑665/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:344">EU:T:2021:344</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu għalhekk jiġi kkonstatat li t-tielet motiv huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel u tat-tieni motiv, għandu jiġi speċifikat li r-rikorrenti għandha d-dritt, sabiex turi l-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha minħabba dubji li l-miżura ta’ għajnuna kellha tqajjem fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern, li tinvoka argumenti intiżi li juru li l-konstatazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ din il-miżura mas-suq intern li waslet għaliha l-Kummissjoni kienet żbaljata, fatt li, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, huwa ta’ natura li jistabbilixxi li l-Kummissjoni missha kellha dubji fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-kompatibbiltà ta’ din il-miżura mas-suq intern. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali tista’ teżamina l-argumenti fuq il-mertu mressqa mir-rikorrenti, sabiex tivverifika jekk dawn humiex ta’ natura li jsostnu l-motiv espressament imressaq minnha dwar l-eżistenza ta’ dubji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 108(2) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑287/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:395">EU:C:2013:395</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190506">6 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Scor vs Il Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑135/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:287">EU:T:2019:287</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210609">9 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il‑Kummissjoni (Condor; Covid‑19</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑665/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:344">EU:T:2021:344</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, għandu jiġi enfasizzat li n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni jaqa’ taħt il-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u jikkostitwixxi motiv ta’ ordni pubbliku li għandu jitqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-qorti tal-Unjoni u ma huwiex relatat mal-legalità fil-mertu tad-deċiżjoni kkontestata sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210519">19 ta’ Mejju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il‑Kummissjoni (TAP; Covid‑19</NAME.CASE>), <NO.CASE>T‑465/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:284">EU:T:2021:284</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, ukoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-analiżi ppreżentata fil-punti 25 sa 29 iktar ’il fuq, għandu l-ewwel nett jiġi eżaminat it-tielet motiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji li kellhom iwasslu sabiex il-Kummissjoni tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet eżami insuffiċjenti u mhux komplet, minn naħa, tal-osservanza tar-rekwiżit relatat mal-kontribuzzjoni tas-salvataġġ ta’ TAROM għal għan ta’ interess komuni u, min-naħa l-oħra, tal-osservanza tar-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> tal-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà. F’dan ir-rigward, hija tagħmel riferiment għall-kontenut tal-ewwel żewġ motivi tar-rikors u minnu tiddeduċi li dawn l-insuffiċjenzi huma indikazzjoni tal-eżistenza ta’ diffikultajiet serji li kellhom iwasslu sabiex il-Kummissjoni tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni wkoll li r-riżultat tal-proċedura ta’ eżami tal-miżura ta’ għajnuna seta’ kien differenti li kieku l-Kummissjoni kienet osservat id-drittijiet proċedurali tagħha, billi toffrilha l-possibbiltà li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar din il-miżura u li tipprovdilha informazzjoni fattwali jew ta’ natura oħra.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, fid-dawl tal-argumenti tar-rikorrenti, hija l-Qorti Ġenerali li għandha tivverifika, fil-kuntest tal-eżami ta’ dan ir-rikors, jekk tnejn mir-rekwiżiti previsti mil-Linji gwida sabiex għajnuna għas-salvataġġ favur impriża f’diffikultà tkun tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, jiġifieri r-rekwiżit dwar il-kontribuzzjoni tal-miżura ta’ għajnuna għal għan ta’ interess komuni u dak <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> tal-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà, ġewx osservati mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, f’dak li jirrigwarda l-ewwel wieħed minn dawn ir-rekwiżiti, il-Qorti Ġenerali tqis neċessarju, fid-dawl tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200922">22 ta’ Settembru 2020</DATE>, L‑<NAME.CASE>Awstrija vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑594/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:742">EU:C:2020:742</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tosserva li mill-punt 43 tal-Linji gwida jirriżulta li, sabiex tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Linji gwida, miżura ta’ għajnuna mill-Istat għandu jkollha għan ta’ interess komuni. Skont dan l-istess punt, din l-eżiġenza ittraduċiet ruħha fir-rekwiżit li tali miżura għandu jkollha l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>għan li tipprevjeni t-tbatija soċjali jew tindirizza l-falliment fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Dan huwa kkonfermat mill-punt 44 ta’ dawn il-linji gwida, li jipprevedi li l-Istati Membri għandhom juru li l-falliment tal-benefiċjarju x’aktarx jinvolvi tbatija soċjali serja jew il-falliment gravi tas-suq. Il-kontenut ta’ din l-eżiġenza huwa għalhekk marbut mar-rekwiżit previst fl-Artikolu 107(3)(c) TFUE, li jipprevedi li l-miżura ta’ għajnuna għandha tkun maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, hekk kif sostnew, wara kollox, il-partijiet waqt is-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li s-sustanza nnifisha tar-rekwiżit previst fil-punti 43 u 44 tal-Linji gwida ma tmurx kontra l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, ħaġa li, barra minn hekk, ma hija allegata minn ebda waħda mill-partijiet, u li, bl-impożizzjoni ta’ din l-eżiġenza, il-Linji gwida ma naqqsux b’mod indebitu l-portata ta’ din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-eżami tal-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200922">22 ta’ Settembru 2020</DATE>, L‑<NAME.CASE>Awstrija vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑594/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:742">EU:C:2020:742</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, mill-punti 66 u 67 ta’ dik is-sentenza jirriżulta li ċ-ċirkustanza li l-għajnuna ppjanata tippermetti li jiġi rrimedjat falliment fis-suq tista’ tikkostitwixxi element rilevanti sabiex il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna tiġi evalwata abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar ir-regoli tal-oneru tal-prova applikabbli fil-kuntest tal-eżami tar-rekwiżiti previsti fil-punti 43 u 44 tal-Linji gwida</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni injorat ir-rekwiżiti imposti fil-punti 8 u 43 tal-Linji gwida. Hija tqis b’mod partikolari, essenzjalment, li l-Istat Rumen kien obbligat li juri r-realtà tal-konsegwenzi negattivi li għalihom kienet qiegħda tipprova tirrimedja l-miżura ta’ għajnuna. Għalhekk, bħala eżempju, dan l-Istat kellu jkun obbligat li juru li kumpanniji oħra tal-ajru ma kinux ser jirnexxilhom jieħdu ċerti linji attwalment operati minn TAROM. Issa, il-Kummissjoni aċċettat, żbaljatament, li l-Istat Rumen juri biss li kien plawżibbli li l-miżura ta’ għajnuna tissodisfa r-rekwiżiti previsti fil-punti 43 u 44 tal-Linji gwida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabel kollox, mit-test tal-punt 43 tal-Linji gwida jirriżulta li l-Istat Membru kkonċernat għandu juru li l-għajnuna hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>bl-għan<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> li tevita tbatija soċjali jew tindirizza l-falliment fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, l-imsemmi punt għandu jinqara flimkien mal-punt 44(b) tal-Linji gwida, li jispeċifika li l-Istati Membri għandhom juru li l-falliment tal-benefiċjarju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>x’aktarx<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jinvolvi tbatija soċjali serja jew il-falliment gravi tas-suq, b’mod partikolari billi juru li jeżisti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>riskju<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> ta’ tħarbit f’servizz importanti li jkun diffiċli li jiġi rreplikat u fejn ikun diffiċli li kompetitur jiżgura dan is-servizz minflok il-benefiċjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Istat Membru kkonċernat ma huwiex obbligat li juri li, fl-assenza tal-miżura ta’ għajnuna, ċerti konsegwenzi negattivi ser jipproduċu ruħhom neċessarjament bħala konsegwenza tal-falliment tal-benefiċjarju tal-għajnuna, iżda unikament li hemm ir-riskju li dawn il-konsegwenzi jseħħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Wara dan, l-elementi prodotti f’dan is-sens mill-Istat Membru jistgħu biss, min-natura tagħhom, ikunu relatati ma’ ġrajjiet futuri li r-realizzazzjoni tagħhom ma hijiex ċerta fil-mument tan-notifika tal-għajnuna lill-Kummissjoni. Għalhekk, dawn l-elementi għandhom jippermettu li l-Kummissjoni twettaq analiżi prospettiva tal-konsegwenzi negattivi tal-assenza ta’ adozzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-aħħar, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-legalità ta’ deċiżjoni, bħad-deċiżjoni kkontestata, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet, ibbażata fuq l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 2015/1589, tiddependi fuq il-punt dwar jekk l-evalwazzjoni tal-informazzjoni u tal-elementi li l-Kummissjoni kellha, matul il-fażi preliminari ta’ investigazzjoni tal-miżura nnotifikata, kellhiex oġġettivament tqajjem dubji rigward il-kompatibbiltà ta’ din il-miżura mas-suq intern, peress li tali dubji għandhom jagħtu lok għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 1(h) ta’ dan ir-regolament (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑817/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:637">EU:C:2020:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Tempus Energy u Tempus Energy Technology</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:663">EU:C:2021:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-prova tal-eżistenza ta’ dubji dwar il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna inkwistjoni, li għandha titfittex kemm fiċ-ċirkustanzi tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet kif ukoll fil-kontenut tagħha, għandha tiġi prodotta mill-applikant għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni, abbażi ta’ sensiela ta’ indizji konkordanti (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>,<?PAGE NO="8"?> <NAME.CASE>Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑817/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:637">EU:C:2020:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Tempus Energy u Tempus Energy Technology</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:663">EU:C:2021:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għall-evalwazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata, ma hemmx lok li jiġi eżaminat jekk il-Kummissjoni wrietx li, fl-assenza tal-miżura ta’ għajnuna, kellu neċessarjament ikun hemm tbatija soċjali jew falliment fis-suq u li din il-miżura kellha tippermetti li dawn jiġu evitati u tipprovdi rimedju ċert għalihom. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi vverifikat jekk ir-rikorrenti wrietx l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji, fid-dawl tal-informazzjoni u tal-elementi li l-Kummissjoni kellha jew seta’ jkollha, li kellhom iwasslu sabiex ikollha dubji dwar l-eżistenza ta’ riskju li, fl-assenza tal-miżura ta’ għajnuna, kellu jkun hemm tali tbatija soċjali jew tali falliment fis-suq jew dwar il-fatt li l-miżura ta’ għajnuna hija intiża li tevita li dawn iseħħu jew li tipprovdi rimedju għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>B’konsegwenza ta’ dan, l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-indizji tal-eżistenza ta’ diffikultajiet serji fir-rigward tar-rekwiżiti previsti fil-punti 43 u 44 tal-Linji gwida</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel fergħa tat-tielet motiv tagħha, li fil-kuntest tagħha hija tagħmel ukoll riferiment għall-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żbalji fl-eżami tar-rekwiżiti previsti fil-punti 43 u 44 tal-Linji gwida. L-ewwel, hija tosserva li l-Kummissjoni kellu jkollha dubji f’dak li jirrigwarda l-importanza ta’ TAROM fis-suq nazzjonali. It-tieni, hija tqis li l-Kummissjoni naqset milli tevalwa l-eventwalità tas-sostituzzjoni ta’ TAROM fuq l-imsemmija konnessjonijiet interni. It-tielet, hija tosserva li l-Kummissjoni naqset milli tevalwa s-sehem żgħir ta’ TAROM fil-konnessjonijiet internazzjonali fl-eżami tagħha tal-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, fil-premessi 58 sa 65 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-miżura ta’ għajnuna kinitx tissodisfa r-rekwiżiti previsti fil-punti 43 u 44 tal-Linji gwida, billi qieset li, konformement ma’ dawn tal-aħħar, kellu jintwera li din il-miżura kellha l-għan li tipprevjeni tbatija soċjali jew tindirizza l-falliment fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-premessi 59 u 60 tad-deċiżjoni kkontestata, hija qieset li kien intwera li TAROM kellha rwol determinanti sabiex tiżgura l-konnettività reġjonali fi ħdan ir-Rumanija, peress li din il-kumpannija kienet tiżgura, waħedha, diversi konnessjonijiet tal-ajru interni. Barra minn hekk, il-waqfien tal-attivitajiet ta’ TAROM jaffettwa <FT TYPE="NUMBER">460000</FT> il-passiġġier li kienu diġà rriżervaw titjiriet, fosthom <FT TYPE="NUMBER">63000</FT> fuq konnessjonijiet esklużivament operati minnha. F’dak li jirrigwarda l-konnessjonijiet imsemmija l-aħħar, il-Kummissjoni qieset, fil-premessi 61 u 62 ta’ din id-deċiżjoni, li kien jidher li ma kienx probabbli wisq li l-kumpanniji tal-ajru kompetituri kellhom jiżguraw b’mod sħiħ l-operat tagħhom, u dan jaffettwa l-konnettività tar-reġjuni Rumeni fid-dawl tal-istat ħażin tal-infrastrutturi tat-toroq u tal-ferrovija, li ma joffrux alternattivi validi xierqa għall-passiġġieri tal-imsemmija konnessjonijiet. Fil-premessa 63 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni enfasizzat li t-tmiem tal-attivitajiet ta’ TAROM jista’ jkun ta’ dannu għas-sitwazzjoni ekonomika tar-reġjuni Rumeni, b’mod partikolari għall-ajruporti reġjonali, sa tali punt li jwassal għal tnaqqis tal-attività ekonomika, li jista’ jwassal għal tnaqqis fid-domanda ta’ servizzi ta’ vjaġġar. Fil-premessa 64 ta’ din l-istess deċiżjoni, hija kkonstatat, abbażi tal-informazzjoni pprovduta, li kien jeżisti riskju konkret ta’ interruzzjoni tas-servizzi ta’ trasport<?PAGE NO="9"?> bl-ajru ta’ passiġġieri fir-Rumanija u, fil-premessa 65 tal-imsemmija deċiżjoni, hija ddeċidiet, essenzjalment, li, billi tevita l-proċess ta’ likwidazzjoni imminenti u potenzjalment ta’ tfixkil, il-miżura ta’ għajnuna kellha tevita tbatija soċjali serja u falliment importanti fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel, għandu jiġi osservat li l-analiżi tal-Kummissjoni ma tistax tiġi kkonfutata mill-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-Kummissjoni naqset milli tevalwa d-daqs tas-suq u l-importanza ta’ TAROM fil-konnessjonijiet nazzjonali u internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li l-punt 43 u l-punt 44(b) tal-Linji gwida ma jimponux fuq il-Kummissjoni l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni d-daqs tas-suq inkwistjoni meta hija teżamina jekk is-servizz inkwistjoni huwiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>importanti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Għalhekk, anki jekk is-suq inkwistjoni huwa relattivament limitat, dan ma jipprekludix li servizz ipprovdut f’suq jista’ jkun importanti fis-sens tal-Linji gwida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-analiżi tal-Kummissjoni f’din il-kawża hija msejsa, essenzjalment, fuq il-konstatazzjoni li tgħid li t-tmiem tal-attività ta’ TAROM għandha tkun ta’ dannu kemm għall-konnettività tar-reġjuni Rumeni esklużivament moqdija minn din tal-aħħar kif ukoll għas-sitwazzjoni ekonomika ta’ dawn ir-reġjuni u li jeżisti, f’dan il-każ, riskju konkret ta’ interruzzjoni ta’ ċerti servizzi ta’ trasport bl-ajru ta’ passiġġieri fir-Rumanija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, fil-kuntest tal-assenza ta’ alternattivi validi minħabba l-istat ħażin tal-infrastrutturi tat-toroq u tal-ferroviji Rumeni, fatt li ma huwiex ikkontestat mir-rikorrenti, il-konnettività reġjonali permezz ta’ konnessjonijiet tal-ajru interni u l-konnettività internazzjonali tar-Rumanija setgħu ġustament jitqiesu mill-Kummissjoni bħala li huma servizz importanti li l-interruzzjoni tiegħu kienet tirriskja li tkun tinvolvi tbatija soċjali serja jew tikkostitwixxi falliment fis-suq, fis-sens tal-punt 44(b) tal-Linji gwida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn ir-rikorrenti ssostni li, meqjusa l-preżenza dgħajfa ta’ TAROM fis-suq tat-trasport bl-ajru nazzjonali, l-ammont tal-għajnuna għal kull passiġġier jidher li huwa sproporzjonat, hija tikkontesta, essenzjalment, il-proporzjonalità tal-miżura ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ma turix li l-implimentazzjoni ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku li bih ġiet inkarigata TAROM, hekk kif hija tissuġġerixxi, setgħet titwettaq fi żmien suffiċjentement qasir sabiex jiġi evitat il-ħruġ mis-suq ta’ din tal-aħħar, li ma huwiex ikkontestat li kien imminenti. Bl-istess mod, hija ma wrietx li tali obbligi ta’ servizz pubbliku kien ikun ta’ natura li jevita t-tmiem ta’ attività ta’ TAROM u l-konsegwenzi li kienu jirriżultaw minnu għall-konnettività u għall-attività ekonomika tar-reġjuni Rumeni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>It-tieni, f’dak li jirrigwarda l-argumenti tar-rikorrenti marbutin mas-sostituzzjoni ta’ TAROM fuq il-konnessjonijiet interni, għandu jitfakkar li l-legalità ta’ deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet meħuda fi tmiem il-proċedura ta’ eżami preliminari, għandha tiġi evalwata mill-qorti tal-Unjoni mhux biss abbażi tal-informazzjoni li l-Kummissjoni kellha fil-mument meta addottatha, iżda wkoll skont l-informazzjoni li hija seta’ kellha għad-dispożizzjoni tagħha (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Achemos Grupė u Achema vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑847/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:343">EU:C:2021:343</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Tempus Energy u Tempus Energy Technology</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:663">EU:C:2021:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm, waqt l-eżami tal-eżistenza u tal-legalità ta’ għajnuna mill-Istat, jista’ jkun neċessarju li l-Kummissjoni, jekk ikun il-każ, tmur lil hinn mill-eżami biss tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi miġjuba għall-għarfien tagħha, madankollu, ma jistax jiġi dedott li hija għandha tfittex, fuq<?PAGE NO="10"?> inizjattiva tagħha stess u fin-nuqqas ta’ kull indizju f’dan is-sens, l-informazzjoni kollha li tista’ tippreżenta rabta mal-kwistjoni mressqa quddiemha, minkejja li tali informazzjoni hija ta’ dominju pubbliku (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Tempus Energy u Tempus Energy Technology</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:663">EU:C:2021:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, qabel kollox, għandu jiġi osservat li, bil-kontra ta’ dak li tiddikjara r-rikorrenti, l-eventwalità tas-sostituzzjoni ta’ TAROM mill-kompetituri tagħha fuq il-konnessjonijiet interni esklużivament operati minnha ġiet evalwata mill-Kummissjoni fil-premessa 61 tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, mill-kontenut ta’ din il-premessa, li jagħmel riferiment, f’dan ir-rigward, għall-premessa 17 ta’ din id-deċiżjoni, jirriżulta li l-Kummissjoni qieset li ma kienx probabbli wisq li l-kumpanniji tal-ajru kompetituri preżenti fis-suq Rumen, li prinċipalment huma kumpanniji low cost, kellhom jidħlu f’dan is-suq sabiex jiżguraw it-totalità ta’ dawn il-konnessjonijiet, peress li l-interess kummerċjali ta’ dawn il-kumpanniji f’dan ir-rigward kien allegatament baxx. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li d-domanda fuq dawn il-konnessjonijiet kienet dgħajfa f’termini ta’ passiġġieri għal kull titjira u li ma kienx profittabbli li tali konnessjonijiet jitwettqu permezz ta’ ajruplani li għandhom kapaċità ta’ siġġijiet ikbar minn dawk użati minn TAROM, bħal dawk li kienu ġeneralment operati mill-kumpanniji low cost. Hija osservat li l-mudell ekonomika tal-kumpanniji low cost kien ibbażat fuq il-kwantità u fuq flotta omoġenja sabiex jiġu mminimizzati l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Wara dan, għalkemm ir-rikorrenti ssostni li kumpanniji tal-ajru kompetituri ta’ TAROM kienu joperaw fuq tlieta mis-seba’ konnessjonijiet interni ppreżentati, f’din id-deċiżjoni deċiżjoni, bħala operati esklużivament minn din tal-aħħar, hija ma tikkontestax li, f’kull każ, l-erba’ konnessjonijiet interni l-oħra kienu tabilħaqq operati esklużivament minn TAROM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija lanqas ma ppreżentat elementi suffiċjenti li juru li, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-imsemmija kumpanniji tal-ajru kompetituri kienu joperaw dawn it-tliet konnessjonijiet interni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għalhekk, minn naħa, is-silta mis-sit tal-internet ta’ kumpannija tal-ajru, ippreżentata mir-rikorrenti, tippermetti biss li jiġi kkonstatat li din il-kumpannija tal-ajru kienet topera t-tliet linji interni inkwistjoni fid-data tat‑<DATE ISO="20201103">3 ta’ Novembru 2020</DATE>, jiġifieri wara d-data li fiha ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata. Ma jistax, għalhekk, jiġi kkontestat li l-Kummissjoni ma setgħetx tieħu inkunsiderazzjoni, f’din id-deċiżjoni, informazzjoni li tirriżulta minn dan id-dokument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwarda dokument ieħor prodott quddiem il-Qorti Ġenerali mir-rikorrenti, li jgħid li wħud mil-linji interni u internazzjonali meqjusa bħala operati esklużivament minn TAROM fid-deċiżjoni kkontestata huma operati wkoll minn kompetituri tagħha, waqt is-seduta r-rikorrenti speċifikat li din hija tabella li hija kienet fasslet hija nnifisha, li tirriproduċi l-informazzjoni li tirrigwarda l-konnessjonijiet tal-ajru għal perijodu speċifiku li toriġina minn kumpannija speċjalizzata fil-ġbir u fl-ipproċessar ta’ data dwar id-diversi konnessjonijiet tal-ajru eżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jekk jitqies li l-informazzjoni li tidher f’din it-tabella hija affidabbli, xorta jibqa’ l-fatt li din tikkonferma li TAROM kienet topera, waħedha, diversi linji tal-ajru inkwistjoni fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, hekk kif barra minn hekk tammetti r-rikorrenti. Barra minn hekk, f’dak li jirrigwarda l-konnessjonijiet tal-ajru oħra inkwistjoni, din l-informazzjoni ma tispeċifikax li kumpanniji tal-ajru oħra kienu wkoll joperaw dawn il-konnessjonijiet skont ċerta<?PAGE NO="11"?> perjodiċità – annwali jew staġjonali – u skont ċerta frekwenza – b’mod partikolari ta’ kuljum jew fil-ġimgħa – li kien ipoġġihom f’pożizzjoni ta’ kompetizzjoni ma’ TAROM. Fil-fatt, la l-imsemmija tabella u lanqas in-noti tar-rikorrenti ma jippermettu li tali informazzjoni tiġi identifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għalhekk, anki jekk jitqies li huwa stabbilit, il-fatt li kumpanniji tal-ajru oħra kienu, f’xi mument kwalunkwe tas-sena 2019, operaw ċerti linji interni u internazzjonali ma huwiex ta’ natura li juri li dawn il-kumpanniji kienu jkunu f’pożizzjoni li jiżguraw faċilment is-servizz ipprovdut minn TAROM fil-każ tal-falliment tagħha fuq il-linji kollha li din tal-aħħar kienet topera b’mod esklużiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn ir-rikorrenti tindika, fir-rikors, li l-informazzjoni li tinsab fl-imsemmija tabella toriġina minn sorsi li huma ta’ dominju pubbliku, bħalma huma s-siti tal-internet tal-kumpanniji tal-ajru, għandu jitfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 57 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li tfittex, fuq inizjattiva tagħha stess u fin-nuqqas ta’ kull indizju f’dan is-sens, l-informazzjoni kollha li tista’ tippreżenta rabta mal-kwistjoni mressqa quddiemha, minkejja li tali informazzjoni hija ta’ dominju pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif hija ammettiet ukoll matul is-seduta f’dak li jirrigwarda l-każ rispettiv tagħha, ir-rikorrenti ma pproduċiet l-ebda element li jista’ juri li kumpanniji tal-ajru kompetituri ta’ TAROM kienu jkunu lesti li jieħdu l-konnessjonijiet kollha esklużivament operati minnha fil-każ ta’ ħruġ mis-suq ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fl-aħħar, anki jekk jitqies li s-sostituzzjoni ta’ TAROM kienet tkun possibbli fuq uħud mill-konnessjonijiet interni jew internazzjonali inkwistjoni, ir-rikorrenti lanqas ma wriet li, fid-dawl tat-tmiem probabbli u imminenti tal-attività ta’ TAROM, din is-sostituzzjoni setgħet isseħħ fi żmien qasir, u tevita, għal dan il-għan, kemm jista’ jkun possibbli kull interruzzjoni tas-servizz, u taħt kundizzjonijiet li jkunu qrib għal dawk li taħthom kienu operati dawn il-konnessjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Dan jgħodd iktar u iktar peress li huwa paċifiku li TAROM għandha network ta’ hub and spoke u li għalhekk hija tinsab f’pożizzjoni li tipproponi konnessjoni mal-ajruport ta’ Bukarest lill-passiġġieri li ġejjin minn ajruporti reġjonali filwaqt li l-kompetituri tagħha preżenti fuq il-linji interni minbarra dawk li huma operati esklużivament minn TAROM għandhom networks b’titjiriet minn punt sa punt. Issa, ir-rikorrenti ma kkontestatx li, hekk kif issostni l-Kummissjoni, il-konnessjoni lejn destinazzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali bi tluq mill-ajruport ta’ Bukarest hija ta’ natura li tiżgura l-konnettività reġjonali b’mod partikolarment sodisfaċenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dak li jirrigwarda l-allegata kapaċità żejda li kienet teżisti fir-Rumanija fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti la tikkontesta li, hekk kif tindika l-Kummissjoni, iktar min-nofs l-ajruplani li ma kinux fl-ajru f’din id-data kienu proprjetà ta’ TAROM, u lanqas li, bħala regola ġenerali, il-kumpanniji tal-ajru kompetituri ta’ TAROM, li huma kollha kumpanniji low cost, jużaw ajruplani li għandhom kapaċità ta’ trasport ta’ passiġġieri ikbar minn dik tal-ajruplani li hija tuża sabiex tiżgura l-konnessjonijiet li hija topera esklużivament. Issa, ir-rikorrenti ma tispjegax b’liema mod ikun profittabli li l-konnessjonijiet interni inkwistjoni, li jikkonċernaw biss numru limitat ta’ passiġġieri, jitwettqu b’tali ajruplani.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’kull każ, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 57 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma kinitx obbligata li tfittex lil hinn mill-informazzjoni prodotta quddiemha mill-Istat Membru, fuq inizjattiva tagħha stess u fin-nuqqas ta’ kull indizju f’dan is-sens, informazzjoni li setgħet tindika li kumpanniji tal-ajru kompetituri ta’ TAROM, minkejja l-karatteristiċi tagħhom imsemmija fil-punt 69 iktar ’il fuq, kienu disposti li joperaw il-konnessjonijiet interni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>B’mod partikolari, mill-elementi għad-dispożizzjoni tal-Qorti Ġenerali ma jirriżultax li n-numru ta’ ajruplani mhux fl-ajru fid-data tad-deċiżjoni kkontestata, inkwantu indizji tal-eżistenza ta’ kapaċità żejda fir-Rumanija f’din id-data, kienet informazzjoni li kellha tiġi mfittxija mill-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fl-aħħar, l-argument li jgħid li l-falliment ta’ kumpannija tal-ajru ma għandux jaffettwa l-konnettività ta’ Stat Membru, dan huwa spekulattiv u ma huwiex ta’ natura li juri li l-konsegwenzi tat-tmiem tal-attività ta’ TAROM għall-passiġġieri tal-konnessjonijiet interni u internazzjonali esklużivament operati minnha setgħu jiġu evitati, peress li r-rikorrenti ma wrietx li l-kumpanniji tal-ajru kompetituri ta’ TAROM setgħu jieħdu dawn il-konnessjonijiet fil-każ ta’ falliment ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>It-tielet, f’dak li jirrigwarda l-argument li permezz tiegħu r-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni naqset milli tevalwa s-sehem żgħir tas-suq ta’ TAROM fil-konnessjonijiet internazzjonali, għandu jiġi osservat li dan is-sehem żgħir tas-suq, anki jekk jitqies li huwa stabbilit, ma huwiex ta’ natura li jinfluwenza l-konstatazzjoni li tgħid li s-sitwazzjoni ta’ TAROM u r-riskju li din tal-aħħar ittemm l-attivitajiet tagħha fi żmien qasir setgħu jippreġudikaw il-konnettività tar-Rumanija fit-totalità tagħha, u fuq kollox il-konnettività ta’ ċerti reġjuni Rumeni, u li jkunu ta’ dannu kemm għall-passiġġieri li kienu jużaw is-servizzi ta’ trasport bl-ajru tagħha kif ukoll, b’mod iktar wiesa’, għas-sitwazzjoni ekonomika tal-imsemmija reġjuni jew ta’ ċerti infrastrutturi bħalma huma l-ajruporti reġjonali, hekk kif jirriżulta mill-premessa 63 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-importanza ta’ TAROM għall-konnettività tar-reġjuni Rumeni u tal-konsegwenzi li l-falliment tagħha jkollu fuq dawn ir-reġjuni, il-Kummissjoni setgħet, mingħajr ma jkollha dubji, tiddeċiedi biss fuq din il-bażi li l-miżura ta’ għajnuna kienet tissodisfa r-rekwiżiti previsti fil-punti 43 u 44 tal-Linji gwida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Minn dak li ġie espost iktar ’il fuq jirriżulta li r-rikorrenti ma pproduċietx indizji fir-rigward tal-eżami tar-rekwiżiti previsti fil-punti 43 u 44 tal-Linji gwida li jistgħu juru l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji li kellhom iwasslu sabiex il-Kummissjoni jkollha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna mas-suq intern, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskju li, fl-assenza tal-miżura ta’ għajnuna, kien ser ikun hemm tbatija soċjali jew falliment fis-suq jew fir-rigward tal-fatt li l-miżura ta’ għajnuna għandha l-għan li tevita li dawn iseħħu jew li tindirizzahom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>B’konsegwenza ta’ dan, l-ewwel motiv u l-ewwel fergħa tat-tielet motiv għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-indizji tal-eżistenza ta’ diffikultajiet serji fir-rigward tal-osservanza tar-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> permezz tal-miżura ta’ għajnuna</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni fergħa tat-tielet motiv tagħha, li fil-kuntest tagħha hija tagħmel riferiment għat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, billi awtorizzat il-miżura ta’ għajnuna, il-Kummissjoni kisret ir-rekwiżit imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, previst fil-punt 70 tal-Linji gwida. Il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt, minn naħa, li TAROM kienet ibbenefikat minn serje ta’ żidiet fil-kapital li kienu seħħew sal-2019, li kienu jimplimentaw<?PAGE NO="13"?> għajnuna għar-ristrutturazzjoni li din tal-aħħar kienet kisbet qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), u, min-naħa l-oħra, li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni relatat magħha kien ġie implimentat sal-2019 filwaqt li l-imsemmija għajnuna kienet, min-naħa tagħha, ġiet implimentata sal-imsemmija sena. Barra minn hekk, il-fatt li tali għajnuna tista’ titqies bħala għajnuna eżistenti huwa irrilevanti għall-evalwazzjoni tar-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-punt 70 tal-Linji gwida, sabiex jitnaqqas il-periklu morali, l-inċentivi ta’ teħid eċċessiv ta’ riskju u d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-għajnuna għandha tingħata lill-impriżi f’diffikultà għal operazzjoni waħda biss ta’ ristrutturazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Il-punt 71 tal-imsemmija linji jipprevedi, f’dan il-kuntest, li, meta jinnotifika lill-Kummissjoni proġett ta’ għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturazzjoni, l-Istat Membru jrid jispeċifika jekk l-impriża kkonċernata tkunx diġà bbenefikat minn għajnuna għas-salvataġġ, minn għajnuna għar-ristrutturazzjoni jew minn appoġġ għar-ristrutturazzjoni temporanja fil-passat, inkluża kull għajnuna ta’ din ix-xorta mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji gwida u kull għajnuna oħra mhux innotifikata. Jekk dan ikun il-każ, u fejn ikunu għaddew inqas minn 10 snin minn meta tkun ingħatat l-għajnuna jew minn meta jkun intemm il-perijodu ta’ ristrutturazzjoni jew minn meta tkun twaqqfet l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni (skont liema minn dawn ikun seħħ l-aktar tard), il-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza għajnuna ġdida konformement ma’ dawn il-Linji gwida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-premessi 87 sa 89 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddeċidiet li r-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, previst fil-punti 70 sa 75 tal-Linji gwida, kien osservat. Għal dan il-għan, hija eżaminat l-effett ta’ serje ta’ żidiet tal-kapital ta’ TAROM li seħħew sal-2019. Hija qieset li dawn kienu jimplimentaw l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM, u dan qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni. F’dan ir-rigward, hija osservat li din l-għajnuna, li kienet tikkonsisti f’self u f’garanzija tar-Rumanija fir-rigward ta’ self sottoskritt minn TAROM, kienet ġiet implimentata sal-2019, fejn dan l-Istat kien issostitwixxa ruħu għal TAROM sabiex iħallas lura l-imsemmi self, u li d-dejn ta’ din tal-aħħar li jirriżulta mill-ħlas imwettaq f’dan il-kuntest kien ġie kkonvertit f’żidiet ta’ kapital sottoskritti mill-imsemmi Stat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’din il-kawża, ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li l-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM ma kinux jippermettu li jitqies li r-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> kien issodisfatt. Fil-fatt, id-deċiżjoni kkontestata ma tirrispettax it-terminu ta’ inqas minn għaxar snin, irrispettivament minn liema każ minn dawk imsemmi fil-punt 71 tal-Linji gwida jittieħed inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, f’dak li jirrigwarda l-ewwel każ previst fil-punt 71 tal-Linji gwida, jiġifieri l-mogħdija ta’ terminu ta’ inqas minn għaxar snin mid-data tal-għoti tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, mill-mument li fih id-dritt għal assistenza, ipprovduta permezz ta’ riżorsi tal-Istat, jingħata lill-benefiċjarju abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, l-għajnuna għandha tiġi kkunsidrata bħala li ngħatat, b’tali mod li t-trasferiment effettiv tar-riżorsi inkwistjoni ma huwiex deċiżiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Magdeburger Mühlenwerke</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑129/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:200">EU:C:2013:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Arriva Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1121">EU:C:2019:1121</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210520">20 ta’ Mejju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Azienda Sanitaria Provinciale di Catania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑128/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:401">EU:C:2021:401</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata u mit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM tikkonsisti f’self u f’diversi garanziji ta’ self ieħor, mogħtija mill-Istat Rumen lil TAROM permezz ta’ ħames deċiżjonijiet u digrieti tal-Gvern Rumen, adottati bejn l-1997 u l-2003. L-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM ġiet, wara dan, awtorizzata mill-Consiliul Concurenţei (il-Kunsill tal-kompetizzjoni, ir-Rumanija) fl-2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-għoti tad-diversi komponenti tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM seħħ bejn l-1997 u l-2003, fejn għandu jiġi speċifikat li, hekk kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Kummissjoni matul is-seduta, il-garanziji ta’ self hekk mogħtija kienu kollha ġew użati immedjatament hekk kif ingħataw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-natura ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonsisti f’garanzija ta’ self mogħti lill-benefiċjarju tal-għajnuna timplika neċessarjament li, hekk kif il-garanzija tintuża, il-ħlasijiet imwettqa f’dan il-kuntest jistgħu jestendu fuq il-perijodu kollu tas-self. Għaldaqstant, dan ma għandux riperkussjonijiet fuq id-data tal-għoti tal-għajnuna, b’tali mod li l-argumenti kollha dwar il-pagamenti relatati mal-garanziji mwettqa iktar ’il quddiem huma ineffettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni spjegat, essenzjalment, fil-premessa 88 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-pagamenti mwettqa mill-Istat Rumen, b’applikazzjoni tal-garanziji li huma s-suġġett tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM, u l-konverżjonijiet ta’ dejn ta’ TAROM, li jirriżultaw minn dan, f’żidiet ta’ kapital favur ta’ dan l-Istat sal-2019, jikkostitwixxu biss sempliċi implimentazzjoni ta’ din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ma tikkontestax id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li kemm il-kundizzjonijiet li fihom għandhom jintużaw il-garanziji ta’ self kif ukoll il-konverżjoni tad-dejn imnissel mill-pagamenti mwettqa mill-Istat Rumen, b’applikazzjoni ta’ dawn il-garanziji, f’żidiet tal-kapital ta’ TAROM favur dan l-Istat kienu previsti mid-diversi deċiżjonijiet u digrieti msemmija fil-punt 84 iktar ’il fuq u għalhekk saħansitra qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-rikorrenti tillimita ruħha li ssostni li l-Kummissjoni kellha tiżgura ruħha li l-użu tal-garanziji mogħtija mill-Istat Rumen kien twettaq skont il-kundizzjonijiet miftiehma inizjalment waqt l-għoti tagħhom. Madankollu, bi ksur tar-regoli tal-oneru tal-prova mfakkra fil-punt 43 iktar ’il fuq, hija ma pproduċiet l-ebda prova jew indizju li jgħid li dawn il-kundizzjonijiet kienu ġew emendati matul il-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-diversi garanziji inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti sostniet, matul is-seduta, li l-Kummissjoni kellha tiżgura ruħha mill-kundizzjonijiet li fihom kienet twettqet l-implimentazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM billi teżamina r-rapporti annwali li l-Istati Membri għandhom ifasslu b’applikazzjoni tal-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat‑<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni [tal-Artikolu 108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), u tal-Artikolu 26 tar-Regolament 2015/1589, sabiex tneħħi kull dubju dwar l-osservanza tar-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> permezz tal-miżura ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Issa, bi ksur tar-regoli tal-oneru tal-prova mfakkra fil-punt 43 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti ma pproduċiet l-ebda prova tal-fatt li, minn naħa, ir-Rumanija ma osservatx l-obbligu tagħha li tistabbilixxi r-rapport annwali previst fl-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 659/1999 u fl-Artikolu 26 tar-Regolament 2015/1589 matul il-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-għajnuna<?PAGE NO="15"?> għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM, u li, min-naħa l-oħra, minn dawn ir-rapporti annwali jirriżulta li din l-għajnuna kienet ġiet implimentazzjoni taħt kundizzjonijiet differenti minn dawk li kienu ġew approvati mill-Kunsill tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>B’konsegwenza ta’ dan, ma jistax jiġi sostnut li l-Kummissjoni missha kellha dubji dwar l-osservanza tat-terminu ta’ inqas minn għaxar snin, previst fil-punt 71 tal-Linji gwida, ikkalkolat mid-data tal-għoti tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’dak li jirrigwarda t-tieni u t-tielet każ previsti fil-punt 71 tal-Linji gwida, jiġifieri l-mogħdija ta’ perijodu ta’ inqas minn għaxar snin minn tmiem tal-perijodu ta’ ristrutturazzjoni u minn tmiem l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, ir-rikorrenti ssostni li l-pagamenti mwettqa wara li ntużaw il-garanziji mogħtija fil-kuntest tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM u l-konverżjoni tad-djun, li rriżultat minn dan, f’żidiet tal-kapital tagħha, sal-2019, juru li, minn naħa, il-perijodu ta’ ristrutturazzjoni dam għaddej sal-imsemmija sena u li, min-naħa l-oħra, l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni ntemmet matul din l-istess sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>B’mod iktar konkret, ir-rikorrenti tqis, essenzjalment, li l-implimentazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM kienet tifforma parti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni, li t-tmiem tiegħu jaqbel mat-tmiem tal-perijodu ta’ ristrutturazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>L-ewwel, f’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>perijodu ta’ ristrutturazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, għandu jiġi osservat li l-punt 7 tal-Linji gwida jindika li jista’ jkun il-każ li impriża f’sitwazzjoni ta’ falliment tkun f’pożizzjoni li tibda ristrutturazzjoni li twassalha sabiex toħroġ minn ċerti attivitajiet li strutturalment jagħmlu t-telf u li jippermettulha torganizza mill-ġdid l-attivitajiet li jifdal fuq bażi li tagħti prospett raġonevoli ta’ vijabbilità fit-tul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Skont il-punt 45 tal-Linji gwida, ristrutturazzjoni tista’ tinvolvi wieħed jew iktar minn dawn l-elementi: ir-riorganizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet tal-benefiċjarju fuq bażi iktar effiċjenti, li tipikament jinvolvu l-irtirar minn attivitajiet li jagħmlu t-telf, ir-ristrutturazzjoni tal-attivitajiet eżistenti li jkunu jistgħu jerġgħu jsiru kompetittivi u, xi drabi, id-diversifikazzjoni lejn attivitajiet ġodda u vijabbli. Normalment ir-ristrutturazzjoni tiġbor taħtha wkoll ristrutturazzjoni finanzjarja f’forma ta’ injezzjonijiet ta’ kapital minn azzjonisti ġodda jew eżistenti u t-tnaqqis tad-dejn minn kredituri eżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, sa fejn il-punt 47 tal-Linji gwida jispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[i]l-perjodu ta’ ristrutturar [ristrutturazzjoni] għandu jkun qasir kemm jista’ jkun<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, l-imsemmija Linji gwida huma għalhekk ibbażati – inkluż il-punt 71 tagħhom – fuq l-idea ta’ ristrutturazzjoni qasira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Minn dak li ġie espost iktar ’il fuq jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>perijodu ta’ ristrutturazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jirreferi għall-perijodu li matulu jittieħdu l-miżuri elenkati fil-punt 96 iktar ’il fuq. Għalhekk dan huwa, bħala prinċipju, differenti minn dak li matulu tiġi implimentata miżura ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Issa, bi ksur tar-regoli tal-oneru tal-prova mfakkra fil-punt 43 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti ma pproduċiet l-ebda prova jew indizju li jgħid li l-perijodu ta’ ristrutturazzjoni, hekk kif iddefinit fil-punt 98 iktar ’il fuq, kien intemm wara l-2005, bil-kontra ta’ dak li jirriżulta mill-premessa 24 tad-deċiżjoni kkontestata, u, f’kull każ, inqas minn għaxar snin qabel l-għoti tal-miżura ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>It-tieni, f’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>pjan ta’ ristrutturazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, għandu jitfakkar li, sabiex ikun jista’ jiġi ddikjarat kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, proġett ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ impriża f’diffikultà għandu jkun marbut ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni intiż li jnaqqas u jagħti direzzjoni ġdida lill-attivitajiet (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940914">14 ta’ Settembru 1994</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/92 sa C‑280/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:325">EU:C:1994:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060406">6 ta’ April 2006</DATE>, <NAME.CASE>Schmitz-Gotha Fahrzeugwerke vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑17/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:109">EU:T:2006:109</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Olympiaki Aeroporia Ypiresies vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑68/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:253">EU:T:2007:253</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li għajnuna għar-ristrutturazzjoni tkun marbuta ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni ma jfissirx li, bħala tali, din l-għajnuna tifforma parti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni, sa fejn l-eżistenza ta’ dan tal-aħħar tikkostitwixxi, bil-kontra ta’ dan, kundizzjoni essenzjali sabiex tali għajnuna tkun tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑457/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:683">EU:T:2014:683</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0283">283</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija kkonfermata mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>pjan ta’ ristrutturazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, hekk kif dan jirriżulta mil-Linji gwida, li jiddefinixxu, fil-punti 45 sa 52, l-għanijiet u l-kontenut tiegħu, inkluża r-relazzjoni tiegħu ma’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Għalhekk, il-punti 45 u 46 tal-Linji gwida jeżiġu li, fil-każ ta’ tali għajnuna, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturazzjoni, u għalhekk l-għoti tal-għajnuna għandu jkun suġġett għall-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan. Il-punt 45 tal-imsemmija linji gwida jistipula l-elementi li jistgħu jkunu inklużi fi pjan ta’ ristrutturazzjoni, fejn huwa sottointiż li l-ebda wieħed minn dawn l-elementi ma huwa relatat mal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni. F’dak li jirrigwarda l-punt 47 tal-Linji gwida, minnu jirriżulta li l-għan ta’ tali pjan huwa li l-benefiċjarju mill-ġdid isir vijabbli għal terminu twil fi żmien raġonevoli u fuq il-bażi ta’ previżjonijiet realistiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Linji gwida jagħmlu distinzjoni bejn il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>implimentazzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Issa, meta r-rikorrenti ssostni li l-fatt li l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM ġiet implimentata sal-2019 jfisser li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni wkoll dam sal-2019, hija tinterpreta ħażin kemm il-portata tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 100 u 101 iktar ’il fuq kif ukoll id-distinzjoni bejn il-kunċett ta’ implimentazzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat u dak ta’ implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>B’konsegwenza ta’ dan, l-argumenti tar-rikorrenti intiżi li juru li l-Kummissjoni missha kellha dubji fir-rigward tad-data li fiha ntemm il-perijodu ta’ ristrutturazzjoni u fir-rigward tal-perijodu li fih intemm il-pjan ta’ ristrutturazzjoni, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tikkritika l-kunsiderazzjonijiet esposti mill-Kummissjoni fil-premessa 88 tad-deċiżjoni kkontestata, li jgħidu li l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM kienet tikkostitwixxi għajnuna eżistenti fid-dawl tal-fatt li din kienet ġiet approvata mill-Kunsill tal-kompetizzjoni qabel id-data ta’ adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma vverifikatx jekk l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni kinitx tabilħaqq tikkostitwixxi għajnuna eżistenti fis-sens tal-punt 4 tat-Titolu 2 tal-Anness V tal-Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="157" PAGE.FIRST="203" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 157, p. 203</REF.DOC.OJ>), li jeżiġi li<?PAGE NO="17"?> għajnuna ta’ din in-natura għandha tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni f’terminu ta’ erba’ xhur mid-data ta’ adeżjoni u li l-effetti tal-klassifikazzjoni bħala għajnuna eżistenti għandhom ikunu limitati sa tmiem it-tielet sena ta’ wara din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Madankollu, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi eżaminat jekk il-klassifikazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM bħala għajnuna eżistenti hijiex rilevanti għall-implimentazzjoni tar-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma bbażatx ruħha fuq tali klassifikazzjoni sabiex teżamina jekk l-imsemmi rekwiżit kienx osservat f’din il-kawża permezz tal-miżura ta’ għajnuna. L-argument tar-rikorrenti għalhekk ma huwiex ta’ natura li jinfluwenza l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Minn dak li ġie espost iktar ’il fuq jirriżulta li r-rikorrenti ma pproduċietx indizji fir-rigward tal-osservanza tar-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> li jistgħu juru l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji li kellhom iwasslu sabiex il-Kummissjoni jkollha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tieni lment tat-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-indizji tal-eżistenza ta’ diffikultajiet serji, relatati mal-ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet fergħa tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-eżitu tal-proċedura ta’ investigazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna seta’ jkun differenti li kieku l-Kummissjoni kienet irrispettat id-drittijiet proċedurali tagħha, billi toffrilha l-possibbiltà li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar din il-miżura u tipprovdilha informazzjoni fattwali jew ta’ natura oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li, hekk kif osservat il-Kummissjoni, tali argument huwa ineffettiv għall-kontestazzjoni ta’ deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni tiddikjara għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern mingħajr ma tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-legalità ta’ deċiżjoni li ma tinfetaħx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tiddependi fuq il-kwistjoni ta’ jekk il-Kummissjoni ltaqatx ma’ diffikultajiet serji fl-eżami tal-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġiet innotifikata lilha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Issa, il-possibbiltà għar-rikorrenti li tippreżenta osservazzjonijiet dwar il-miżura ta’ għajnuna u li tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni fattwali jew ta’ natura oħra ma tistax turi l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji li kellhom iwasslu sabiex il-Kummissjoni jkollha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tielet fergħa tat-tielet motiv għandha tiġi miċħuda, u, għaldaqstant, l-imsemmi motiv għandu jiġi miċħud fit-totalità tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fis-sens tal-Artikolu 296 TFUE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni naqset milli tosserva l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha sa fejn hija la indikat ir-raġuni li għaliha l-attività ta’ TAROM kellha titqies bħala li għandha importanza partikolari għar-Rumanija u lanqas l-ishma tas-suq miżmuma minn TAROM fis-segmenti nazzjonali u internazzjonali tas-suq Rumen. Iktar minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata tinkludi<?PAGE NO="18"?> spjegazzjonijiet mhux kompluti dwar il-possibbiltà li s-servizzi pprovduti minn TAROM jiġu riprodotti, u din hija kontradittorja u mimlija b’lakuni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE tikkostitwixxi formalità essenzjali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ipatau vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑535/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:407">EU:C:2015:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u li din għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u mhux ekwivoku r-raġunament segwit mill-istituzzjoni, awtriċi tal-att, b’tali mod li tippermetti li l-persuni kkonċernati jkunu jafu l-ġustifikazzjoni tal-miżura adottata u li l-qorti kompetenti teżerċita l-istħarriġ tagħha. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu, għalhekk, ikun evalwat skond iċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari l-kontenut tal-att, in-natura tal-motivi invokati u l-interess li d-destinatarji tal-att jew persuni oħra kkonċernati mill-imsemmi att fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jista’ jkollhom li jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti kollha rilevanti ta’ fatt u ta’ liġi, sa fejn il-kwistjoni ta’ jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 269 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tal-formulazzjoni tagħha, iżda wkoll tal-kuntest tagħha kif ukoll għar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080415">15 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Nuova Agricast</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑390/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:224">EU:C:2008:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Barra minn hekk, deċiżjoni adottata wara l-fażi preliminari ta’ investigazzjoni u li tiddikjara miżura ta’ għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern, li tingħata f’termini qosra, għandha tinkludi biss ir-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni tqis li quddiemha ma għandhiex diffikultajiet serji ta’ evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna kkonċernata mas-suq intern (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Régie Networks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:764">EU:C:2008:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111027">27 ta’ Ottubru 2011</DATE>, L‑<NAME.CASE>Awstrija vs Scheucher-Fleisch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:698">EU:C:2011:698</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>F’din il-kawża, f’dak li jirrigwarda, qabel kollox, il-kritika li tirrigwarda l-motivazzjoni dwar l-importanza partikolari tas-servizzi pprovduti minn TAROM għar-Rumanija, il-Kummissjoni esponiet, fil-premessi 60 sa 64 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet li għalihom hija kienet tqis li l-miżura ta’ għajnuna kienet tissodisfa r-rekwiżiti previsti fil-punti 43 u 44 tal-Linji gwida, minħabba li l-attività ta’ TAROM, jiġifieri s-servizzi ta’ trasport bl-ajru ta’ passiġġieri li din kienet tiżgura, kienu ta’ importanza partikolari għar-Rumanija għar-raġunijiet imsemmija fil-punt 49 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, wara dan, l-assenza ta’ indikazzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, tal-ishma tas-suq miżmuma minn TAROM fis-segmenti nazzjonali u internazzjonali tas-suq Rumen, mill-punti 50 sa 53 u 73 iktar ’il fuq jirriżulta li tali indikazzjoni ma kinitx neċessarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq l-analiżi tal-konsegwenzi dannużi tal-eventwali tmiem tal-attività ta’ TAROM kemm għas-settur kollu ta’trasport bl-ajru fir-Rumanija kif ukoll, b’mod iktar ġenerali, għall-ekonomija Rumena, u sabiex hija tkun tista’ tiddeċiedi li l-miżura ta’ għajnuna kienet tissodisfa r-rekwiżiti previsti fil-punti 43 u 44 tal-Linji gwida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, barra minn hekk, il-kritika fir-rigward tal-motivazzjoni relatata mal-possibbiltà li s-servizzi ta’ TAROM jiġu riprodotti, għandu jiġi osservat li, fil-premessa 61 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset, billi bbażat ruħha fuq il-premessi 17 sa 19 ta’ din id-deċiżjoni, li ma kienx jidher probabbli li kumpanniji tal-ajru kompetituri ta’ TAROM jieħdu<?PAGE NO="19"?> kompletament il-konnessjonijiet interni esklużivament operati minnha, sa fejn ir-rieda tagħhom li jidħlu f’dan is-suq kienet x’aktarx dgħajfa. F’dan ir-rigward, fil-premessa 17 tal-imsemmija deċiżjoni hemm espost li l-konnessjonijiet interni ma humiex attraenti għall-imsemmija kompetituri, li huma kumpanniji tal-ajru low cost, sa fejn id-domanda għal dawn il-konnessjonijiet hija dgħajfa f’termini ta’ passiġġieri għal kull titjira u li ma kienx profittabbli li dawn jiġu operati permezz ta’ ajruplani ikbar minn dawk użati minn TAROM, bħal dawk operati minn tali kumpanniji. Fil-premessa 18 tal-istess deċiżjoni, huwa enfasizzat li ma jeżistux alternattivi validi għall-konnessjonijiet operati minn TAROM f’termini ta’ ajruporti ta’ prossimità, ta’ żminijiet minimi ta’ vvjaġġar u ta’ numru ta’ waqfiet sabiex tintlaħaq id-destinazzjoni, sa fejn it-titjiriet proposti mill-kompetituri tagħha għall-konnessjonijiet internazzjonali kienu possibbli biss permezz ta’ waqfa jew żewġ waqfiet. Fl-aħħar, fil-premessa 19 tad-deċiżjoni kkontestata, jiġi osservat li l-kompetituri ta’ TAROM ma jkunux jistgħu jipproponu, fi ftit xhur, kapaċità addizzjonali sabiex jieħdu l-konnessjonijiet li jiġu abbandunati u li, jekk huma jagħmlu dan, is-servizzi proposti ma jkunux ta’ l-istess livell bħal dawk ta’ TAROM f’termini ta’ frekwenza ta’ titjiriet u ta’ kwalità ta’ servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fl-aħħar, l-argumenti relatati mal-motivazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM sal-2019, huwa biżżejjed li jiġi osservat li, hekk kif jirriżulta mill-punti 100 sa 106 iktar ’il fuq, tali implimentazzjoni ma għandha l-ebda effett fuq il-prinċipju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>tal-ewwel u tal-aħħar darba<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tal-għajnuna, li l-osservanza tiegħu hija imposta fil-punti 70 sa 75 tal-Linji gwida u, għalhekk, l-ebda effett fuq il-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma kinitx obbligata li tosserva, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ TAROM kienet ġiet implimentata sal-2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>B’konsegwenza ta’ dan, ir-raba’ motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ġie espost iktar ’il fuq jirriżulta li r-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Skont kliem l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, kull parti li tilef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata kemm għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni, hekk kif mitlub minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn ir-raġunijiet,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Għaxar Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Wizz Air Hungary Légiközlekedési Zrt. (Wizz Air Hungary Zrt.) hija kkundannata kemm għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Papasavvas</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kornezov</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Buttigieg</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Hesse</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Petrlík</P></SIGNATORY><P>Hekk mogħtija f’seduta bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl‑<DATE ISO="20220504">4 ta’ Mejju 2022</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>